Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701
08 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum 'Nibża' ħafna mid-dimensja għax nibża' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-infermiera nnutaw kif kienet konfuża jekk kinitx mara jew raġel u kienet tistaqsi, "imma jiena x'jien?" u tħares lejn sidirha u tistaqsi, "dawn minn fejn ġew?" Xi kultant tesprimi ix-xewqa li tilbes ta' mara u tkun indirizzata bħala tali, imma drabi oħrajn bħala raġel. Ftakret li kienet ilha mis-snin 80 tgħix ta' mara wkoll, imma qalet li issa trid tgħix ta' raġel u tiġi indirizzata bħala wieħed u tilbes ilbies ta' raġel. Imma meta mistoqsija liema lbies trid tilbes ippuntat subgħajha lejn l-ilbies tan-nisa. Mets mistoqsija għalfejn tixtieq li tidentifika ta' raġel hija wieġbet: "Għax hekk suppost" u għax kellha pressjoni minn bintha. Din mhux storja fittizja imma r-realtà ta' Jamie, anzjana trans ta' 94 sena - li kienet parti minn studju magħmul minn Marshall, Cooper and Rudnick fl-2015 u li jitratta d-dimensja, fosthom, f 'persuni trans. Id-dimensja hija realtà ta' sfida qawwija kemm għal dawk li jkunu għaddejjin minnha, għal qraba u l-familja - fejn ikun hemm - u anke għall-carers u l-infermiera li jieħdu ħsieb lill- pazjenti b'din il-kundizzjoni. Iktar minn hekk hija realtà li tista' tkun aktar aċċentwata u reali fost diversi minoranzi - inkluż persuni LGBTIQ - mhux biss minħabba diversi fatturi u realtajiet, imma wkoll minħabba li f 'ċerti pajjiżi dawn il-minoranzi huma injorati jew saħansitra ppersegwitati. Studji diversi juru li hemm elenku sħiħ ta' riskji: Mill-fatt li persuna tkun tgħix waħedha, għal li ma jkollhiex xibka soċjali li tintebaħ bl-ewwel sinjal ta' dimensja, għal realtajiet li dwarhom għad hemm ftit biss studju u li jindikaw kif persuna trans tista' saħansitra "tinsa" it-tranżizzjoni tagħha minn ġeneru għall-ieħor. Rapport bl-isem, 'Sex, gender and sexuality in the context of dementia: a discussion paper' minn Alzheimer Europe juri kif hemm diversi fatturi soċjali li jistgħu jgħollu r-riskji marbuta mad-dimensja, speċjalment fost persuni LGBTIQ u nisa anzjani. Ir-rapport fil-fatt jindika li dawn il-gruppi ta' nies għandhom riskji akbar propju minħabba li hemm iktar persuni 'single' f 'dawn il-gruppi u allura r-riskji marbutin ma' ttestjar tard huwa aktar prevalenti, għax tkun iktar nieqsa ix-xibka soċjali tal-qraba li jistgħu jintebħu aħjar bl-ewwel sintomi tal-marda. Statistika tal-Eurostat, li jikkwota r-rapport turi kif filwaqt li 40.2% tan-nisa fl- ewropa kienu jgħixu waħedhom, dan il-persentaġġ jinżel għal 21.8% fost l-irġiel. L-istatistika dwar nisa li jgħixu waħedhom tvarja minn 23.4% f 'Ċipru għal 50% fid-Danimarka. Ir-rapport ifakkar li dijanjosi kmieni tal- marda twassal għal aċċess, appoġġ, trattamet u kura kif ukoll ippjanar għall-futur. Dan in-nuqqas ta' xibka soċjali li jista' jwassal għal dijanjosi tard jiggrava fil-każ ta' persuni LGBTIQ, b'sondaġġ li sar fir-Renju Unit juri illi meta kienu mqabbla 1,000 persuna eterosesswali ma' 1,000 persuna LGBTIQ, irriżulta li dawn tal-aħħar huma ħafna iktar predisposti li jkunu single b'40% ikkumparat ma' 15%. Dan apparti li 41% qalu li jgħixu waħedhom, filwaqt li kienu 28% tal-parteċipanti eterosesswali li wieġbu l-istess. Filwaqt li ftit iktar minn 25% tal-parteċipanti LGBTIQ qalu li għandhom tfal dan il-persentaġġ jitla' għal aktar minn 90% fost il-parteċipanti straight. U finalment kienu inqas minn 25% tal-persuni LGBTIQ - imqabbel ma' aktar minn 50% tal-parteċipanti eterosesswali - li qalu illi jiltaqgħu mal-membri tal-famija tagħhom b'mod regolari. "Bħala konsegwenza t-triq għad-dijanjosi għal nisa aktar anzjani u persuni LGBTIQ tista' tkun aktar ikkumplikata milli għal irġiel eterosesswali," jisħaq dan ir-rapport ta' Alzheimer Europe. Stigma fuq stigma... L-istudju jidħol ukoll fil- kwistjoni tal-istigma u t-tabù, speċjalment fejn tidħol sesswalità. "Li tesperjenza d-dimensja bħala stigma tista' tkun aktar ikkumplikata minn fatturi oħrajn, uħud minnhom stigma wkoll bħall-anzjanità, identitajiet sesswali, etniċità u klassi soċjali," tfakkar Alzheimer Europe. Fil-fatt ir-rapport jagħmel aċċenn partikolari fuq persuni LGBTIQ u l-identità sesswali fil-kuntest tad-dimenjsa. Fil-fatt jgħid li fost l-inkwiet li jitratta persuni LGBTIQ li jkollhom id-dimensja hemm it-telf tal- identità sesswali tal-persuna. "L-immaniġġjar tal-identità Alzheimer Europe janalizza r-riskji soċjali u anke bijoloġiċi, kif ukoll realtajiet kulturali u nuqqas ta' sensittività lejn l-identità sesswali ta' pazjenti bid-dimensja - fatturi li lkoll ipoġġu lin-nisa aktar anzjani u persuni LGBTIQ f'riskji akbar... In-nisa b'riskji akbar għaliex, aktar nisa jgħixu waħedhom minn irġiel li jagħmel dijanjosi kmieni aktar diffiċli