Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 kummerċjali illum • IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 Il-proġett ta' konservazzjoni marbut mal-pitturi uniċi fuq il-ħitan li juru l-battalja tal- Assedju l-Kbir tal-1565 fil- Palazz tal-Gran Mastru fil- Belt se jitlesta dalwaqt wara li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) tat donazzjoni addizzjonali ta' €70,000 għal dan il-proġett. Lura fl-2020, l-Awtorità kienet diġà ffinanzjat €75,000 għal dan il- proġett. Id-donazzjoni ngħatat lir-Research, Innovation & Development Trust (RIDT) fi ħdan l-Università ta' Malta. Il-proġett li fit-totalità tiegħu qed jiswa €300,000 qed isir mid- Dipartiment tal-Konservazzjoni u Wirt Mibni, fi ħdan l-Università ta' Malta u Heritage Malta, taħt il-patroċinju tal-Uffiċċju tal- President ta' Malta. Imqiegħed fil-Kamra tal- Kunsill il-Kbir tal-Palazz tal- Gran Mastru fil-Belt Valletta, iċ-ċiklu tal-pitturi fuq il-ħitan joffri rappreżentazzjoni unika – u storikament preċiża – tal-Assedju, meta l-Maltin li kienu ferm anqas fin-numru, immexxija mill- Kavallieri Osptarieri, iddefendew b'suċċess il-gżira minn attentati u invażjoni mill-Imperu Ottoman. Il-Gran Mastru veteran tal- Assedju l-Kbir, Fra Jean de Cassiere (1572-1581), stieden lill-artist Matteo Perez d'Aleccio (1547-1628) biex jiġi Malta fl- 1577 sabiex ipitter l-Assedju ta' erba' xhur. Bl-użu ta' rakkonti ta' xhieda u rapporti bil-miktub, d'Aleccio ħoloq sekwenza narrattiva tal- Assedju fuq sensiela ta' 12-il xena, u rrekordja sal-anqas dettall episodji veri li jiddefinixxu l-istorja ta' Malta. Is-Sur Oliver Magro, Chairperson Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar, qal li "aħna kburin b'mod partikolari bl-assoċjazzjoni tagħna ma' dan il-proġett ta' restawr. Il- finanzjament li tajna ta' €145,000 lejn ir-restawr ta' dawn il-pitturi fuq il-ħitan, li huma mill-isbaħ, ser tiżgura li dan it-teżor nazzjonali jitgawda mill- ġenerazzjonijiet futuri. Infaħħru l-ħidma eċċellenti li qiegħda titwettaq mid-Dipartiment tal- Konservazzjoni u l-Wirt Mibni fl-Università ta' Malta, immexxi mill- Professoressa JoAnn Cassar u t-tim tagħha. L-appoġġ tagħna għal proġetti li jippromwovu u jippreservaw il-wirt ta' Malta ser ikompli fil-futur." Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi wera s-sodisfazzjoni tiegħu għal kontribut sostanzjali li tat l-Awtorità tal-Ippjanar waqt li rringrazzja lid-Dipartiment tal- Konservazzjoni u Wirt Mibni għall-ġestjoni u s-sorveljanza ta' dan il-proġett. Il-Ministru qal li, "Huwa ta' sodisfazzjon kbir li tara proġett ta' konservazzjoni ta' dan it-tip jasal fi tmiemu waqt li fl- istess ħin iservi bħala pjattaforma għal proġetti futuri tal-istess livell". Il-Ministru Zrinzo Azzopardi temm jgħid li dan il-proġett jirrifletti wkoll l-impenn tal- Gvern favur il- preservazzjoni tal-wirt kulturali ta' pajjiżna u l-użu għaqli u strutturat ta' fondi pubbliċi. Ir-Rettur tal-Università ta' Malta, il-Professur Alfred Vella qal li "minbarra r-rwoli tradizzjonali tat- tagħlim u r-riċerka, università moderna mistennija tiem il-ħtiġijiet tal-komunità tagħha u tipparteċipa b'mod attiv fit-tisħiħ tas-soċjetà." Żied jgħid li "din il-pittura monumentali hija tas- soċjetà tagħna u hija parti mill-identità tagħna bħala nazzjon. L-Università ta' Malta, permezz tad- Dipartiment tal-Konservazzjoni u Wirt Mibni tagħha, ħadet din il- konservazzjoni bħala parti mill- missjoni tagħha, u aħna midjunin ma' organizzazzjonijiet bħall- Awtorità tal-Ippjanar u oħrajn, li pprovdew is-sostenn finanzjarju għal tali impriża." Għal aktar informazzjoni żur https://researchtrustmalta.eu/ research-projects/conserving- great- siege-wall-paintings/ Il-PA tassigura aktar fondi għall-konservazzjoni ta' pitturi uniċi fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Fuq quddiem: Prof Alfred Vella, Rettur tal-Universita'u Oliver Magro, Chairperson tal-PA Fuq wara: Wilfred Kenely, CEO - RIDT (xellug) u Stefan Zrinzo Azzopardi, Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliħi u l-Ippjanar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023