Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum Carmel Bonnici Dick Tracy - Detective immortali Dick Tracy, il-karattru maħluq minn Chester Gould, ħa l-fama meta deher għall-ewwel darba bħala strixxa komika fil-gazzetti. Dan id-ditektiv ta' geddum tawwali għamel id-debut tiegħu fiċ-ċinema f '4 serje tar-Republic Pictures li kienu jintwerew episodju kull ġimgħa qabel il- film propju f 'wirjiet matinee, l-aktar nhar ta' sibt filgħodu u kmieni wara nofs inhar, lejn l-aħħar tas-snin tletin. Minbarra l-ewwel wieħed magħmul qabel dan l-istudjo sar popolari għal dan il-ġeneru ta' film, dawn ix- xogħlijiet eċitanti u mħarrkin kienu mimlija azzjoni, taqtiegħ il-qalb u immaġinazzjoni, għakemm ma kienu jaqblu xejn mal-istrixxa li kienet tidher fil- gazzetti. L-attur protagonist, Ralph Byrd jidher li qisu twieled apposta biex jinterpreta lil dan l-eroj ta' geddumu li jispikka. Is-serje tar-Republic ta' Dick Tracy b'dan l-attur kienu erbgħa: DICK TRACY (1937) – 15- il kapitlu b'tul ta' 290 minuta. Jaħdmu Ralph Byrd, Kay Hughes, Smiley Burnett, Lee Van Atta u Francis X. Bushman. Dick Tracy (Byrd) ikun inkarigat jaqbad lil " Iz -Zopp", magħruf ukoll bħala l-"Brimba" u lill-gang tiegħu biex iwaqqaf l-attivitajiet malinni tagħhom darba għal dejjem. DICK TRACY RETURNS (1938) – 15-il episodju b'tul totali ta' 254 minuti. L-atturi huma Ralph Byrd, Lynn Roberts, Charles Middleton u Michael Kent. Dick Tracy u Steve Lockwood (Kent) jerħulha biex jaqbdu lill-infami Pa Stark (Middleton) u lit-tfal tiegħu, Champ (John Merton), Trigger (Raphael Bennett), Slasher (Jack Ingram) u Kid (Ned Glass). DICK TRACY G-MAN (1939) – 15-il kapitlu b'tul ta' 268 minuti b'kollox. Jaħdmu Ralph Byrd, Irving Pichel, Ted Pearson u Phyllis Isley (magħrufa ħafna aħjar bħal Jennifer Jones, rebbieħa ta' Oscar misthoqq it snin wara f 'e Song Of Bernardette). Dick Tracy of Steve Lockwood (Pearson) imorru biex iwaqqfu lill-ispija gwapp Zarnoff (Pichel) milli jagħmel sabutaġġ lid-difiżi Amerikani. DICK TRACY VS CRIME INC. (1941) – 15-il kapitlu b'tul ta' 263 minuti. Jidhru Ralph Byrd, Michael Owen, Jan Wiley, John Davidson u Ralph Morgan. Dick Tracy u Bill Ceyn (Owen) din id- darba jridu jwaqqfu lil "Ħares" milli joqtol lill-membri ta' Kunsill Sigriet ta' Tmienja. Fl-1945, il-kumpanija RKO Radio iddeċidiet li terġa' tirxoxta lil dan id-ditektiv ħabrieki għal serje ta' films ta' livell "B", imma r-riżultati kienu aktar medjokri. Morgan Conway ħadem ta' Dick Tracy fl-ewwel tnejn mingħajr distinzjoni, wara, Ralph Byrd irritorna għal dan l-irwol. L-ebda wieħed mill-erbgħa films tal- RKO ma pprofitta mill-ħażna rikka li l-awtur Gould ipprovda fis-snin ta' avventuri kważi ta' kuljum ta' dan l-investigatur, għalkemm kien hemm sforzi modesti biex xi wħud mill- viljakki primi li ħoloq ħadu l-ħajja fuq il-liżar ċinematografiku. Il- presenza ta' Boris Karloff f 'Dick Tracy Meets Gruesome poġġa lil din il-produzzjoni f 'post għaliha mit-tlieta l-oħra. Xorta waħda ma kienx aħjar ħafna mill-oħrajn ta' din is-serje diżappuntanti. Is-serje tal-RKO Radio hi din: DICK TRACY (1945) – (a.k.a. DICK TRACY DETECTIVE). Dirett minn William Berke. Jaħdmu Morgan Conway, Anne Jeffreys, Mike Mazurki u Jane Greer. 62 minuti. Dan l-investigatur f 'din l-ewwel entratura jiġġieled il-kriminalita'. Film nieqes mill-valuri tal- produzzjoni. DICK TRACY VERSUS CUEBALL (1946). Dirett minn Gordon Douglas. 62 minuti. Jaħdmu Morgan Conway, Anne Jeffries u Lyle Latell. Jinsterqu xi djamenti prezzjużi imma qabel il- ħalliel ikun jista' jinnegozzjahom jitgħallaq minn Cueball, li jieħu dawn il-ġojjelli u jkompli joqtol lil dawk kollha li jaħseb li qegħdin iqarrqu bih. DICK TRACT MEETS GRUESOME (1947). Dirett minn John Rawlins. 65 minuta. Jidhru Boris Karloff, Ralph Byrd u Anne Gwynne. Karloff jagħti gost bħala Gruesome li juża gass sperimentali biex jiffriża lin-nies u jisraq il-banek. DICK TRACY'S DILEMMA (1947). Dirett minn John Rawlins. 60 minuta. L-atturi huma Ralph Byrd, Lyle Latell u Kay Christopher. Ħafna mill-atturi kkuntrattjati mal-RKO jidhru f 'dan ix-xogħol movimentat u sodisfaċenti kif jiżviolġu il-każi. Kellhom jgħaddu 43 sena oħra sakemm inħadem film ieħor dwar dan id-detektiv magħruf u popolari mill-istrixxa komika u grafika tal-gazzetti. Dick Tracy tal-1990 kienet produzzjoni ta' livell għoli, kkulurita sewwa, bi stil lussuż u bl-attur Warren Beatty jagħti definizzjoni oħra ta' dan l-investigatur, eroj b'geddumu kwadru u bi mnieħer imqabbeż. Dan ix-xogħol tal-kumpanija Disney, dirett b'ċerta ħila minn Warren Beatty stess, kellu cast formidabbli li jinkludi atturi bħal Madonna (li tkanta fih), Al Pacino, Glenn Headly, Charlie Korsmo, Mandy Patinkin, Charles Durning, Catherine O'Hara, James Caan, Michael J.Pollard, Estelle Parsons, Paul Sorvino, William Forsythe, Seymour Cassel, Dustin Hoffman, Dick Van Dyke, James Tolkan. R. G. Armstrong u Kathy Bates. (Ikompli il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023