Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636
13 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 li jiswew l-eluf. Dawn huma l-gradenzi ffortunati għax oħrajn spiċċaw għand tal-forn. Ara it il-Malti kemm hu kelb miegħu nnifsu. Dak li hu tiegħu, jarmih," kompla l-Professur. "Għandna l-irħula li huma ġojjell ta' arkitettura rurali u qed neqirdu kollox. L-istess qed nagħmlu bil- lingwa. Tlifna ħafna valuri." 'Nippreferi ortografija ftit batuta imma nsalva l-lingwa' Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk jistax ikun li anke l-akkademiċi għandhom it tat-tort. Tagħtihom tort lill- istudenti li jaqtgħu qalbhom u jwarrbu l-Malti meta flok qed nagħlmuhom dak li hu sabiħ fil- Malti spiċċajna ffissati wisq fir- regoli, fl-ortografija u f 'poeżiji ta' għexieren jekk mhux ukoll mijiet ta' snin ilu? Il-Professur qal li din hija xabla taqta' miż-żewġ naħat. Fi kliemu, ma jistax ikollok lingwa li l-ortografija tagħha mhijiex standardizzata. "Ħadd ma jgorr kemm hu diffiċli l-Ingliż biex jinkiteb għax tant jintuża, li r-regoli li jiġġeneraw ortografija korretta bl-Ingliż nidrawhom u kelma niktbuha tajjeb mill-ewwel," insista l-Professur. Mill-banda l-oħra, peress li l-Malti ma tantx jintuża (lanqas għall-qari), dawn ir-regoli tal- Malti ma tantx huma familjari u kull darba trid toqgħod taħseb kelma kif tinkiteb. "Iżda kieku kelli niżen, nippreferi jkolli ortografija it batuta imma nsalva l-lingwa. Sfortunatament hawn min jaħseb li l-Malti jibda u jispiċċa mal-ortografija u ma nagħtux kas li qed nitilfu ħafna kliem, espressjonijiet, qwiel u idjomi," insista Borg. "L-għerf tal-Malti li hemm miġbur fil-qwiel huwa impressjonanti. Uħud minnhom kapolavur." 'Jekk se niffissaw fuq Malti tajjeb fil-midja soċjali, anke minn hemm se nitilfuh' Tkellimna wkoll dwar l-użu tal-Malti fuq il-midja soċjali u l-iżbalji ortografiċi li ħafna drabi tara, inkluż mill-awtoritajiet u nies prominenti. Hawn il- Professur ma tantx deher inkwetat għax fi kliemu "iż-żejjed huwa ħu n-nieqes." Fi kliemu, il-midja soċjali hija magħmula biex persuna tikkomunika malajr b'mod immedjat u allura hawn ma jinkwetahx il-fatt li ġieli tinqabeż xi "għ" jew xi "ie." "Jekk se noqogħdu nikkritikaw għax il-Malti mhux jintuża tajjeb fuq il-midja soċjali, lanqas hemm mhu se jibqa' jintuża," kompla Borg. "Irridu nkunu it realistiċi. Irridu nsalvaw dak li għadna nistgħu nsalvaw. Illum qed isiru sforzi kbar anke minn edukaturi biex itellgħu materjal edukattiv fuq il-midja soċjali." 'Meta studjajt l-Italja kelli nagħmel eżami tat-Taljan bażiku ... aħna din lanqas nikkunsidrawha' L-ILLUM tistaqsih dwar l-iskejjel, speċjalment dawk primarji u jekk jaħsibx li dawn ukoll qed jagħtu l-ġenb il- Malti. Jista' jkun li dawn huma kostretti jagħmlu dan, anke għax il-klassijiet ikunu mħallta u għalliem ġieli jkollu quddiemu aktar studenti barranin milli Maltin? Il-Professur Borg mill-ewwel wieġeb li ma jaqbilx ma' min jgħid li l-iskejjel qed ikunu "kostretti" jagħmlu dan għax il- klassijiet huma mħallta. "Meta mort nistudja l-Italja biex nidħol l-Università l-ewwel ridt nagħmel eżami tat-Taljan bażiku. X'nippretendi jien? Immur l-Italja u għall-ħelu wiċċi jgħallmu kollox bl-Ingliż? Aħna diġà battalja mitlufa. Lanqas nipprovaw niddiskutu din il- possibbilità." Irrefera għall-kunċerti li l-iskejjel jorganizzaw għall- Milied. Spjega kif mar fi skola ta' waħda min-neputijiet u l-ispettaklu kien kollu bl- Ingliż. Mill-banda l-oħra faħħar l-iskola tan-neputija l-oħra għax l-ispettaklu kien bil-Malti u l-istudenti barranin ġew mgħejjuna jitgħallmu l-parti tagħhom bil-Malti. "Qed tara kif dan nistgħu nagħmluh. Jekk ikollok ċorma tfal jilagħbu u f 'nofshom titfa tifel li qatt ma tkellem il-Malti, fi żmien siegħa, il-vokabularju li hemm bżonn biex jikkomunika magħhom, ikun diġà ħakkmu. Mhux qed ikollna biżżejjed fiduċja fir-riżorsi intelletwali tagħna. Ħabib tiegħi miżżewweġ Sqallija. Binhom, ta' sitt snin, mingħajr l-ebda sforz żgħir jitkellem tliet lingwi. Il-problema aħna qed noħolquha," insista. Il-Malti għandu futur? Se jispiċċa? Fid-dawl ta' dan kollu l-ILLUM tistaqsi lill-Professur Borg jekk il- Malti għandux futur jew inkella hux se jispiċċa jmut mewta naturali. Biex jispjega dan, il- Professur uża metafora oħra. Qalilna nimmaġinaw li fid- dinja tisplodi bomba nukleari u jsalva biss grupp żgħir ta' Amerikani li kellhom aċċess għall-bunkers. Jgħaddu s-snin u dawn joħorġu mill-bunkers u d-dinja terġa' tibda tiġi ppopolata bis-saħħa ta' dawn l-Amerikani. Fi it snin jerġa' jkollna lingwi differenti għax il-bniedem, fin- natura tiegħu, jiddiversifika. "Anke kieku stess kellu jispiċċa l-Malti u nitkellmu l-Ingliż biss, l-Ingliż tagħna jkun differenti minn dak ta' ħaddieħor," kompla jgħidilna l-lingwista. Fil-fatt, it tas-snin ilu, l-Istitut tal-Lingwistika kellu kuntatt ma' dipartiment Ġermaniż li jismu 'Department of World Englishes.' "Kienu interessanti fina għax stajna nagħtuhom eluf ta' kliem li huwa meqjus bħala 'Maltese English.' L-Ingliż f 'Malta huwa differenti mill-Ingliż fil-Pakistan jew postijiet oħra u dan huwa riżultat ta' taħlit bejn il-lingwa nattiva, bħalma hu l-Malti u l-lingwa l-oħra. L-Ingliż li nitkellmu f 'Malta huwa sa ċertu punt uniku u diġà huwa l-bidu ta' lingwa differenti," kompla jispjega l-Professur. Kien hawn li qal li anke jekk ma jistax jgħid x'se jiġri bil- Malti, jinsab ċert li se jinbidel kif rah jinbidel hu stess f 'ħajtu. Biex jispjega dan, il-Professur qasam eżempju wieħed bil- kelma "raha," jiġifieri 'ra lilha.' Illum, bosta huma dawk li l-"h" li hija silenzjuża, saru jlissnuha daqslikieku kienet "ħ." "Anke fi żmien ta' ħajja waħda tinbidel il-lingwa," insista Borg. Taħseb li l-Malti waqaf jiżviluppa? Iżda l-ILLUM tistaqsi lil Borg jekk jaħsibx li l-Malti tgħażżen u waqaf jiżviluppa. Fejn il- Malti kien jieħu kliem minn lingwi oħra, ilibbishom il-libsa morfoloġika tiegħu u jkompli jiżviluppahom, anke fejn tidħol it-tifsira, issa donnu ma għadux jagħmel hekk. Mal-Professur semmejna kliem bħal 'fridge,' 'cooker,' jew oħrajn. Dawn daħlu fil-Malti u baqgħu kif kienu iżda t-Taljani, biex nieħdu eżempju wieħed, ħolqu kliem ieħor għalihom. Il-Professur Borg beda jfakkar li t-Taljani u popli oħra ma għandhomx kulturi bilingwi bħal Malta. Fakkar kif fis-sittinijiet, kien hawn moviment biex il- Malti jdaħħal kliem bħal 'mitjar' minflok 'ajruport' jew 'mirmed' għal 'ash-tray.' Iżda dawn ma qabdux u mietu mewta naturali. "Dejjem jiddependi l-kuntest. Aħna mdorrija b'kultura bilingwi, aħna mdorrija bl-Ingliż magħna. Imma, jekk toqgħod attent, tinduna li dan il-kliem tajnih timbru. Kelma bl-Ingliż, faċli nagħtuha l-plural Malti. Anke l-fonoloġija Maltija daħlet fil- kelma Ingliża. Il-mod kif inlissnu kliem Ingliż huwa differenti. Dak huwa Ingliż ta' Malta. Vera użajna l-kelma bl-Ingliż imma xorta naddattawha," spjega l-Professur Borg waqt li fakkar li l-istess fejn jidħlu l-verbi. Verb bl-Ingliż xorta waħda jintgħaġen bil-Malti. Lejn l-aħħar tal-intervista, l-ILLUM tkellmet mal-Professur Borg dwar "Ġieħ l-Akkademja tal-Malti" u dan xi jfisser għalih. Beda jispjega kif anke jekk hu dejjem ħadem bla daqq ta' trombi, dejjem ħass li kellu "missjoni" biex jaħdem u jkompli jistudja l-Malti, anke fi żmien diffiċli li semmejna qabel, meta ħafna mill-kollegi tiegħu telqu 'l barra mill-pajjiż. 'Kont inħares f 'għajnejn l-istudenti u ninduna meta jkunu fehmu ... dak rigal' Insista li bl-appoġġ ta' martu baqa' hawn u dejjem ħadem mingħajr qatt ma stenna l-proset. "Jiena dejjem ridt inkun paċi miegħi nnifsi billi nagħmel dak li dejjem ħassejt li kelli nagħmel. Meta qaluli li jridu jagħtuni dan il-ġieħ, għall-ewwel tlabthom jagħtuh lil ħaddieħor imma kienu se jieħdu għalihom," qalilna bid- daħqa. "Aċċettajtu u apprezzajt ħafna." Illum il-Professur Borg huwa rtirat u l-ILLUM tistaqsih jekk jimmisjax l-ambjent tal-klassi. "Fis-snin kollha li kont ngħallem dejjem ipprovajt li nħares f 'għajnejn l-istudent. Xi drabi tgħid xi ħaġa u tara għajnejn student jixgħelu. Tinduna li fehem. Dak il-kuntatt huwa rigal kbir. Il-klassi nimmisjaha," kompla jgħidilna. 'Ejja nservu lill-pajjiżna ... il-Malti huwa biss parti żgħira minn dak li aħna' Fl-aħħar nett, tlabna lill- Professur Borg jgħaddi messaġġ dwar il-Malti, iżda hu talabna jgħaddi messaġġ aktar wiesgħa. "Jiena pprovajt nagħti servizz lill-pajjiżi. L-appell tiegħi huwa biex inħobbu lill-pajjiżna u l-valuri ta' pajjiżna. Importanti li nkunu nafu minn aħna. Fl- iskejjel spiċċa t-tagħlim tal- istorja u din hija ħasra," qalilna l-Professur. Fi kliemu, il-Malti tilef ir-rabta tiegħu mal-art u għalhekk ma għandux sens ta' sħuħija. "Ejja nservu lil dan il-pajjiż li qed iżommna. Il-Malti huwa biss parti żgħira minn dak li jagħmilna dak li aħna. Għandna teżor. Ejja napprezzaw u ma nkunux bħall-biskuttini f 'ħalq il- ħmir," temm jappella Borg.