Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 Gerada u l-qtil misterjuż ta' Peter Jones (5) Sostniet ukoll li mhux l-ewwel darba li missierha ipprova jagħmel suwiċidju permezz ta' xokk elettriku. Tant hu hekk li darba kien wissiha biex ma tmissux wara li jieħu x-xokk iżda għandha tmur iċċempel lil nannuha. Grazio ma kienx l-uniku wieħed li pprova jagħmel dan, fil-fatt żiedet tgħid li ommha ippruvat ittemm ħajjitha darbtejn għaliex "ma kinitx tiflaħ għas-swat li kienet qed taqla'." Tibda' issa l-verżjoni ta' Grazio. Huwa stqarr li darba martu kienet taħdem f 'Paceville, San Ġiljan iżda ma tantx kienet togħġbu l-idea, għax għalih dan kien ifisser li jkollu aktar xogħol tad-dar. Qal ukoll li mhux l-ewwel darba li spiċċat mix- xogħol u daħlet id-dar fl- 4a.m. Huwa semma l-inċident tal-lasta tal-isqueezer u li martu kienet tagħtu daqqa biha u laqtitu f 'għajnejh. Tant hu hekk li kellu jmur għand il-ġirien biex jagħtuh xi ħwejjeġ u joħduh l-isptar. Huwa qal li ġieli kienet tħebb għalih u tinsulentah. Irrakkonta fil-Qorti li fl- 1993 kien mar il-Kanada waħdu bil-għan li jsib xogħol iżda ma rnexxilux. Meta ċempel lil Diane hija irrifjutat li tmur tiltaqa' miegħu l-Kanada għax riedet li tissepara minn miegħu. Dakinhar fil-Kanada stess, Grazio prova jtemm ħajtu billi bela' ħafna pilloli u meta ċemplilha mill-Isptar hija qaltlu li jekk imur lura Malta, hija kienet se taċċettah. Fil- fatt stqarr li mar lura Malta għax ma riedx li jkisser lil familtu. Waqt il-ġuri tissemma diversi drabi li Grazio kien qed jissuspetta li martu kienet qed taqlibhielu. "F'għeluq sninha qalet li marret tiċċelebra mal-ħbieb iżda kelli informazzjoni li kienet ma' raġel ieħor." Huwa qal li anke hi ippruvat ittemm ħajjitha tant li darba ssakkret fil- kamra tal-banju u b'biża' kien ċempel lil missierha, in- nannu li ssema' diversi drabi. F'xhieda li kienet instemgħet fil-magħluq intqal li l-vittma kienet taqlibha lir-raġel mhux biss ma' dawk li kienet taħdem magħhom iżda ma' nies li kienu joqgħodu fil-qrib tal- familja kif ukoll ma' dawk li kienu jmorru jagħmlu xi xogħol id-dar. L-avukat difensur qal ukoll li l-vittma kienet tilgħab bl- emozzjonijiet ta' żewġha, b'mod partikolari meta kienet tħallih jagħmel atti sesswali magħha, "għax kienet titħassru." Dan irribattih l-avukat tal-prosekuzzjoni li qal li r-raġuni għaliex inqatlet Diane kien għax il- vittma riedet tissepara minn ma' żewġha. X'kien il-verdett? Filwaqt li b'sitt voti kontra tlieta Grazio Gerada nstab ħati bi qtil volontarju, huwa ma skontax sentenza wara l-verdett. Is-sentenza tiegħu kienet tgħid li dan id-delitt seħħ f 'ċirkustanzi ta' passjoni istantanja u minħabba provokazzjoni tal-mara. Fil-fatt l-Imħallef Caruana Colombo qal li l-akkużat kien ibati minn disturbi mentali u mill-provi li dehru quddiem il-Qorti, "dawn kienu ikkawżati mill-imġieba kapriċċuża u skunsiderat tal- vittma." Huwa qal li waqt il-ġuri ntqal li hija kienet kattiva u umiljat lil żewġha quddiem bintha u nies oħra. Minkejja din l-imġieba l-Imħallef saħaq li l-qtil xorta huwa inaċċettabbli u għaldaqstat wara li qies il- kondotta tal-akkużat u l-voti tal-ġurati, huwa ikkundanna lil Grazio għal erba' snin ħabs, li minnhom kellu jitnaqqas il-perjodu li kien għamel f 'arrest preventiv, jiġifieri erba' snin ukoll. Dan ifisser, fi kliem sempliċi, li l-akkużat minkejja li nstab ħati talli irreaġixxa għal provokazzjoni ta' martu u ngħata erba' snin ħabs, huwa kien diġà skontahom, sakemm laħaq instema u tlaqqa' l-ġuri. Għaldaqstant, wara li ngħata l-verdett, Gerada ħareġ minn bieb il- Qorti, bniedem liberat. Il-qtil li kien misteru 26 sena ilu u jibqa' sa llum... Min hu Peter Jones? Ftit li xejn nafu min hu Peter Jones, ħlief li kellu 58 sena, kien joqgħod fi Triq Armery f 'Tas- Sliema, kien sid ta' Guesthouse fl-istess lokalità u li nqatel misterjożament nhar l-10 ta' Ottubru 1997. X'ġara dakinhar tad-delitt? Jones instab mejjet minn ħuh u wieħed min-neputijiet tiegħu fl- appartament tiegħu, fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni. Huwa ġie skopert hekk kif il-ġirien kienu ilhom jiem ma jarawh u għaldaqstant, imħassbin, kienu ċemplu lill-familja. Iżda huma ma kellhomx ċavetta u kellhom jitilgħu fuq il-bejt u jaċċessaw l-appartament b'sellum. Jones instab mgħotti fuq is- sufan bil-ħwejjeġ ta' taħt, liebes il-kalzetti u żarbuna waħda biss. Huwa instab bi ġrieħi f 'għonqu, madwar il-gerżuma u f 'sidru. Dawn kienu ikkawżati minn arma li taqta u bil-ponta, aktarx sikkina. Dwar il-qtil tiegħu kien hemm diversi teoriji ta' kospirazija inkluż li seta' inqatel minn xi maħbub jew għaliex kien kellem lill-pulizija dwar il-qtil ta' Fathi Sqaqi. Minkejja dan, sena qabel kien hemm qtil ieħor li qajjem suspett dwar konnessjoni, dak ta' Hishan Ali Mohammed Amer. Amer, Libjan ta' 24 sena, kien qiegħed jgħix fil-guesthouse ta' Jones meta nqatel nhar il-21 ta' Awwissu 1996. Huwa instab fuq il-blat fil- ponta ta' Tignè bi 13-il daqqa ta' sikkina. Jingħad li Amer kien jagħmel parti minn grupp kontra l-Kurunell u mexxej tal-Libja, Muammar Gaddafi. Il-feriti tiegħu kienu simili għal dawk ta' Jones, jiġifieri f 'għonqu, f 'sidru u f 'ġenbu. Dakinhar li nstab maqtul, Jones kien identifika lill-katavru. Fuq ix- xena tad-delitt kien instab ukoll stallett li aktarx seta' intuża biex joqtol lil Amer. Fil-każ ta' Amer il-Pulizija kienet investigat lil xi żgħażagħ Libjani, iżda bħal ta' Jones, dan baqa' ma ġie solvut qatt. Il- Pulizija għamlet diversi arresti fuq il-qtil ta' Jones iżda dan ukoll baqa' qatt ma ġie solvut. Peter Jones

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023