Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 intervista 'Il-ġejjieni tal-każini ma jistax donazzjonijiet bl-ispejjeż jiżdiedu Kieku kellek tiddefinixxi l-irwol ta' Għaqda Mużikali, fil-qosor, xi tgħid li hu? Niżbaljaw jekk naħsbu li għaqda mużikali jew każin tal- banda għandu sempliċiment l-irwol li jħaddan ġo fih banda li tieħu sehem fil-festa u attivitajiet oħra li jsiru matul is-sena. Għalkemm l-għan prinċipali huwa dejjem dak li għaqda mużikali teduka l-aspett mużikali lil kulħadd bl-ebda distinzjoni u trawwem aktar għarfien fil-kultura mużikali, l-impenn ta' każin huwa wieħed purament soċjali li jirfed fis-sinsla ta' dak li jsawwar komunità. Sa mit-twaqqif tagħhom lura għexieren ta' snin, il-każini tal-banda servew bħala punt ta' riferiment għat- tkabbir soċjo-ekonomiku ta' kull belt u raħal. Illum, għalkemm b'realtajiet ġodda li qegħdin ngħixu fihom, l-għaqdiet mużikali għadhom il-punt ta' riferiment għal dik li nistgħu nirreferu għaliha bħala l-kultura tassew Maltija. Kemm taħseb li r-rabta storika u naturali bejn l-għaqdiet u l-festi tal- irħula, jitfgħu lill-każini f 'kaxxa, fis-sens li kulħadd jarahom bħala xi ħaġa esklussivament tal-festa? U x'qed tagħmlu biex l-għaqdiet jimirħu f 'niċeċ u opportunitajiet ġodda lilhinn mill-festi? Huwa fatt magħruf li normalment l-akbar avveniment ta' kull belt u raħal f 'Malta hija l-festa ta' dik il-lokalità. Stħarriġ xjentifiku li l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda wettqet lura fl- 2017 juri li kważi 60% tal-poplu jemmen li l-każini tal-banda huma importanti ħafna għall- kultura Maltija. Sadanittant, bosta minn dawk li wieġbu assoċjaw direttament il-każini mal-festa tal-lokalità. Fl-istess waqt irridu nammettu wkoll li l-għaqdiet mużikali jagħtu sehem importanti ferm fl- organizzazzjoni tal-festi u bl-ebda mod m'hemm ix-xewqa li jsir xi distakk minnhom. Madankollu, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jikber l-għarfien li l-każini mhux biss ikomplu jsaħħu s-sehem tagħhom f 'avvenimenti u inizjattivi oħra, iżda jiżviluppaw aktar fil-fond dak li sa minn twelidhom kienu maħluqin għalih. L-għan primarju tal- Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda huwa dak li naraw il-każini tagħna jiżviluppaw it- tagħlim tal-mużika, isaħħuh b'mod professjonali u b'kurrikulu maqbul komuni, u jagħmluh aktar aċċessibbli għal kulħadd bil-għan li mhux biss jiżdied in- nukleju ta' bandisti lokali iżda ukoll b'aktar ħiliet u possibilitajiet ta' avvenimenti differenti minn dawk li mdorrijin bihom. Għal dan il-għan, matul l-aħħar snin, saru diversi inizzjattivi u nfetħu ukoll diversi opportunitajiet ta' fondi biex jissaħħah dan l-aspett fil-każini. B'sodisfazzjon, illum huma diversi dawk l-għaqdiet mużikali attivi b'avvenimenti kbar matul is-sena u mhux fix- xahar tal-festa biss. Żgur li fadal iżjed fejn naħdmu, speċjalment billi nħarsu lejn inizjattivi ġodda li huma immirati lejn formazzjonijiet bandistiċi differenti u anki lejn iżjed koperazzjoni u ħidma flimkien bejn każini mill-istess lokalità jew lokalitajiet fil-qrib. Is-sena l-oħra kellkom problema kbira bit-talbiet għal ħlas li bandisti kienu qed jagħmlu minħabba nuqqas ta' bandisti. Kemm għadha problema din? Xi sfida offriet jew qegħda toffri din ir-realtà? In-nuqqas ta' bandisti hija problema reali u li kull każin tal-banda qed jaffaċċa. Dan l-aktar li jinħass huwa meta diversi servizzi ta' baned jaħbtu fl-istess ħin u ġurnata, b'mod speċjali nsemmu ċertu ġimgħat matul is-Sajf kif ukoll il-Ġimgħa l-Kbira. Tiġi waħidha b'mod ekonomiku li b'domanda għolja u provvista li mhux qed tiżdied, anzi tonqos, il-prezz mitlub ser jogħla. Jekk neħduha minn dan l-angolu, is-soluzzjoni hija bilanċ billi, jew wieħed jipprova jżid il-provvista ta' bandisti, li iżda minħabba ċ-ċirkustanzi ta' diversi individwi l-ħin disponibbli għal attivitajiet sar limitat, jew inkella billi tonqos id-domanda. Din tal-aħħar tista' ssir billi n-numru ta' bandisti f 'banda jiġi limitat għal wieħed aktar adegwat. L-isfida preżenti tal-ħlasijiet titfa' pressjoni akbar fuq il-każini kollha, li jiddependu fil-maġġoranza assoluta minn fondi li ġejjin minn donazzjonijiet. Għalkemm ma nistgħux ingergru għax huma bosta dawk li jemmnu fil-baned u l-festi tant li dejjem jagħtu bil- qalb, minn naħa l-oħra l-ispejjeż qed jiżdiedu b'mod qawwi ħafna. Il-Gvern għadu kif ħabbar li se jixtri każin li kien fil- periklu li jittieħed mingħand l-għaqda. X'qed tagħmlu biex tilqgħu għal sfidi legali simili għal dawk f 'Raħal Ġdid u Tas Sliema, li jistgħu jinqalgħu fiż-żmien li ġej? Irridu nagħmluha ċara li meta l-Gvern qed jixtri każini li jinsabu fil-periklu li jispiċċaw barra mill-propjetà li okkupaw għal diversi snin, dan qed jagħmlu mhux biex jirregalah lill-każin tal-banda partikulari, iżda billi jidħol fi ftehim ma' dik l-għaqda għal ħlas ta' kera adegwata. Kienet l-istess Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda li ħeġġet lill-Gvern biex tittieħed azzjoni f 'rigward ta' każini li jew is-sidien kienu qed jitolbu kumpens li kien ser ikun għoli wisq għal dik l-għaqda biex jintlaħaq, jew inkella ma kienx hemm ħsieb ta' bejgħ. Ilqajna b'sodisfazzjon dan l-impenn li l-Gvern kien ħa, u wisq iżjed nilqgħu l-bidu ta' dan il-proċess fejn diġà rajna żewġ każini li solvew il-problema li kellhom darba għal dejjem. Fil- lista hemm il-każini l-oħra li applikaw meta kienet saret sejħa apposta, u nistennew li fix-xhur li ġejjin tiġi solvuta ukoll il- kwistjoni rispettiva tagħhom. Tista' tispjega kif il-każini qed jaqdu irwol ta' skola tal- mużika? Bid-differenza ta' snin ilu, illum il-każini tal-banda qed jaffaċjaw kompetizzjoni kbira mhux biss fejn jidħol it-tagħlim mużikali, iżda anki fl-attivitajiet extra-kurrikulari speċjalment għall-istudenti u ż-żgħażagħ. Minn naħa l-oħra huma diversi l-każini li investew bis-sħiħ fit-tagħlim mużikali li jagħtu. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tagħlaq il-75 anniversarju tagħha din is-sena. Il-Każini xi rwol jaqdu? Huma marbutin biss mal-festa? X'inhi l-qagħda finanzjarja tagħhom? Għandhom futur? L-ILLUM tistaqsi lil Duncan Brincat, Chairperson tal-Għaqda...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023