Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636
12 illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 intervista 'Biskuttini f'ħalq il-ħmir! Għafsa ta' qalb nara l-Malti jispiċċa lingwa barranija f'pajjiżu stess' Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Professur Albert Borg, rebbieħ tal-Premju 'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti' u titkellem miegħu dwar it-tagħlim tal-Malti u l-futur ta' din il-lingwa li tagħmilna Maltin YENDRICK CIOFFI Il-Malti jagħtina identità. Din ngħiduha ħafna iżda kemm qed napprezzaw verament din il-lingwa li tagħmilna Maltin? Qed nagħtuha l-ġenb? Il-Malti għadu jiżviluppa jew se jmut mewta naturali? Il-gazzetta ILLUM tpoġġi bilqiegħda mal- Professur Albert Borg li fl- aħħar ġimgħat ingħata "Ġieħ l-Akkademija tal-Malti," għall- ħidma li hu wettaq fil-qasam tal-Malti, partikolarment fil- lingwistika. Bilqiegħda fil-ġnien tad-dar tiegħu, l-ILLUM bdiet titkellem mal-Professur Borg dwar il- ħidma kbira li huwa wettaq tul is- snin, b'mod partikolari fil-qasam tal-lingwistika li tiegħu huwa awtorità. Borg kien ilu 47 sena jgħallem fl-Università ta' Malta. Gradwa għall-ewwel darba fil-Malti fl-1972 u għamel sena wieqaf jistenna li jingħata scholarship fl- Italja, kif kien jingħata kulħadd. "Jiena qatt ma kont membru tal- ebda partit u dan l-ischolarship ma ridux jagħtuhuli. Biex ma naħlix żmien, kont għamilt sena naħdem mal-Għaqda Biblika Maltija li kienet bdiet tintroduċi l-Bibbja bil-Malti mil-lingwi oriġinali. Jiena waħdi kont diġà studjajt l-Għarbi u l-Ebrajk," spjega Borg. Iżda l-ischolarship riedu akkost ta' kollox u missieru ħallaslu l-vjaġġ u eventwalment tela' jistudja l-Italja. "Kont nistudja qisni bagħal biex infittex niġi lura biex ikolli xogħol fiss għax kien iż-żmien diffiċli meta riedu jagħlqu l-Università," qal Borg. "Meta raw id-determinazzjoni tiegħi, it-Taljani kellhom xi flejjes mhux minfuqa u tawni borża ta' studju żgħira. Kors ta' tliet snin għamiltu f 'sentejn." Lura Malta, ġie impjegat minnufih fid-Dipartiment tal- Malti. Fl-1977 mar Edinburgh biex jagħmel id-Dottorat u l-istess bħall-kors ta' qabel, irnexxielu jlesti l-kors qabel iż- żmien. "Mingħajr dottorat ma kienx ikollok kuntratt fiss u billi kien hemm il-ħin kollu dan il-periklu li se tingħalaq l-Università, kont mgħaġġel. Ħaffi il-kors u fl- 1979 ġejt lura u tliet xhur wara, il- Gvern ta' dak iż-żmien, immexxi minn Mintoff, għalaq il-Fakultà tal-Arti. Kien żmien ta' inkwiet kbir. Kelli kuntratt ġdid u fi żmien tliet ġimgħat kelli niffirma kuntratt ġdid biex nidħol fil- Fakultà tal-Edukazzjoni," kompla jirrakkonta l-Professur. Dan iż-żmien ma kien faċli xejn tant li Borg sejħilhom bħala "tmien snin kalvarju." Spjega kif ħafna minn dawk imlaħħqa fil- Fakultà tal-Edukazzjoni kienu inqas ikkwalifikati minnhom u kienu jgħiru għalihom. Fl-1987 reġgħet twaqqfet il-Fakultà tal-Arti u anke d-Dipartiment tal-Malti fi ħdanha li l-Professur għamel sentejn imexxi. Fl-istess żmien kien qed iwaqqaf l-Istitut tal- Lingwistika. X'inhi l-lingwistika? Għaliex iffoka fuqha? Fil-fatt, kif spjegat qabel, il- Professur Borg jispeċjalizza fil- lingwistika li hija dik ix-xjenza li tistudja l-lingwa. Bosta huma aktar familjari ma' dik li tissejjaħ il-lingwistika storika, jiġifieri minn fejn ġej il-Malti. "Imma dik hija nofs l-istorja biss. Jekk nistaqsu xi trid tkun taf it-tarbija biex tkun taf titkellem il-Malti, it-tweġiba hija li din la trid tkun taf l-Għarbi u lanqas it-Taljan, imma eluf u eluf ta' regoli li jagħmlu l-Malti dak li hu. Din tissejjaħ il-lingwa sinkronika, jiġifieri tistudja l-Malti kif inhu artikolat fih innifsu, indipendentament minn fejn ġej," spjega l-Professur. Għalhekk, waqt li l-istorja tal-lingwa hija interessanti mmens, fl-istess żmien ma tistax titraskura l-aspett l-ieħor u l-Professur Borg iddedika l-ħajja akkademika tiegħu biex jistudja dan it-tieni aspett li it qablu kienu ħarsu lejh. "Dan l-aspett ukoll huwa vast ħafna għax fih għandek il- fonoloġija, il-morfoloġija, is- sintassi u oħrajn. Jiena għażilt l-aktar qasam li dak iż-żmien ma kienx studjat, jiġifieri s-sintassi tal-Malti, jiġifieri l-mod kif il-Malti jartikola l-kliem flimkien biex jibni sentenzi u jkun jista' jesprimi x-xewqat u l-emozzjonijiet tiegħu etċ," kompla jispjegalna fid-dettall il- Professur. 'Donnu ma għandnix fiduċja li t-tfal kapaċi jitgħallmu lingwi kemm iridu' Il-gazzetta tistaqsi lill- Professur jekk jinkwetahx il-fatt li llum il-ġurnata, anke fid-djar, il-Malti sar kważi t-tieni lingwa, bil-ġenituri jkellmu lil uliedhom bl-Ingliż u dan apparti li t-tfal kontinwament qed ikunu esposti għall-materjal bl-Ingliż, inkluż fuq il-midja soċjali. "Għafsa ta' qalb," beda jwieġeb il-Professur Borg waqt li saħaq li l-problema hija ħafna aktar wiesgħa mil-lingwa. "Illum jiena għandi 72 sena u nħares madwari u nara l-isfreġju ekoloġiku li għamilna minn gżiritina. Illum kuntenti ngħixu ġo gabubi l-aqwa li għandna l-flus. Dan juri x'valuri għandna," insista l-Professur. Lura għal-lingwa, l-espressjoni li uża l-Professur Borg biex jispjega din is-sitwazzjoni hija "biskuttini f 'ħalq il-ħmir." Fi kliemu, sa it snin ilu, il-barranin kienu jgħiru għall-Maltin minħabba l-lingwi li jitkellmu. Fakkar kif fil-ġenerazzjoni tiegħu, għax kienu esposti għat-televiżjoni Taljan, kienu jitgħallmu t-Taljan qabel imorru l-iskola, apparti l-Malti u l-Ingliż. "Illum it-Taljan huwa kompletament lingwa barranija u anke l-Malti qed jispiċċa lingwa barranija f 'pajjiżu stess. Donnu l-Maltin ma għandhomx fiduċja biżżejjed fil-fatt li t-tfal tagħhom, bażikament sal- pubertà, għandhom il-kapaċità li jitgħallmu lingwi kemm iridu. Jiena naf nies li bla ebda sforz ta' xejn jitkellmu sitt lingwi sempliċiment għax kienu esposti għalihom," qal Borg. 'Il-Malti kelb miegħu nnifsu ... dak li hu tiegħu jarmih' Kien hawn li saħaq li ma tagħmilx sens din "il-biżgħa" li bħal donnu għandhom ċertu ġenituri li jekk lil uliedhom ma jagħlmuhomx l-Ingliż qabel il- Malti, dawn mhux se jikbru jafu jitkellmu Ingliż sew. "Ħadd mhu qed jgħid li l-Ingliż mhuwiex importanti. Dan huwa ġid nazzjonali u rigal li tatna l-istorja imma anke l-Malti huwa importanti. Ikun hemm min jistaqsini għaliex huwa importanti. Il- Malti jagħtina identità! Ħares lejn il-festivals tal-kanzunetti li nagħmlu. X'nagħmlu differenti minn festival simili li qed isir f 'Kalifornja. Għandna xi ħaġa li hija tagħna u li qed nagħtuha l-ġenb," kompla l-Professur Borg. Hawn reġa' tenna li dan huwa sintomu mifrux ħafna fis-soċjetà Maltija u biex ikompli jenfasizza dan, uża l-metafora ta' meta fis- snin sittin ġew ħafna antikwarji Taljani u bdew jixtru l-gradenzi Maltin li llum jiswew eluf kbar. "Kienet daħlet il-moda tal-għamara tal-plywood li l-Ħamrun kien miżgħud biha. It-Taljani kienu jixtru lill-Maltin gradenza tal-plywood li tiswa ċuċata biex jieħdu magħhom u jirrestawraw dawn il-gradenzi