Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 Min qatlu lil Lino Cauchi? illum • IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 membri tal-familja, lanqas kienu daqstant ikrah bl-involviment ta' politiċi' 'Il-mewt ta' Manfrè huwa wieħed misterjuż. 99.9% huwa li hemm konnesjoni' Qabel ma beda jaħdem għal rasu, Lino kien jaħdem fil- kumpanija Diamantino Manfrè. Ftit qabel l-għejbien ta' Lino, Lino Manfrè, l-imgħallem ta' Lino Cauchi qabel ma telaq, miet mewta li ħafna, inkluż il-familja Cauchi qalu li kienet "misterjuża. Rapporti qalu li kien l-Isptar San Luqa, kien mistenni li jirkupra u f 'ħabta u sabta miet. Minkejja li l-mewta tiegħu kienet irreġistrata bħala mewta naturali, qatt ma spjegat għaliex pajp mediku inqala minn ma' Manfrè. B'riżultat ta' dan Cauchi irdoppja l-assigurazzjoni personali tiegħu, mossa li ħafna qalu li kienet tindika li Cauchi kien beżgħan għal dak li kien ġej għalih. Din il-gazzetta tistaqsi lil Joe jekk Lino qatt esprima biża' fix- xhur qabel ma għeb. "Mill-body language konna nissuspettaw li hemm xi ħaġa li tista' tkun gravi. Ġieli semma farka żgħira. Siegħa qabel ma' għeb, Anna kienet qaltilna li it xhur qabel Lino qal li kien qiegħed jisma' l-passi fuq il-bejt. Probabbli fl-istess żmien li saret dik il-laqgħa tal-kriminali, li kien preżenti għaliha Lino," qal Joe b'refernza għall-laqgħa tal- 1981. Meta mistoqsi jekk kienx informa lil Pulizija, Joe qal li Lino ma kien qalilhom b'xejn "għax probabbli kienu jistaqsuh f 'min qed jissuspetta. Ma setax isemmi ismijiet. Kien jaf ma' min qed jagħmilha." L-ILLUM terġa' tistaqsi jekk dan kienx investigat wara l-għejbien tiegħu u huwa wieġeb fin-negattiv. Din il-gazzetta terġa' tfakkru f 'Manfrè u din id-darba tistaqsi jekk jemminx li hemm konnessjoni bejn il-mewta ta' Manfre u l-qtil ta' Lino. "99.9% li iva. Miet misterjożament u it wara kien imiss lilu. Ħijja kien jaf li dawk li qatlu lil Manfre issa kienu se joqtlu lilu," qal Joe. 'Meta staqsejna x'ġara mill- investigazzjoni, ma qalulna xejn' Din l-intervista terġa' ddur fuq l-investigazzjoni tal- każ b'reazzjoni għall-artiklu ippubblikat mill-MaltaToday li fih, jikkwota maġistrat jgħid li f 'dan il-każ hemm possibilità ta' involviment tal-Pulizija. "Is-suspett hemm qiegħed u aħna issuspettajna li kien hemm xkiel u li ma saritx pressjoni biżżejjed mill-Gvernijiet," qal Joe. Huwa jagħmel referenza wkoll għall-investigazzjonijiet ta' uffiċjali ta' Scotland Yard li kienu nkarigati biex jinvestigaw każijiet mhux solvuti fosthom ta' Lino u ta' Karin Grech. "Bagħtu għalina, kienu f 'lukanda u kienu qed jippakkjaw għax kienu se jitilqu. Qalula li l-Gvern il-ġdid keċċihom. Dak iż-żmien għamlu madwar erba' xhur fuq il-każ ta' Grech u kienu se jibdew ta' Lino. Fil-fatt għamlu biss madwar siegħa u sagħtejn xogħol fuq il-każ," qal Joe. B'dieqa qal li kull darba li staqsew lil Awtoritajiet dwar l-investigazzjoni, qatt ma qalulhom xejn. "Jekk kienx hemm xi ħadd mhedded, ma nafx. Iżda dik mhix risposta." Min hu Fr Joseph Balzan? Kif kien jaf li Lino se jinstab ġewwa bir? Din il-gazzetta tistaqsi dwar il- kappillan Joseph Falzon, b'mod partikolari għaliex qal lill-Anna u lil familja ta' Lino, it biss wara li għeb, biex ifittxu għal-Lino fil- bjar. Joe jirrakkonta li b'din l-informazzjoni "taħraq" il- familja fittxet fil-bjar iżda huwa kien qalilhom biex ifittxu madwar Santa Venera, fejn kienu jgħixu Anna u Lino. Eventwalment insiru nafu li veru instab ġewwa bir, iżda fil-Buskett fl-1985. Falzon kien jaf lill-familja sew u kien stqarr mal-familja li tant kien beżgħan, li mexa' lejn id-dar tagħhom u mhux saq. Madankollu, Falzon biddel il- verżjoni tiegħu meta interrogat fl-2002. "Forsi qal hekk b'kumbinazzjoni li anqas titwemmen, jew inkella kellu xi tip ta' informazzjoni u biża' li setgħu qalulu li kienu se jagħmlulu l-istess, kif għamlu lil Lino waqt dak il-laqgħa," qal Joe. Mistoqsi dwar jekk saritx investigazzjoni serja fuq dak li qal Falzon, Joe wieġeb li, "titkellem mod, li tinvestiga mod ieħor u li tagħmillu pressjoni forsi ġġibu dahru mal-ħajt u jitkellem, mod ieħor ukoll." L-ILLUM u Joe jerġgħu jitkellmu dwar il-ġustizzja, il- qofol ta' battalja qalila li ilha għaddejja aktar minn erba' deċennji. Joe qal li għall-familja u dawk kollha li jiakruh huwa importanti. Huwa irrakkonta li f 'dak il-perjodu sakemm għeb u ġie identifikat hu baqa' bit-tama. "Darba mort Londra u ħsibtni li rajtu. L-immaġinazzjoni taħrab bik, huwa dak iż-żmien kien għadu rraportat nieqes. Għandna bżonn closure. Il-bieb mhux se jingħalaq kollu, imma almenu jkun imbexxaq sew u ma' jibqax at the back of our minds." 'Lino kien iħobb il-ħajja... F'żogħżitu mar l-Irlanda u beda jaħsiba jerġax jinżel lura Malta' Iżda qabel xejn. Min hu Lino Cauchi? Ħafna jafu bl-istorja tal- qtil makabru tiegħu iżda fuq il- karattru tiegħu it li xejn nafu. Joe iddeskriva lil ħuh bħala persuna li kien iħobb il-ħajja u minkejja s-suċċessi fil-karriera tiegħu, speċjalment meta laħaq awditur, ma kienx studjuż. Fil-fatt Joe irrakkonta li it qabel ma' għamel l-aħħar eżamijiet biex jilħaq accountant, mar jaħdem f 'bar fl-Irlanda. "Kien qiegħed jaħsiba darba, darbtejn jekk jirritornax lura Malta għax il-ħajja fis-snin 80 hemm kienet ħafna aktar vivaċi minn dik ta' hawn," kompla Joe. Huwa stqarr li kien bniedem li jgħix għall-mument u li l-ħin kollu jiċċajta, karatteristika li żgur hija komuni fil-familja, għax mhux l-ewwel darba li Joe irrakkonta xi ċajta żgħira, anke f 'nofs konverżazzjoni ta' ċertu niket. Joe ħadna lura għat-tfulija tiegħu u ta' ħuh u spjega li waħda mill-aktar affarjiet indimentikabbli għalih kienu l-logħob tal-futbol. Qal li fis-sajf kienu jmorru fil-villeġġjatura f 'San Pawl il-Baħar u li kienu jilgħabu ma'diversi timijiet, inkluż dak tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. "Lino kellu talent kbir u dejjem kien jipprova jrebbaħna. Imma kellu jieqaf minħabba x-xogħol għax dan jirrikjedi ħafna aktar ħin u importanza," qal Joe.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023