Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

korriet u lanqas jekk tkun għamlet abort 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 tgħid li għan ieħor tad-Dar huwa li l-ommijiet jilqħu jfaddlu biex jikru residenza huma. Minkejja dan, mhux kollha jirnexxielhom u għalhekk fl-aħħar ġimgħat ħabbru li se jkunu qed jiħu seba' appartamenti (flatlets) biex imorru jgħixu fihom, wara li jitilqu mid- Dar. Zammit qalet li minkejja li joffru ħafna servizzi, ħadd ma huwa perfett u lanqas ma hi l-Fondazzjoni. Għaldaqstant temmen li għandu jkun hemm titjib regolari fis-servizzi tagħhom u qalet li "b'hekk dejjem inniedu servizzi ġodda biex nagħtu l-aħjar għajnuna possibbli." Hija sostniet li għalkemm joffru diversi servizzi, jikkoperaw ukoll b'mod tajjeb ma' awtoritajiet u servizzi oħra offruti għall-familji li jinsabu f 'sitwazzjonijiet simili. "Nirreferuhom għax nafu li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għalihom għax aħna nagħmlu parti minn netwerk ta' sostenn kbir," żiedet Zammit. Zammit spjegat ukoll li malli persuna tidħol f 'Dar Tgħanniqa tal-Omm ikollha pjan ta' azzjoni biex il-ħolmiet tagħha jsiru realtà. Min-naħa l-oħra saħqet li hemm realtajiet differenti. Hemm ommijiet li ma jgħixux f 'Dar Tgħanniqa, ma jitolbux għall- għajnuna b'mod frekwenti iżda jitolbu għall-għajnuna meta tinqalalhom xi emerġenza. "Jaf forsi jiġi xahar fejn ikollhom spejjeż aktar mis-soltu u jitolbu għal xi ħalib jew nappies. Bla ebda dubju, aħna qatt ma nirriutawhom," kompliet Zammit. 'Dawn isiru parti mill-familja tagħna' Bi tbissima fuq wiċċha Zammit saħqet li ma' dawn l-ommijiet, tant jiffurmaw konnessjoni li hija tqishom bħala parti mill-familja. Fil-fatt tgħid li kull persuna li ngħatat l-għajnuna tifforma minn komunità waħda, il-familja ta' Dar Tgħanniqa tal-Omm. "Il-fatt li jaqsmu magħna mumenti daqstant sensittivi, aħna veru grati. Suppost aħna qegħdin hemm biex ngħinuhom, ngħallmuhom ċertu ħiliet u nisimgħuhom, imma aħna nitgħallmu ħafna iktar mingħandhom u l-esperjenzi tal-ħajja tagħhom," saħqet Zammit. Tant hu hekk illi wara li dawn l-ommijiet jitilqu minn Dar Tgħanniqa, xorta waħda jibqgħu jsegwu l-każ tagħhom u jikkomunikaw b'mod frekwenti. Zammit saħansitra qalet li jgħinuhom imexxu l-affarjiet tagħhom mid-Dar għar-residenza l-ġdida. "Jekk ikollhom bżonn xi xirja, sakemm jidraw il-ħajja ġdida, xorta nagħtuhom. Hemm min ilu li telaq mill-2019 u xorta għadhom jiġu fl-uffiċċju tagħna, juruna t-tfal u mmorru nieħdu kafè magħhom," qalet Zammit. Hija żiedet li s-servizz tagħhom qatt ma jieqaf, sakemm ma jkunx hemm omm li tgħidilhom li trid tagħlaq dan il-kapitlu ta' ħajjitha. B'daħqa fuq fommha qalet li lanqas taf x'jiġifieri li wieħed jagħlaq il- każ ma' omm. 'Tkun xi tkun is-sitwazzjoni, l-omm qatt ma titwarrab anke jekk tkorri, tagħmel abort jew tagħti l-wild għall-adozzjoni' Zammit insistiet li l-għajnuna tibqa' tingħata dejjem, tkun xi tkun is-sitwazzjoni. Fil-fatt l-ILLUM staqsiet dwar ommijiet li sofrew minn korriment. "Dawn l-ommijiet li jkunu qed jgħixu fid- Dar u jkunu korrew, bħalma ġieli ġara, ma ngħidulhomx biex jitilqu mid-dar l-għada. Jingħataw l-istess sostenn daqslikieku għadhom qed jistennew tarbija," wieġbet Zammit. Qalet li tkun xi tkun is- sitwazzjoni, l-omm qatt ma titwarrab anke jekk tkorri, tagħmel abort jew tagħti l-wild għall- adozzjoni Fil-fatt hija żiedet tgħid li kien hemm sitwazzjonijiet fejn l-omm iddeċidiet li, filwaqt li mhux se tittermina tqala, temmen li setgħet toffri ħajja aħjar lit-tarbija u għaldaqstant jagħtu l-wild għall- adozzjoni. Huma jirreferuhom għall- aġenziji tal-adozzjoni u jimxu magħhom pass, pass, anke wara li t-tarbija tingħata lill-ġenituri adottivi. "Minkejja li din tkun deċiżjoni tagħhom, mhux kulħadd taffetwah u jirreaġixxi l-istess. Din hija diffiċli ħafna kemm għal single mother u anke għal koppja." Minkejja li din il-Fondazzjoni hija favur il-ħajja, Zammit saħqet li anke din tgħin lil ommijiet li jmorru għandhom u li jkunu għamlu abort, "mingħajr ġudizzju żejjed." "Filwaqt li jkun hemm oħrajn li ma taffetwahomx b'mod daqstant negattiv, hemm min jagħmel abort u wara jkun iddispjaċut. Veru li t-tarbija ma tistax iġġibha lura iżda dik l-omm ukoll għandha d-dinjità tagħha u noffru s-servizz ta' 'post-abortion therapy'." Fakkret li għal dawk l-ommijiet li jibżgħu jitkellmu dwar dawn l-esperjenzi, il-Fondazzjoni toffri servizz anonimu fejn tista' titkellem liberament. "Fl-aħħar tal-ġurnata, is-servizz tagħna mhux qiegħed hemm biex niġġudikaw lill-omm iżda biex ngħinuha," temmen Zammit. Zammit irrakkontat ukoll li ġieli jkun hemm missirijiet li jċemplu għax is-sieħba tagħhom tkun għamlet abort mingħajr ma jkunu infurmati huma filwaqt li kien hemm oħrajn li ġew imġiegħla li jagħmlu abort. Għal darb'oħra tgħid li l-għajnuna tagħhom mhijiex għal kategorija ta' nisa biss iżda għal dawk kollha li għandhom bżonn lil xi ħadd biex jismagħom. Min jixtieq l-għajnuna ta' Life Line Malta iċempel fuq 20330023. 'Kull sena dejjem jiżdiedu l-ommijiet li jirrikorru għall- għajnuna tagħna' Din il-gazzetta tistaqsi dwar kemm il-omm qed tingħata għajnuna bħalissa. Hawn Zammit għarrfitha li kull sena l-ommijiet fid-Dar dejjem jiżdiedu, sena wara oħra. Fl-aħħar erba' snin Dar tgħanniqa tal-Omm laqgħet madwar 30 omm, fil-fatt fl-2022 biss kien hemm 10 ommijiet, terz ta' dak li kien hemm fl-aħħar erba' snin. "Is-sena li għaddiet twildulna 26 tarbija," qalet Zammit. Zammit spjegat li filwaqt li din hija home li tilqa' lil dawn l-ommijiet, din hija fil-veru sens tal-kelma, dar. Dan għaliex, din hija imqassma u atrezzatha bħal kwalunkwe dar oħra biex dawn l-ommijiet jgħixu kemm jista' jkun ħajja normali u jidraw jgħixu f 'ambjent ta' familja normali. Hija qalet li kulħadd għandu kamra tas-sodda u tal-banju għalih u mhux l-ewwel darba li fis-sajf jagħmlu xi BBQ fuq il-bejt. Intant Zammit qalet mal- ILLUM li fiż-żmien li ġej il-Fondazzjoni se tiftaħ dak li jissejjaħ distribution hub fejn ikun mitfuħ għall- volontiera u dawk kollha li jixtiequ li jagħtu xi donazzjoni. "Kollox huwa ta' valur għalina. Għaldaqstant min jixtieq se jkun jista' jiġi dan il-hub f 'Santa Venera." L-għan aħħari huwa wkoll li din issir bħala komunità oħra u li l-ommijiet jistgħu jmorru hemm biex jitkellmu magħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023