Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 nibża' li nitlef is-sens ta' identità tiegħi' tal-ġeneru ifisser diversi aspettativi u interazzjonijiet li jinkludu kif persuna tilbes, il-maneriżmi tagħha, il-vuċi tagħha, l-istil tal- komunikazzjoni u oħrajn," ifakkar ir-rapport li mbagħad ikompli jispjega illi meta jkun hemm nuqqasijiet marbutin mal-memorja dan jista' jaffetwa l-immaniġġjar effettiv tal- identità sesswali u tal-ġeneru. 'Nibża ħafna mid-dimensja għax nibża' li nitlef is-sens ta' identità tiegħi' - 'inkwetata li mhux se nkun kapaċi inżomm l-identità tiegħi' kienu tnejn mill-kwotazzjoniiet ta' persuni trans fl-istudju ta' Tarynn Witten tal-2016 ikkwotat minn studju ta' Alexandre Baril u Marjorie Silvermann mill-Università ta' Ottawa fil-Kanada. Dan l-istudju jinnota li filwaqt illi dan l-inkwiet huwa reali hemm nuqqas ta' studju u riċerka li titratta l-anzjanità fost persuni trans. Jgħid ukoll iżda li hemm żewġ raġunijiet li jistgħu jwasslu biex persuni jkollhom problema jindentifikaw is- sesswalità tagħhom u apparti l-problemi psikoloġiċi li jseħħu mad-dimensja hemm ukoll pressjonijiet soċjali, inkluż dawk relatati mal- familja. "Pressjonijiet soċjali, istituzzjonali, mediċi u tal- familja jistgħu jwasslu għal pressjoni fuq persuni bid- dimensja biex jikkonformaw mal-identità tal-ġeneru mogħti fit-twelid Bħala eżempju dan l-istudju jsemmi l-każ ta' Edna li tratta l-istudju Barrett et al (2015) u li juri kif din il-persuna ingħatat ultimatum minn binha li jew tindentifika mal-ġeneru maskili jew inkella ma tarax lin- neputajiet. Riskji minn attitudnijiet soċjali bħall-ikel, xorb u saħħa mentali Fil-każ tal-irġiel in ġenerali hemm realtajiet oħrajn soċjali fosthom li l-irġiel ġeneralment ikollhom imġieba aktar riskjuża, bħal tipjip, xorb ta' alkoħol, nuqqas ta' frott u ħaxix, wisq melħ u wisq ikel ipproċessat. Fil-każ tal-irġiel hemm ukoll ir-realtà - speċjalment f 'ċerti soċjetajiet - tal- aspett tal-maskulinità u allura l-ideal ta' raġel indipendenti u li ma għandu għalfejn jistrieħ fuq ħadd, li tmur kontra l-bżonn ta' għajnuna u screening fil-każ ta' sintomi. In-nisa in ġenerali jkollhom riskji akbar bijoloġiċi bħal obeżità, pressjoni għolja u livelli għolja ta' kolesterol. Dan apparti li b'mod ġenerali (internazzjonalment) ibatu minn livelli aktar baxxi ta' edukazzjoni, dħul u aċċess għas- saħħa - kollha fatturi li jwasslu biex inqas nisa jagħmlu dijanjosi tal-problema. Id-dipressjoni wkoll hija fattur li twassal għal aktar każi ta' dimensja, u fejn hemm gruppi ta' nies aktar predisposti għad- dipressjoni akbar se jkun ir- riskju ta' dimensja. Aċċess ugwali għad-dijanjosi Għalhekk ir-rapport ta' Alzheimer Europe qed jipproponi li jkun hemm miżuri għal aċċess ugwali għad-dijanjosi tad-dimensja kemm għall-irġiel kif ukoll in- nisa, u nies kollha f 'residenzi tal-anzjani. Dawn il-miżuri għandhom ikunu ċari u riflessi fil-policies, mhux jibqgħu fl- arja, jipproponi r-rapport. Għandha ssir aktar riċerka u studji li jiffukaw fuq id-differenzi fil-ġeneri u l-fatturi li jwasslu għad-dimensja. Dan apparti li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa - jgħid ir-rapport - għandhom ikunu mgħarrfa dwar l-istatus ta' nies li qed jużaw is-servizzi u fejn ikun hemm bżonn dawn jintbagħtu għal aktar dijanjosi relatata mad-dimensja. 'Mhux sew... Terġax!' Kif is- sesswalità tingħata t-tikketta negattiva Apparti dan iżda - u dan mhux dwar persuni LGBTIQ biss - ir- rapport jisħaq illi s-sesswalità ta' persuni bid-dimensja ħafna drabi hija meqjusa bħala "sfida", "mhux propizja" jew inkella kwistjoni medika li għandha tkun ikkontrollata. Ħafna drabi meta pazjent juri xi forma ta' mħabba lejn residenti oħrajn hija mill-ewwel meqjusa bħala xi ħaġa mhux propizja u li ma għandhiex titħalla. "Il-konsegwenza li persuna tingħata tikketta illi l-espressjoni sesswali tagħha mhux postha tista' titqies bħala telf tad-dritt tal-persuna għas-sesswalità u familja," qal ir-rapport. Għalhekk dan ir-rapport qed jinsisti li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa għandhom jipprovdu l-opportunitajiet u l-appoġġ emozzjonali lil persuni LGBTIQ bid-dimensja sabiex b'hekk jimmaniġġjaw l-identitajiet sesswali tagħhom aħjar. Dan filwaqt li għandhom jirrispettaw u jivvalidaw l-identità tal- ġeneru ta' persuna lilhinn mill- apparenza jew attribwiti fuq il- kartà ta-identità. Ir-rapport qed jippropni wkoll li jkun hemm persuna li tirrapreżenta id-drittijiet u l-benesseri ta' persuni LGBTIQ li qed isibu diffikultajiet biex jimmaniġġjaw l-identità tagħhom. Il-parir lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa: Tassumux! Ir-rapport jisħaq illi ħaddiema tas-saħħa u anke dawk fl- oqsma soċjali ma għandhomx jassumu jew inkella jirriflettu l-attitudnijiet u twemmin tagħhom fuq il-pazjenti bid- dimensja ta' sessi, orjentazzjoni jew indentitajiet tal-ġeneru differenti minn tagħhom. Is-sesswalità ta' pazjenti iktar anzjani ma għandhiex tiġi redikolata jew meqjusa bħala xi ħaġa li għandha tkun ikkontrollata, anzi għandhom jassiguraw li persuni bid- dimensja jkunu dejjem involuti fid-deċiżjonijiet kollha li jkunu qed jieħdu u li jinvolvu s-sesswalità tagħhom. Fost l-Esperti li kkumpilaw dan ir-rapport kien hemm il- Maltin Charles Scerri u Anthony Scerri. X'jagħmlu Alzheimer Europe? Alzheimer Europe tikkontribwixxi għal numru ta' proġetti relatati ma' riċerka li ttratta d-dimensja, f 'liema proġetti tipprovdi l-veduti ta nies bid-dimensja, dawk li jieħdu ħsiebhom u ta' assoċjazzjonijiet diversi nazzjonali li jitrattaw dan il-każ. B'kollox f 'Alzheimer Europe hemm 41 organizzazzjoni minn 37 pajjiż. Persuni LGBTIQ b'riskji akbar. Imma għaliex?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023