Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701
22 oroskopju IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Libra ser tkun ġimgħa li tnaqqas it mill-ħidma tiegħek u tieħu it ħin għal xi eżercizzju u dan sabiex grazzi għal dan int tkun tista' tikkonċentra aktar fuq il- madwar tiegħek. Għaraf li tieħu din il-pawża żgħira għax inkella ser toħloq ħafna pressjoni madwarek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. Libra huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Scorpio ser tkun ġimgħa li għalkemm qegħda taħt pressjoni sabiex tieħu ċertu deċiżjonijiet xorta waħda trid tipprova twettaq dan fl-aħjar ħin komdu għalik u ma tieħux deċiżjonijiet magħġla. Minħabba l-pressjoni li għandek madwarek kun kawt u għaraf biss x'inhu l-aħjar għalik. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini. Scorpio huma magħrufin għal idejat fundamentali tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Sagittraius ser tkun ġimgħa li tgħaraf torganizza aħjar is-sitwazzjoni tad-dar tiegħek. Ovvjament minħabba li f 'dawn il-ġimgħat kont impenjat ma stajtx iż- żomm id-dar organizzata u peress li int persuna li tħobb kollox organizatt issa għandek il-ħin għal dan. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. Sagittarius huma magħrufin għal idejat pożittivi li joffru. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Capricorn ser tkun ġimgħa li tmexxi lilek innifsek aħjar fir-relazzjoni ta' l-imħabba tiegħek. Int taf li żgur ma tixtieqx tagħddi minn dak li int esperjenzajt fil- passat. Għalhekk f 'dawn il-ġranet wettaq dik il-motivazzjoni sabiex l-imħabba li għandek tkompli titkattar. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik l-istess Aquarius ser tkun ġimgħa ta' għarfien aħjar dwar il-madwar komplut tiegħek. Bil-mod il-mod kull parti mill-ħajja tiegħek qegħda tieħu stampa aktar ċara sabiex b'hekk int tista' tgħaraf liema direzzjoni ser tkun l-aktar ideali għalik. Ma hemmx għalfejn tgħaġġel. Analizza u wettaq. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Aquarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Pisces ser tkun ġimgħa sabiex tibbilanċja l-ħin tiegħek. Int trid tgħaraf kif iżomm bilanċ bejn il-karriea u dawk ta' madwarek. Dan huwa mportanti u ma tistax ma ssibx dan il-bilanċ għax jaf ikollok konsegwenzi li tista' ma ssibx kontroll tagħhom. Għalhekk wettaq dan il-bilanċ. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra. Pisces huma magħrufin għad direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste X'HEMM GĦALIK WAQT IŻ-ŻODJAKU TA' AQUARIUS MILL-ĦADD 5 TA' FRAR SAS-SIBT 11 TA' FRAR Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Aries ser tkun ġimgħa ta' għarfien ta' bilanċ bejn dak li llum qiegħed tesperjenza għal dak li int taf x'hemm riesaq lejk. B'responsabbilta' aktar profonda sib ħin sabiex twettaq analiżi profonda sabiex tkun aktar trankwill meta fil-fatt ser tkun qiegħed tesperjenza dan kollu. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgha huwa Capricorn. Aries huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Taurus ser tkun ġimgħa ta' għarfien aħjar ta' dak li int tixtieq twettaq. Issa int qiegħed f 'pożizzjoni aktar ideali sabiex tgħaraf aħjar dak kollu li int għandek madwarek u b'hekk int tista' tanalizza aħjar dak kollu sabiex tkun f 'qagħda aħjar għax-xhur li ġejjin. Irrifletti. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Taurus huma magħrufin li jimxu mal mument. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn int issa trid tkun aktar iddeterminat fid-deċiżjonijiet tiegħek. Minħabba li bħal qisek inqbadt ġo ħafna sitwazzjonijiet dawn issa taf dwarhom u għalhekk issa għaraf tieħu l-aħjar deċiżjoni ta' fejn int sejjer. Għaraf biss li int tista' tkun aħjar minn dak li tinsab fih fil-preżent. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Gemini huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta' ħsieb biss tiegħek innifsek. Issa wasal il-mument li tgħaraf biss x'hemm bżonn għalik sabiex dak li int tħoss tgħaraf tkompli miexi biħ u lejn aktar stabbilta'. Issa ma tistax ma tagħrafx lilek innifsek meta int taf li hemm opportunitajiet resqin lejk. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Leo ser tkun ġimgħa li int tista' tbiddel u tirranġa b'mod għaqli dak li int qiegħed tesperjenza. Issa li ilek ġimgħat tesperjenza dak li għaddej minnu huwa l- waqt ideali li int kapaċi tbiddel kif verament tixtieq int. Għalhekk wettaq dan. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. Leo huma magħrufin għat tkattir. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Virgo ser tkun ġimgħa sabiex twettaq it kontijiet. Tul dawn l-aħħar ġimgħat int taf li kellek ħafna nfieq li ma stajtċ tevita. Għalhekk issa li dan għadda tista' twettaq analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek. Wettaq dan b'għaqal. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Virgo huma magħrufin għal istabillta' tagħhom. Namaste IL-QMURA FIL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA' AQUARIUS Bħal kull żodjaku ieħor il-ħdax iż-żodjaku ta' Aquarius joffrilna ż-żewġ qmura tiegħu, n- new moon u l-qamar kwinta, żewg qmura li għalkemm b'aspetti differenti minn xulxin xorta waħda l-benefiċċji tagħhom ikunu ta' benefiċċju kemm għaż-żodjaku ta' Aquarius kif ukoll għaż-żodjaki l-oħra b'mod speċjali ż-żewġ żodjaki ta' Libra u Gemini li jiffurmaw l- istess element ta' l-arja ma' dan iż-żodjaku ta' Aquarius. L-informazzjoni dwar iż-żewġ qmura li f'dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal dwarhom huma ovvjament ikkombinati ma' dan il-ħdax iż-żodjaku ta' Aquarius fejn l-ewwel li ser esperjenzajna huwa n-new moon nhar is-Sibt 21 ta' Jannar ,waqt li l-Ħadd 5 ta' Frar fejn ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-qamar kwinta li bejniethom kif ġa spjegajt fil- bidu ta' dan l-artiklu jipprovdu diversi benefiċċji nteressanti. In new moon għal dan iż-żodjaku ta' Aquarius wasslilna diversi aspetti pożittivi , fost dawn l-aspetti nsibu għarfien aktar organizzativ fejn bla ma rridu nħossuna li hemm bżonn norganizzaw aħjar l-iskeda tagħna, d-dar tagħna jew kif inħejju aħjar lilna nfusna. Hemm ukoll aktar għarfien għas saħħa tagħna u b'da n nagħrfu aħjar x'inhu l-aħjar sabiex intejbu saħħitna aktar waqt li nagħrfu ftit aktar lilna nfusna. Xi kulltant nagħtu wisq lill ħaddieħor iżda meta niġu għalina nfusna neħlu. Għalhekk issa huwa dak il-mument li tgħaraf tagħti aktar importanza lilek innifsek. Il-Ħadd 5 ta' Frar ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-qamar kwinta ta' dan iż-żodjaku ta' Aquarius fejn dan ser ikun qiegħed joffrilna li nagħrfu nkunu aktar iffokati biss lejn dawk il-miri li nistaw verament inwettqu. Xi kultant ikun hemm ħafna miri li nixtiequ imma finalment ikunu ftit li nkunu verament wasalna għalihom. Dan ser jipprofdilna bilanċ bejn il- ħidma li nwettqu mal-bilanċ ta' dawk viċin tagħna, l-familja, l-maħbubin u oħrajn , aspetti oħra fosthom tkattir fl-abbilita', ħarsien lejn il-bżonnijiet ta' madwarna kif ukoll dik ta' kif ser nibdew niffukaw lejn pjanijiet, idejat jew proġetti meħtieġa. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON