Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar approvat disinn imtejjeb għal boutique hotel f'Marsaxlokk li ngħata permess fl-2018 Il-Boutique Hotel approvata fl-2018 f 'Kalanka Beach f 'Delimara, Marsaxlokk se titnaqqas b'mod konsiderevoli fl-għoli, ikollha aktar spazji pubbliċi miuħa u tqassim imtejjeb tad-disinn wara li l-Bord tal-Ippjanar approva dawn il-bidliet ta' mitigazzjoni. Minkejja li hemm permess preċedenti, x-xogħlijiet għadhom ma bdewx. Is-sit bħalissa jikkonsisti f'bini mitluq, oriġinarjament lukanda li tmur lura għall-1950, li hija mibnija parzjalment fuq żewġ sulari, b'orjentazzjoni ta' forma ta' L, bil-ħarsa ewlenija tagħha li tagħti lejn iż-żona informali tal-parkeġġ. Il-lukanda tinsab fuq art li tkopri footprint ta' madwar 4,844m², li tinkludi żona kbira u pavimentata, kif ukoll xi bini barra. Il-lukanda ta' 18-il kamra se jkollha lounge area, bar, resto- rant, pixxina fuq barra u faċili- tajiet ta' spa. Għalkemm bid-deċiżjoni tal-lum se jkun hemm żieda minima fit-teħid tal-footprint, il-Bord ħass li kien hemm ġus- tifikazzjoni biżżejjed minħabba li l-impatt viżwali tal-proġett ġie mtaffi b'suċċess bid-disinn il-ġdid. Permezz tat-tneħħi- ja tal-livell tal-basement, il-proġett huwa aktar baxx fl-għoli ġenerali tiegħu u jo- qgħod aktar pulit mat-topo- grafija tas-sit sensittiv. Il-Bord talab li l-iżviluppatur iżid li l-landscaping madwar il-proġett u li jitbaxxa l-ħitan tas- sejjieħ. Il-proġett approvat fl-2023 Il-proġett approvat fl-2018

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023