Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 Breathalyzer: Aktar minn 2,000 test, 743 pożittivi u ftit aktar minn 200 jirrifjutaw li jagħmlu t-test ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fil-ħames snin li għaddew il- Pulizija wettqu 2,129 test tal- Breathalyzer, jiġifieri medja ta' 425 test fis-sena u dan minkejja li l-liġi kif inhi ma tippermettix li pulizija jista' jaqbad u jwaqqaf sewwieq biex jagħmillu dan it-test sakemm ma jkollux "suspett raġonevoli" li s-sewwieq fil-fatt qiegħed taħt l-effett tal-alkoħol. Minn ċifri mogħtija lill- gazzetta ILLUM mill-Korp tal-Pulizija jirriżulta li fl-2018 saru 436 test, li minnhom 139 - jiġifieri 31.8% - irriżultaw fil-pożittiv. Fl-2019 minn 463 test li saru 203 - jiġifieri 43.8% - irriżultaw f 'xufiera li kienu qabżu l-limitu ta' alkoħol permess waqt li jkunu qed isuqu. Fis-sena 2020 in-numru ta' testijiet niżel għal 392, b'149 pożittivi (38%), fl-2021 saru 498 test li minnhom 153 xufier weħlu (30.7%) u s-sena l-oħra - waħda mill-aktar snin li matulha seħħew inċidenti - saru 340 test li minnhom 99 kienu xufiera b'livell ogħla minn dak permess ta' alkoħol (29%). Dan ifisser illi b'kollox, f 'dawn l-aħħar ħames snin kienu total ta' 743 persuna li weħlu mill- breathalyzer, jew inkella medja ta' it aktar minn 148 fis-sena jew inkella medja ta' 12-il persuna biss teħel minn dan it-test fix- xahar. Dan jgħodd għal medja ta' tliet persuni fil-ġimgħa li jeħlu mill-breathalyzer. Ifisser ukoll li bħala medja, fl- aħħar ħames snin, tliet persuni minn kull 10 li għamlu t-test weħlu. Il-liġi f 'Malta tgħid li persuna ma jistax ikollha aktar minn 0.8 grammi ta' alkoħol fid-demm għal kull litru ta' demm F'Diċembru 2017 il-Ministru għat-Trasport kien ħabbar sistema punittiva kontra x-xorb u s-sewqan bil-għan li iż-0.8 grammi jinżlu għal 0.5 grammi - fost oħrajn - xi ħaġa li tkun tfisser li persuna ma tistax tixrob aktar minn grokk wieħed jew birra żgħir. Din il-proposta intlaqgħet ħażin mill-Kamra tal-SMEs li sostniet illi din hija miżura xi it eseġerata. Il-multi jvarjaw, minn €1,200 jew tliet xhur priġunerija fil-każ tal-ewwel offiża sa €2,329 jew sa sitt xhur priġunerija meta terġa' tinqabad b'alkoħol eċċessiv waqt is-sewqan it-tieni darba jew aktar. L-aħħar regoli tal-Unjoni Ewropea qed jesiġu li kull min jinqabad pożittiv għal-livelli għolja ta' alkoħol ikun irid iwaħħal tagħmir tal-breathalyzer fil-karozza li jridu jużaw kull darba li jkunu ser isuqu. Imma x'inhu dak is-suspett raġonevoli li jista' jwassal pulizija biex iwaqqfek? Skont ir-risposta mogħtija lil din il-gazzetta, pulizija jista' jwaqqaf lil sewwieq jekk jaħseb illi bis-sewqan tiegħu - forsi sewqan perikoluż u mingħajr attenzjoni għar-regoli - qed jikser il-liġi. Ifisser ukoll li jekk inti qed issuq tajjeb u skont ir-regoli tat-triq - anke jekk il- livell ta' alkoħol fik huwa ogħla minn dak permessibbli - kif inhi l-liġi bħalissa, pulizija ma jistax jaqbad, iwaqqfek u jitolbok tagħmel dan it-test. "Il-persuna suspettata għandha tinżamm sakemm tkun infurmata bid-drittijiet tagħha li tikkonsulta ma' avukat tal-fiduċja tagħha. Meta persuna tinstab pożittiva għat-test tal-alkoħol, tiġi infurmata li se jittieħdu passi kriminali kontra tagħha u eventwalment titressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati" jispjega l-kelliem tal-Korp mal-ILLUM. Apparti minn dan, sewwieq għandu dritt ukoll li jirriuta li jagħmel dan it-test, għalkemm dan ir-riut iwassal biex il- pulizija tieħu azzjoni fil-Qrati kontra t-tali sewwieq. Fil-fatt ma' din il-gazzetta ikun spjegat kif ir-riut tat-test huwa biżżejjed evidenza biex il-persuna suspettata titressaq quddiem il-Qorti u l-istess riut jkun ikkunsidrat bħala evidenza ammissibbli fil-Qorti, jiġifieri daqslikieku ammettejt il-ħtija. Intant mill-istess ċifri mogħtija lil din il-gazzetta kienu b'kollox 208 persuni li rriutaw li jagħmlu t-test fl-aħħar ħames snin. Mill-aħħar kwart tas-sena l-oħra, l-Aġenzija LESA wkoll bdiet twettaq it-test tal- breathlyser. • Sena 2018 – 436 test (139 pozittivi filwaqt li 46 rrifjutaw) • Sena 2019 – 463 test (203 pozittivi filwaqt li 52 rrifjutaw) • Sena 2020 – 392 test (149 pozittiv filwaqt li 33 rrifjutaw) • Sena 2021 – 498 test (153 pozittiv filwaqt li 52 rrifjutaw) • Sena 2022 – 340 test (99 pozittiv filwaqt li 25 rrifjutaw)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023