Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057
10 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • illum L-appoġġ tal-Maltin lejn il-mod kif il-Gvern u l-UE irreaġixxew għall-Gwerra fl-Ukrajna jonqos ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja elenku ta' miżuri li ħa l-Gvern - kemm biex jilqa' għall-għoli tal-ħajja u anke oħrajn politiċi, marbutin mas- sanzjonijiet ewropej kontra r-Russja - f 'sondaġġ tal- Ewrobarometru ppubblikat ix-xahar li għadda jirriżulta li l-maġġoranza assoluta tal- poplu ma baqgħetx daqstant kumplimentuża dwar il-mod kif il-pajjiż u l-istess Gvern irreaġixxa għall-Gwerra. Fil-fatt kienu 49% tal-Maltin li pparteċipaw illi qalu li huma sodisfatti bil-mod kif il-pajjiż irreaġixxa għal din il-gwerra, minn 62% fl-ewrobarometru li kien sar sitt xhur qabel. B'kollox 9% tal-Maltin jgħidu li huma sodisfatti ħafna u 40% iwieġbu li huma pjuttost sodisfatti. Dan jimmarka tnaqqis ta' 6% minn fost dawk li qalu illi huma sodisfatti ħafna meta mqabbel ma' April 2022, jew sitt xhur qabel dan is-sondaġġ. Timmarka wkoll tnaqqis ta' 7% fost dawk li qalu illi huma pjuttost sodisfatti. Minn naħa l-oħra huma total ta' 36% li qalu illi ma tantx huma sodisfatti jew ma huma sodisfatti xejn bil-mod kif Malta qed tirreaġixxi għal din il-gwerra. Din timmarka żieda ta' 6%. 16% qalu li ma jafux jekk humiex kuntenti jew le bil-passi li qed tieħu Malta. Minkejja dan, hemm sitt nazzjonalitajiet oħrajn li huma bil-wisq inqas kuntenti bil-mod kif pajjiżhom qed jirreaġixxi għall-gwerra, fosthom l-Islovakki u l-Bulgari. Fil-fatt b'2% biss l-Islovakki huma l-inqas nies ottimisti dwar kif il-Gvern tagħhom qed jindirizza din l-isfida b'31% jgħidu li huma pjuttost sodisfatti. Minn naħa l-oħra maġġoranza assoluta ta' 54% qalu illi ma kienu kuntenti xejn bir-reazzjoni Slovakka għall- gwerra. Maġġoranza relattiva ta' Bulgari (46%) ukoll jgħaddu ġudizzju negattiv fuq ir-reazzjoni Bulgara għall-gwerra, b'43% tal-Ungeriżi jaħsbuha l-istess. Fil-Gerċja 45% mhumiex sodisfatti bir- reazzjoni Griega, filwaqt li 46% kienu kuntenti u 44% tal-ġirien tagħna t-Taljani wkoll ma tantx huma kuntenti bir-reazzjoni ta' pajjiżhom għall-gwerra. L-aktar kuntenti bir-rispons tal- Gvern tagħhom kienu l-Pollakki, li fil-fatt pajjiżhom imiss mal- Ukrajna u li mill-ewwel beda jiffaċċja mewġa ta' immigranti, apparti li kien spiċċa wkoll f 'nofs kontroversja meta missila laqtet lil dan il-pajjiż. Missila li aktar tard irriżulta illi spiċċat fit-territorju Pollakk bi żball, kif ikkonfermat mill-pajjiż stess u minn NATO. Kienu b'kollox 84% tal-Pollakki li qalu ill huma pjuttost kuntenti jew kuntenti ħafna bir-rispons ta' pajjiżhom lejn il-gwerra, persentaġġ li jinżel minimament għal 81% fost il-Finlandiżi, 79% fost id-Daniżi u 77% fost il- Litweni. Il-fiduċja fl-UE fuq din il-gwerra hija inqas fost il-Maltin u l-inqas fost il-Griegi Iżda jekk il-fiduċja tal- Maltin fil-mod kif il-Gvern qed jirreaġixxi għall-gwerra naqset, tant ieħor naqset il-fiduċja fil- mod kif qed tirreaġixxi l-UE fejn r-rata ta' approvazzjoni hija ħafna inqas. Fil-fatt huma xejn inqas minn 48% dawk il-Maltin li qalu illi ma huma sodisfatti xejn jew pjuttost mhux sodisfatti bil-mod kif l-UE qed tirreaġixxi għall-gwerra fl- Ukrajna. Dan ifisser li naqsu bi 11% dawk li taw ġudizzju pożittiv lill-UE dwar il-mod kif irreaġixxiet għall-gwerra. L-aktar negattivi dwar il-ħidma tal-UE huma l-Griegi fejn 49% ma huma kuntenti xejn bil-mod kif l-Unjoni Ewropea qed tirreaġixxi għall-gwerra, filwaqt li 21% qalu li ma tantx huma kuntenti għal total ta' 70% li mhumiex kuntenti bil-politika tal-UE fir-rigward tal- gwerra. Mhux tant 'il bogħod huma ċ-Ċiprijotti li minn serje ta' sondaġġi, huma flimkien mal- Griegi huma l-aktar popli li jirriżultaw bħala ewro-xettiċi. Xejn inqas minn 39% taċ- Ċiprijotti ma huma kuntenti xejn bil-mod kif l-UE qed timxi fuq il- gwerra, filwaqt li 24% qed jgħidu li ma tantx jaqblu, għal total ta' 63% li ma humiex kuntenti. L-Islovakki (53%), l-Awstrijaċi (61%) u l-Bulgari (55%) ukoll għandhom livell għoli ta' skuntentizza dwar il-mod kif l-UE qed tmexxi u tirreaġixxi għall- gwerra fl-Ukrajna. Il-Gwerra? "U kemm se indum nisma'?" U finalment dwar il-gwerra fl- Ukrajna s-sondaġġ jara kemm il- popli ewropej - inkluż il-Maltin - għadhom qed jitkellmu u jaraw l-aħbarijiet dwar din il-gwerra, kważi sena minn meta bdiet. Il-Maltin huma fost dawk in-nazzjonalitajiet fejn dawk li jsegwu l-aħbarijiet dwar il-gwerra diversi drabi f 'ġurnata jew imqar darba kuljum, naqsu sew. Fil- fatt huma 17% dawk li jaraw l-aħbarijiet dwar il-gwerra diversi drabi f 'ġurnata, tnaqqis ta' 18% mis-sondaġġ li kien ippubblikat qabel, f 'April 2022. Dan filwaqt li dawk li jaraw l-aħabarijiet dwar il- gwerra mqar darba kuljum naqsu b'9% għal 17% ukoll. Minn naħa l-oħra kwart tal-poplu, jew 33%, qal illi isegwi "numru ta' drabi fil- ġimgħa." Il-Griegi, Franċiżi, l-Awstrijaki u, l-Islovakki u l-Belġjani ukoll huma fost l-inqas li jsegwu ta' sikwit l-aħbarijiet dwar il-gwerra. Intant skont dan l-istess sondaġġ it-tema tal-gwerra dejjem qegħda tonqos fid-diskors bejn il-ħbieb u l-familja, b'6% (tnaqqis ta' 18%) jgħidu li jiddiskutuha diversi drabi mal-jum u 5% biss jgħidu li jiddiskutu t-tema tal-gwerra darba kuljum. Sinjal, jekk xejn, li minkejja s-serjetà tagħha u minkejja li hija kwistjoni kurrenti li qed tolqotna, il-gwerra qegħda bil-mod, il-mod issir "aħbar antika." Il-gwerra setgħet kienet fuq fomm kulħadd sena ilu, imma sondaġġ tal- Ewrobarometru juri illi l-appoġġ lejn ir- reazzjoni nazzjonali u ewropea għall- gwerra qed tonqos fost in-nies kif qed jonqos l-interess tal- ewropej li jsegwu x'inhu jiġri...