Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489
Putin u r-Russja mbenġla sew imma mhux 06 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Għaddiet sena minn meta bdiet gwerra li weħħlet lid- dinja mas-settijiet tat-TV u l-mowbajls, li qajmet l-irwiefen politiċi u li waslet għal impatt ekonomiku qawwi u inċertezza li ftit kellhom aptita wara xhur ta' pandemija u restrizzjonijiet. Iżda minflok sempliċiment ħarsa lejn dak li ġara u lejn l-istqarrijiet iebsin ġejjin mill- UE u l-mexxejja tagħha, il- gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn l-aggressur. Lejn l-istat li fih jinsab il-pajjiż li fih l-għeruq imperjalisti u x-xewqa tad- dominazzjoni politika għadhom jixgħelu ħomor nar, tant li attakka pajjiż ġar biex jieħdu taħt idejh. Sanzjonijiet iebsa... Imma kellhom effett? Bħala effett tal-gwerra l-Unjoni Ewropea bdiet sanzjonijiet kontra r-Russja primarjament it-twaqqif jew it-tnaqqis tax-xiri tal-gass. Tajjeb infakkru li r-Russja hija t-tieni l-akbar produttur tal-gass, wara l-Istati Uniti, u bħala pajjiż jipproduċi 761 biljun metru kubu (bcm) ta' gass, li jirrapreżenta 18% tal-produzzjoni internazzjonali tal-gass. Intant iżda r-Russja hija l-akbar esportatur tal-gass b'250 biljun metru kubu esportati fl- 2021 u 210 biljun fil-pipelines. Dan apparti, li ir-Russja tesporta 40 biljun metru kubu ta' gass naturali (LNG) biex huwa r-raba' l-akbar esportatur wara l-Awstralja, il-Qatar u l-Istati Uniti. Intant ir-Russja forniet 32% tal-gass li kellha bżonn l-UE fl- 2021. Kien f 'Marzu 2022 li l-Kummissjoni Ewropea żvelat il-pjan RePowerEU, sabiex titnaqqas id-dipendenza ewropea fuq il-gass Russu wara li dan il-pajjiż invada lill-Ukrajna mingħajr ma kien ipprovokat b'ebda mod. Dan apparti numru ta' sanzjonijiet approvati bil-qawwi mill-Parlament Ewropew. Fost dawn hemm l-iffriżar tal- assi u restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar kontra 1,386 individwu u 171 entità, fosthom Vladimir Putin, Sergey Lavrov, il-futboler Roman Abramovich, membri oħrajn tal- oligarkija Russa, il-midja, negozji u anke banek. Dan apparti li kull stazzjon Russu li jittrażmetti fl- UE ġie mwaqqaf milli jagħmel dan, fosthom Sputnik u Russia Today. Dan apparti sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja, fosthom il-projbizzjoni tal- faħam, żejt u petrol mir-Russja, projbizzjoni ta' banek mis- sistema SWIFT u l-projbizzjoni ta' importazzjoni lejn l-UE ta' plastik, injam, siment, ħadid u deheb. L-UE ordnat ukoll il-projbizzjoni ta' tagħmir lejn ir-Russja, fosthom dak tekonoloġiku. Pajjiżi, bħal Malta, kellhom iwaqqfu skemi ta' ċittadinanza b'investiment jew privileġġjata lil ċittadini Russi u dawk mill- Belorussja. Dan apparti li mill-Ħadd li għadda daħlu fis-seħħ ukoll sanzjonijiet fuq ix-xiri ta' dijżil mir-Russja. Dawn is-sanzjonijiet kienu magħmulin biex ikissru u jdgħajfu l-ekonomija u s-saħħa ekonomika Russa. Imma qed iħallu effett? L-ekonomija: Minn tkabbir qawwi għal 'taħt iż-żero' Ċifri uffiċjali mir-Russja stess juru kif il-pajjiż - f 'Settembru 2022 - kien qed jiffaċċja inflazzjoni annwali ta' 17.1%, tnaqqis ta' bejn 8% u 9% fil-bejgħ bl-imnut, tnaqqis ta' 83.5% fil- bejgħ tal-karozzi u previżjonijiet ta' tnaqqis ta' 7.8% fil-Prodott Gross Domestiku għall-2022. Minkejja dan il-Bank Ċentrali Russu qal f 'Diċembri li l-ekonomija Russa ċkienet biss b'3%, b'Janis Kluge mill-German Institute for International and Security Affairs (SWP) jgħid illi għalkemm l-ekonomija Russa ma fallietx wieħed għadu ma jistax jgħid illi dan huwa finali hekk kif l-effetti tas-sanzjonijiet huma realtà kurrenti. Fakkar li l-previżjonijiet għall- ekonomija Russa qabel il-gwerra kienu tkabbir ta' 6%, li allura jfisser li l-ekonomija Russa hija kważi 10% inqas milli previst grazzi għas-sanzjonijiet. Biex nagħtu eżempju. Skont ċifri mis-sit tal-istatistika Statista 2023 - li kien tant segwit fi żmien il-pandemija - f 'April u Mejju 2021 it-tkabbir ekonomiku Russu sploda għal aktar minn 11% imma mbagħad f 'Ġunju 2022 - u allura f 'nofs il-gwerra - it- tkabbir kien ta' -5.1%. Dan ifisser li l-ekonomija ċkienet b'16% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta' qabel. L-esportazzjoni taż-żejt: Daqqa ta' ponn lill-ekonomija ta' Putin Skont l-International Monetary Fund il-pajjiż - kif mistenni - ra kemm l-importazzjoni u anke l-esportazzjoni jieħdu tisbita qawwija l'isfel. Fil-fatt minn 14.7%, l-importazzjoni naqset għal 5.6% u l-esportazzjoni ħadet daqqa akbar, minn 2.5% għal -3%. Iktar minn hekk, l-inflazzjoni - skont l-istess IMF - splodiet minn 6.7% fl-2021 għal 13.8% fl- 2022, allura wara li kienet bdiet il-gwerra. Kien il-Ministru tal-Finanzi Russu Anton Siluanov li qal illi l-passi li ħadet l-Unjoni Ewropea, l-Awstralja flimkien F'dan l-ewwel artiklu dwar l-anniversarju ta' sena mill-bidu tal-invażjoni Russa fl- Ukrajna l-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aggressur, kif laqtuh is-sanzjonijiet, id- daqqiet kbar li qalgħet l-ekonomija Russa u kif minkejja kollox Putin mhux se jċedi l-armi...