Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo opinjoni IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum Fir-Repubblika tal-Banana M eta l-mexxej La- burista Robert Abela indirizza lill-partitarji fil-Każin Laburis- ta ta' Birkirkara, nhar il-Ħadd li għadda, kellu raġun jilmenta li s-sentenzi f 'kawżi kriminali, bosta drabi jidhru baxxi jew laxki. Xi drabi qed jingħata l-messaġġ li qisu ma ġara xejn. Il-Prim Ministru għandu bosta postijiet iktar addattati fejn jista' jwassal il-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-ħtieġa ta' politika iktar addattata dwar is-sentenzi li qed jingħataw mill-Qrati. Seta' ġibed l-attenzjoni tal- President tar-Repubblika biex il-materja tkun ikkunsidrata fil-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Seta' qajjem il-materja f 'laqgħa formali mal-Prim Imħallef. Seta' ukoll illeġisla biex inaqqas il- flessibilità li għandha l-Qorti meta tapplika l-pieni li hemm fil-liġi. Fil- fatt kellu għad-disposizzjoni tiegħu bosta għodda jew mezzi biex jasal għall-bidla mixtieqa. Imma li joqgħod ipeċlaq fil-każin Laburista ta' B'Kara bil-prietka ta' nhar ta' Ħadd mhux għodda minnhom. F'Birkirkara Robert Abela tkellem ukoll dwar il-kunflitt ta' interess li Membri Parlamentari li jipprattikaw il-liġi kriminali huma esposti għalih. Matul in-nofsinhar ta' filgħodu b'abbiltà, dawn l-avukati, jiddefendu lill-klijenti tagħhom u jippreżentaw sottomissjonijiet quddiem il-Qrati dwar pieni baxxi jew tnaqqis fil-pieni inkella dwar sentenzi sospiżi. Imbagħad, waranofsinnhar, emfasizza Robert Abela, dawn l-istess Membri Parlamentari jiġu fil-Parliament jargumentaw b'qawwa fuq il-perikli ta' żieda fil-kriminalità. Dwar dan għandu raġun. Imma din il-linja ta' ħsieb ma tapplikax biss għall-avukati li jipprattikaw il-liġi kriminali. Tapplika ukoll għal avukati fiċ-ċivil u fil-liġi kummerċjali kif ukoll għal membri parlamentari fi professjonijiet oħra kif kellna l-opportunità li naraw bosta drabi tul is-snin! Din hi esperjenza li diġà għaddejna minnha matul is-snin. Il-Membri Parlamentari għandhom jiddedikaw il-ħin kollu tagħhom għall-ħidma parlamentari. M'għandux ikun possibli li Membri Parlamentari jibqgħu jagħmlu kwalunkwe xogħol ieħor, kemm jekk dan ikun imħallas kif ukoll jekk le. Bħala partit dan aħna ilna ngħiduh is-snin, għax nemmnu li fil- prattika huwa l-uniku mod kif tista' tindirizza u tnaqqas b'mod effettiv il-kunflitt ta' interess ovvju li jirriżulta illi Membru tal-Parlament hu espost għalih fis- sistema tagħna kif inhi illum. Robert Abela qal iktar minn hekk. Irrefera għad-diskursata li kellu ma' Maġistrat dwar is- sentenzi baxxi li ħerġin mill-Qrati Kriminali. Il-Maġistrat, qal Abela, iddefendiet ruħha billi emfasizzat li s-sentenzi mogħtija qed jitbaxxew mill-Qorti tal-Appell, li fid-dawl ta' sentenzi oħra diġà mogħtija qed tnaqqas sentenzi li jkunu ngħataw mill-Maġistrati. Robert Abela żbalja meta kkomunika direttament mal- Maġistrat. Żbalja iktar meta tkellem dwar dan fil-pubbliku għax b'hekk bagħat messaġġ żbaljat u inkwetanti li l-Qrati qed jirċievu ordnijiet diretti mingħand l-eżekuttiv. Dan fi kliem sempliċi hu ta' theddida għall-indipendenza tal-ġudikatura. Bħala avukat, bla dubju, Robert Abela jirrealizza li qabeż il-linja ta' dak li hu tollerabbli mill-politiku f 'soċjetà demokratika. F'pajjiż demokratiku fejn is-saltna tad-dritt hi realtà mhux ħrafa, Robert Abela kien jirreżenja fi it siegħat minn x'ħin pubblikament ammetta li hu għamel pressjoni fuq il-Maġistrat. Il-Maġistrat li min-naħa tagħha kompliet miegħu fid-diskussjoni s'issa kienet tkun ġiet identifikata u dixxiplinata. Imma, kif tafu, minn dan kollu, ma ġara xejn. Nhar it-Tnejn fi stqarrija għall- istampa, jiena tlabt lill-President tar-Repubblika biex isejjaħ laqgħa urġenti tal-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex din tkun tista' tieħu l-passi neċessarji dwar dak li ġara. S'issa għad ma ġara xejn. Forsi l-President kien imsiefer, inkella kien imħabbat b'xi attività dwar il-larinġ li nsibu fil-ġonna Presidenzjali ta' Sant Anton. Issa forsi jmiss iċ-ċelebrazzjoni tal-ġimgħa tal-banana fl-aġenda Presidenzjali. Bla dubju din tieħu prijorità fuq l-indipendenza tal- ġudikatura fir-Repubblika tal- Banana!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023