Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701
Il-mara ma nwarrbuha qatt. La jekk korriet 06 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum ANTHEA CACHIA Ħadd ma jkun kompletament lest għat-tibidiliet li ġġib magħha tarbija, ippjanata jew le. Filwaqt li tarbija ġġib magħha ħafna ferħ iġġib magħha problemi u sfidi wkoll. Għal uħud dawn l-isfidi huma intensifikati għax ikunu waħedhom, mingħajr familja jew sieħeb/sieħba Minkejja dan, għal din it-tbatija, il-Fondazzjoni LifeNetwork toffri kenn u din tissejjaħ: Dar tgħanniqa tal-Omm. Huwa proprju minħabba dawn ir- realtajiet li l-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Amministratriċi tal-Fondazzjoni, Christie Zammit li, permezz tar-rakkonti, tatna togħma tal-imħabba li jirċievu dawn l-ommijiet. Din il-fondazzjoni ilha mwaqqfa kważi tmien snin u bdiet minn grupp ta' avukati li jiddefendu l-ħajja, mill-bidu tal-konċepiment sa mewta naturali. Iżda għalihom dan ma kienx biżżejjed u kien hemm li ġiet esplorata l-idea ta' għajnuna diretta. Minn hemm infetaħ l-appoġġ tal-Life Line, li ilu jopera għal dan l-aħħar erbgħa snin u li qiegħed hemm biex jgħin nisa jew irġiel fi kriżi ta' tqala. Eventwalment, din l-għajnuna tant espandiet li infetħet Dar Tgħanniqa ta' Omm. 'Mhux l-ewwel darba li jċemplulna qabel ma jkunu jafu jekk humiex tqal jew le' Zammit bdiet billi spjegat is- servizz tal-helpline. Hija qalet li dan huwa miuħ għal kulħadd u saħansitra jkun hemm ommijiet li jċemplu qabel ma jkollhom il-konferma li qed jistennew tarbija. Zammit qalet li f 'dawn il- każi jagħtuhom pregnancy test u jagħmluh flimkien. Meta jirriżulta fil-pożittiv, jiskatta proċess li fih jaraw x'għandha bżonn l-omm. Ikun hemm persuni li jkunu qed jibżgħu jgħidu lill-familja. Oħrajn li jinkwetaw għax għadhom żgħar u qed jibżgħu li l-istudju għall- karriera mixtieqa tagħhom, se jkollha tintemm ħesrem. "L-għan ta' Life Line huwa li tgħin lil dik l-omm jew il-familja. Veru li t-tarbija mhix pjanata iżda xorta jistgħu jilħqu l-miri tagħhom," qalet Zammit. Għal dan il-helpline hemm grupp ta' persuni mħarrġa li jwieġbu t-telefonati u grupp ieħor ta' counsellors li lesti li jilqgħuhom biex jgħinuhom. "Ġieli jkollna klijenti li jċemplu għax ikunu jridu lit-tarbija imma ma jkunux jafu kif se jieħdu ħsiebha u jibdew jaħsbu biex jitterminaw it-tqala. Hemm ngħinuhom ukoll b'mod materjalistiku, grazzi għal donazzjonijiet u nagħtuhom dak kollu li jkollhom bżonn biex iżommu lit-tarbija tagħhom. Nappies, ħalib u ħwejjeġ... dak kollu li jkollhom bżonn," spjegat Zammit. Hija qalet lill-ILLUM li jgħinu lill-irġiel u lill-familja wkoll. Fil- fatt ġieli jkun hemm xi qraba jew ħbieb li jċemplu fuq il-helpline f 'isem dawn l-ommijiet, "b'hekk insejħulu servizz tal-familja u mhux tal-omm biss." 'L-għajnuna ma tiqafx wara t-twelid. Il-veru ħidma tibda' wara' Iżda x'joffru eżatt, lil hinn mill- helpline? Zammit emfasizzat li filwaqt li l-għajnuna waqt it-tqala nnifisha hi importanti, ma tiqafx hemm. Anzi tgħid li l-ħidma vera tibda mat-twelid tat-tarbija. Saħqet li qabel il-Covid-19 ħafna mill-għajnuna kienet tmur għar- residenti tad-Dar Tgħanniqa ta' Omm, iżda minn dakinhar bdiet tgħin lil diversi familji bix-xirijiet u affarjiet li għandhom bżonn. Fil-fatt sas-sena l-oħra kellhom 85 familja li kienu jassistu b'dan il- mod. "Aħna nimxu bil-providenza u allura l-affarjiet li nagħtuhom huwa biss permezz tad- donazzjonijiet. Ikun hemm min jagħtina flus u b'hekk inkunu nistgħu nixtru l-prodotti jew inqassmu vawċers. Dan filwaqt li jkun hemm supermarkets jew ħwienet tal-merċa żgħar li jagħtu ħaxix u pakketti tal-ħalib, fost oħrajn," qalet l-amministrattriċi. Madankollu Zammit fakkret li mhux kull tfajla jkollha familja li lesta biex tilqa' lilha u lil uliedha u kien għalhekk li nfetħet Dar Tgħanniqa ta' Omm, fil-Mosta. Dawn jistgħu jidħlu fiha fi stadji differenti tat-tqala u jgħixu bħala komunità. "Kien hemm okkażjonijiet fejn konna qed naħdmu ma' omm li tgħix mas- sieħeb tagħha u f 'daqqa waħda iddeċieda li ma jridx ikun parti minn ħajjithom," żiedet Zammit. 'M'ilux saħansitra mort ma' omm biex twelled' Is-servizz f 'din id-Dar huwa bla limitu. Dan jinkludi, li jmorru magħhom għall-appuntamenti, ġinekologi b'xejn, jgħinu lill- ommijiet biex tmur għal interview tax-xogħol u jiktbu s-CVs. "M'ilux kelli okkażjoni fejn mort ma' omm biex twelled. Kienet esperjenza indimentikabbli u verament sabiħa. Jien kont għadni qatt ma mort ma xi ħadd biex iwelled u vera emozzjonajna ruħna," saħqet Zammit. L-ILLUM tirrimarka li l-għajnuna li qed joffru waqt it- tqala hija ugwali bħal għajnuna li normalment tingħata mill-qraba jew is-sieħeb. Iżda wara? Zammit spjegat li f 'din il-home, joffru wkoll in-house babysitting fejn volontiera jew l-istaff jieħdu ħsieb lit-tfal tal-ommijiet waqt li jmorru għall-intervisti tax-xogħol jew waqt li jkunu qed jistudjaw għall-futur. "Mhux l-ewwel darba għamilniha ma' omm li tixtieq li tkompli l-iskola. Kellna klijenti li xtaqu li jitgħallmu l-Malti u l-Ingliż u tlabna l-għajnuna ta' volontiera li kienu għalliema biex jgħallmuhom. Aħna dejjem nippruvaw niħulhom ħafna opportunitajiet," qalet Zammit. Fl-istess waqt qalet li jkun hemm ommijiet li m'għadhomx jgħixu f 'Dar Tgħanniqa u jieħdu lit-tfal hemmhekk biex ikunu jistgħu jmorru x-xogħol, jekk dawn ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom u ma jkollhomx alternattiva. "Ma tagħmilx sens li ngħinu lill-omm sakemm twelled biss, imbagħad wara nħalluha taqdef għal rasha. Ix-xogħol jibda' wara li titwieled it-tarbija u għalhekk aħna noffru s-sostenn kollu meħtieġ biex ma tħosshiex waħedha. Apparti minn hekk aħna rriduha li din eventwalment issir aktar indipendenti," qalet Zammit. Fuq dan il-punt hija żiedet Tkellimna ħafna dwar l-abort, min jaqbel u min le. Però ftit tkellimna dwar ir- realtajiet li ġġib magħha t-tqala jew li jġib miegħu l-abort. Minkejja li l-Fondazzjoni Life Network hija assoċjata mal-kampanja pro-life hija wkoll tmexxi Dar Tgħanniqa ta' Omm. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Christie Zammit dwar din ir-residenza...