Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum intervista Tappella favur Parlament full-time u tfakkar li d-demokrazija 'irridu nħallsu għaliha' ANTHEA CACHIA "Jiena kont naħdem f 'Parlament fuq bażi part-time. Kieku ma kellix is-sostenn tal-familja ma kont nagħmel xejn. Għaliex għandi ngħix bil-karità tal- familja tiegħi? Għalhekk naqbel li l-Parlament għandu jkun fuq bażi full-time." Hekk sostniet il- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca mal-gazzetta, f 'din it-tielet u l-aħħar parti tal- intervista li l-gazzetta ILLUM għamlet magħha. Hija saħqet li biex ikollna demokrazija li taħdem - u għaldaqstant governanza tajba – irridu nħallsu għaliha, "anke jekk mhux kulħadd jifimha." Għalhekk hija tenniet li l-Membri Parlamentari (MP) għandhom jiffukaw fuq ix-xogħol parlamentari biss billi jkunu full- time. "Ma jimpurtax, inħallsu iktar taxxi. Iżda imbagħad dawk it-taxxi se jkunu qed imorru għat- tisħiħ tad-demokrazija," sostniet Coleiro Preca. Kompliet tgħid mal-ILLUM li l-ħidma Parlamentari kif inhi issa mhix adegwata u li fil-fehma tagħha hemm bżonn li l-MPs jitħallsu b'mod diċenti ħalli jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħolhom. Temmen li din għandha twassal biex tħajjar aktar nisa, u forsi anke irġiel, li minħabba din ir-raġuni joqgħodu lura milli jidħlu fil-politika. "Meta kont fil-Parlament ridt: Immur għax-xogħol, nieħu ħsieb lit-tifla, nieħu ħsieb lill-ommi u għaldaqstant kelli naqdi dawn l-irwoli kollha. Forsi jiena kont niflaħ għal dan l-intrigu għax kont ilni fil-politika minn meta kelli 16-il sena. Minkejja dan ma nistax nippretendi li nisa li jridu joħorġu jaħdmu ħalli jkunu jistgħu jrabbu, jikkonċentraw biss fuq ix-xogħol tagħhom fil-Parlament," sostniet Coleiro Preca. Fuq hekk hija qalet li taf nisa li ma għamlux dan il-pass, għax mhux possibbli għalihom li jlaħħqu ma' dawk l-irwoli kollha. Lil hinn minn hekk hija saħqet li hemm bżonn ta' aktar diversità fil-Parlament. Mistoqsija biex telabora aktar fuq dan, hija spjegat li huwa tajjeb li d-Deputati jkollhom ċertu għarfien legali jew mediku iżda jkun pass għaqli u importanti jekk il-persuni li jokkupaw siġġu fil-Parlament ikunu ġejjin minn irwoli differenti tas-soċjetà u jkollhom professjonijiet differenti. Tajjeb li nsemmu li d-dibattitu dwar Parlament full-time ilu għaddej għal żmien twil iżda sa issa għandu ma ntlaħaqx qbil dwar dan. Minkejja dan u fi qbil ma' Coleiro Preca, iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo ukoll jemmen li d-Deputati għandhom jiffukaw biss fuq ix- xogħol Parlamentri, bil-għan li titnaqqas il-possibilità ta' kunflitt ta' interess. L-istess kien sostna l-eks Deputat Nazzjonalista David Stellini li kien irrakkonta kif bħala Deputat kellu jsib impjieg addizzjonali. Dakinhar huwa kien saħaq li b'paga parlamentari ta' €1,300 fix-xahar kien qiegħed jitħallas "inqas minn xufier ta' ministru." Kawża ta' hekk huwa qal li ma setax jiffoka biżżejjed fuq il-politika. Lura fl-2017, l-Assoċjazzjoni tal-eks Membri Parlamentari Maltin ipproponiet li kull persuna li tiġi eletta fil-Parlament għandha tidħol għal din il-kariga full- time. Fil-fatt, l-mexxej ta' din l-Assoċjazzjoni, l-eks Deputat Laburista Għawdxi Lino De Bono, qal illi dan għandu jagħmel lil kull Deputat finanzjarjament aktar independenti. 'Tara kampanji elettorali ta' kandidati u partiti jilħqu livelli straordinarji, bi spejjeż straordinarji' Intant il-kliem idur minn dak li jiġri wara l-elezzjoni fil-Parlament għal dak li jiġri qabel ma' Deputat jispiċċa fil-Parlament. Mass rallies bid-DJs, tombla, coffee mornings, dinner dance u headset tal-virtual reality. Ftit xhur ilu esperjenzajna kampanja elettorali oħra u l-kampanji kbar u kkuluriti ma sarux biss mill-partiti iżda wkoll minn kandidati nnifishom. Xejn ma jiġi mix-xejn u wara l-elezzjoni ġenerali qamu diversi mistoqsijiet dwar l-infiq tal-kandidati, li bil- liġi tagħtihom s-setgħa li jonfqu massimu ta' €20,000 għal kull distrett li jikkontestaw. Dwar dan, Coleiro Preca wkoll tinnota: "Tara kampanji elettorali, kemm ta' partiti iżda wkoll ta' individwi li jilħqu livelli straordinarji, bi spejjeż straordinarji u hemm tibda' tistaqsi." Hija qalet mal-ILLUM li hemm bżonn li l-Gvern irabbi l-kuraġġ u li nħarsu lejn dak li huwa permess li jintefaq mill-kandidati. "Irridu nħarsu lejn nefqa realistika u mhux kif għandna. Għax hekk inti tkun qiegħed iġġiegħel lil kandidati jigdbu." Hija żiedet tgħid mal-ILLUM li b'mod ġenerali hemm diversi aspetti li jeħtieġ li jiġu ndirizzati għat-titjib tad-demokrazija. "Ejja nagħtu s-sostenn lill-politiċi tagħna, li qegħdin hemm biex jieħdu d-deċiżjonijiet u nsaħħu d-demokrazija," temmet tgħid il- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca. Membri Parlamentari li ġejjin minn sferi differenti fis-soċjetà, Parlament full time u aktar flus allokati għall-kampanji elettorali tal-kandidati. L-ILLUM titkellem mal- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca dwar il-ħidma Parlamentari Marie Louise Coleiro Preca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023