Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489
04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum Enemalta twieġeb għal aktar minn 700 rapport ta' ħsarat minħabba l-maltemp GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU SIGURTA' LIKWIDITA' IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €200,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €150,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal- pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 16 ta' Frar 2023 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il- prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment tal- Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €200,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewg stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewg stocks li qegħdin jiġu offruti jiftħu t-Tnejn, 20 ta' Frar 2023 fit- 8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 22 ta' Frar 2023. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, 24 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill- Ġimgħa, 17 ta' Frar 2023. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta (Is-Sitt Ħruġ) li jimmatura fl-2028; u (ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-ewwel Ħruġ) li jimmatura fl-2043. Matul l-aħħar erbat ijiem kawża tal-maltemp, Enemalta irċeviet aktar minn 700 rapport ta' ħsarat varji, li jinkludu qtugħ tal-provvista tal-elettriku, ħsarat f 'arbli u qtugħ ta' wires fost oħrajn. Malli l-pajjiz kellu tbassir ta' maltemp, l-EneMalta hejjiet ruhha billi allokat timijiet addizzjonali ta' ħaddiema biex ikunu lesti jgħinu klijenti li jitolbu l-għajnuna. Flimkien mat timijiet t'għajnuna li jkunu xogħol 24 siegħa kuljum, żdiedu madwar 50% iżjed ħaddiema ħal dawn l-aħħar jiem. Fejn il-kundizzjonijiet tat-temp u r-riħ qawwi kienu jippermettu, il-ħsarat irrapurtati waqt il maltemp tranġaw fis-sigħat ta' wara, qabel ma t-temp bnazza. Madankollu, kien hemm sitwazzjonijiet, speċjalment tiswijiet ta' linji fl-gholi, fejn ma kienx possibbli li l-ħaddiema jagħmlu x-xogħlijiet meħtieġa mingħajr il-periklu kkawżat mir-riħ. Fortunatament, it-temp bnazzi tas-Sibt qed jagħti nifs lill-inġiniera u t-tekniċi ta' Enemalta u ippermetta li jaħdmu fuq dawn it-tiswijiet li ma setgħux isiru qabel fil- maltemp. Is-Sibt filgħodu Enemalta kellha disa' timijiet iffukati biss fuq tiswijiet tal-maltemp, biex tlestihom mill-aktar fis. Dan ir-ritmu b'pass mgħaġġel ta' tiswijiet ser jissokta għada l-Ħadd u fil-bidu tal-ġimgħa d dieħla biex anke dawk il- ħsarat li mhux neċessarjament qed jaffettwaw il-provvista lill klijenti, jitranġaw bla dewmien. Il-maltemp estrem tal-aħħar tliet ijiem ikkawża ħsarat notevoli fl-infrastruttura tal- elettriku, hekk kif jidher mill- ammont kbir ta' rapporti li daħlu mill-pubbliku. Filwaqt li jiddispjaċiha għal kull inkonvenjent li seta' nqala' minħabba dawn il-ħsarat, Enemalta ttenni l-impenn tagħha li tkompli ssaħħaħ is- sistema tad-distribuzzjoni tal- elettriku, sabiex tagħti l-aħjar servizz possibbli lil madwar 350,000 klijent tagħha f 'Malta u Għawdex.