Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701
14 Min qatlu lil Lino Cauchi? IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum X'ġara wara? Lino jirritorna d-dar għal 12p.m. Siegħa wara imur lura l-uffiċċju fi Triq l-Ifran il-Belt Valletta. Żewġ klijenti jmorru jfittxxuh id-dar u jgħidulha li l-karozza tinsab qrib id-dar. L-aħħar li rawh kien fis-6:30p.m. Issir laqgħa l-Belt bejn Joe Pace, Piju Camilleri, Joseph Borg, Victor Balzan, in- nutar Joseph Saydon u Lino Cauchi. Borg u Balzan riedu jibnu fuq art fil-Fgura. Biex joħroġ il-permess għa l dan, Camilleri jitlob 22 plot minnhom. X'ġara qabel inqatel? Novembru 1981 8 ta' Diċembru 1981 Jiġi iffirmat ftehim li fih Pace jingħata 22 plot minn ta' Belija fil- Fgura, f'isem Camilleri u l- kumpanija tagħhom Terry Ltd. Fi ftehim separat u privat, imfassal minn Lino Cauchi, Camilleri ja- għti lura 30 plot lil Borg. Dan bil-patt u l-kundiz- zjoni li Borg iwaqqaf il-kawża fil- Qorti kontrih. Dan il-ftehim, għeb u aktarx ittieħed mill-bagalja ta' Cauchi. 12 ta' Diċembru 1981 Il-PL jirbaħ l-elezzjoni ġenerali b'maġġoranza ta' siġġijijiet il- Parlament. 15 ta' Frar 1982 16 ta' Frar 1982 Uffiċjal tal-Inland Revenue jitlob għad-dokumenti ta' Cauchi. Dakinhar tagħmel rapport lill- Pulizija. L-għada, fis-17 ta' Frar tinstab il-bagalja żgassata, f'Chadwick Lakes. 15 ta' Novembru 1985 Jinstab katavru mbiċċer f'boroż tal-plastik f'bir fil-Buskett. Il-ġisem ma setax jiġi identifikat u nstabet ukoll l-arma tad- delitt, mazza. 3 ta' Mejju 1988 Il-katavru ittieħed l-Awstralja u ġie identifikat uffiċċjalment bħala Lino Cauchi. 3 ta' Mejju 1989 Lino jingħata l-aħħar tislima. Paolo jattendi l-funeral liebes l-unifromi tal- iskola u ngħata permess biex jitqarben, hekk kif kellu seba' snin u kien għadu m'għamilx l-ewwel tqarbina Ġunju 1994 Piju Camilleri jiċħad li Lino kien l-acc- ountant tiegħu u li kellu xi konnessj - oni miegħu. Snin wara biddel il-verż- joni. 14 ta' Awwissu 2020 Anna u Paolo Cauchi jiftħu proċeduri Kostituzzjonali kontra l-Prim Ministru. 26 ta' Jannar 2023 L-eredi ta' Lino Cauchi jingħataw kumpens ta' €615,000. Il-Qorti saħqet li l-Istat falla milli jinvestiga l- każ kif suppost 1 2 3 4 5 6 7 1 8 9 10 11