Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489
23 films IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum Carmel Bonnici Dick Tracy - ditektiv immortali (2) Tkompli minn nhar il-Ħadd li għadda... L-istorja hija sempliċi ħafna, imma tant fiha x'jinteressa lill-pubbliku li wieħed ma jagħtix kas ta' dan; numru sabiħ ta' atturi "mistednin" (li jidhru għall-ftit) bħala viljakki grotteski, rtokk li jolqot l-għajn b'Oscars mirbuħa f 'din il-kategorija u anki fid- direzzjoni tal-arti. Madonna tkanta xi kanzunetti miktubin minn Stephen Sondheim, waħda minnhom, Sooner Or Later (I Always Get My Man) rebħet ukoll l-Academy Award. L-interpretazzjoni komika u stupenda ta' Al Pacino bħala l-gangster Big Boy Caprice żgur li baqgħet fil-menti ta' kull min ra dan il-film. Din hija l-istorja tal- produzzjoni tal-1990: Meta l-kriminali Flattop (William Forsythe) u Itchy (Ed O'Ross) imħallsin minn Big Boy Caprice (Al Pacino), sid ta' ħafna gangsters, jeliminaw qatta' kriminali rivali, Dick Tracy (Warren Beatty) jissejjaħ biex jinvestiga. Wara, hu jipprotesta mal-maħbuba tiegħu, Tess Trueheart (Glenne Headly) dwar il-pressjoni biex ipoġġuh bħala skrivan. Meta jkunu f 'ristorant huma jiltaqgħu ma' Kid (Charlie Korsmo) li kien xhud tal- massakru li sar. Sadanittant Caprice, biex ikabbar il-pjanijiet tiegħu li jieħu l-belt taħt idejh, jaħtaf lis-sid ta' Club Ritz, Lips Manlis (Paul Sorvino) u jisfurzah jiktiblu in-nightclub f 'ismu qabel ma jordmu fis- siment, kif ukoll jieħu lil Breathless Mahoney (Madonna) il-kantanta ewlenija tal-post. Minn informazzjoni li jikseb mingħand Mumbles (Dustin Hoffman), li hu midħla tal- kriminali, u mill-ġewż li jsib ħdejn il-katavru ta' Manlis u li Caprice dejjem jiekol, Tracy jinduna min hu l-ħati. Hu jsib ukoll waħda mill-imsielet ta' Breathless u jipprova jipperswadiha tixhed kontra Caprice waqt li hi tipprova tisseduċieh. Tracy jkun xhud f 'laqgħa li Caprice jippjana mas-sidien kriminali l-oħra kif se jbatti lil Tracy billi jqawwi l-poter għalih inniffsu. F'din il- laqgħa jkun hemm ukoll figura misterjuża, The Blank. Wara li jirrufta lil Caprice li pprova jxaħħmu, Tracy jaħrab bis-saħħa ta' The Kid minn attentat fejn ppruvaw jisploduh. Bil-għan li taparsi qed ifittex fi Club Ritz, Tracy jpoġġi apparat biex jissemma ħalli jħarbat il- pjanijiet ta' Caprice. Is-suċċess tiegħu iżda jġiegħel lil Tess tmur lura għand ommha għax taf li Tracy qatt mhu se jaħdem bħala skrivan. The Blank, imbagħad jipproponi lil Caprice mod kif jista' jeħles minn Tracy għall-parti mill- profitti u jlesti pjan elaborat fejn dan l-investigatur ikun mixli bil-qtil tal-korrott D.A. (avukat tad-distrett). Tess li terġa' lura lejn il-belt, suppost fuq nota ta' Tracy, ukoll tinħataf. Wara li jeħel il-ħabs b'dan il-qtil, Tracy jinħeles temporanjament fil-kustodu tal- ajjutanti tiegħu, Sam Catchen u Pat Patton (Seymour Cassel u James Keane) u b'daqsxejn informazzjoni oħra minn Mumbles issir tfittxija oħra fi Club Ritz. Hemm, Caprice jitwerwer ikun jaf li The Blank qed iżomm lil Tess bħala ostaġġ fil-kamra ta' fuq tad-dar tiegħu stess u se jeħel hu li ħatafha. Kif in-nies tiegħu jmutu wara sparatura minn Tracy u l-pulizija, Caprice jaħrab b'Tess miżmuma miegħu. Caprice jinqatel meta ffaċċjat minn Tracy u The Blank, ferut għall- mewt, tinkixef li tkun Breatless Mahoney li ppruvat teħles minn Tracy u Caprice biex tieħu kontroll tal-belt taħt idejha. Tess u Tracy jkomplu fir-relazzjoni tagħhom u jeħilsu lil The Kid mill-orfanatrofju. Minkejja storja sempliċi, Dick Tracy jaqbad l-għajn bi kwadri li jixbħu ħafna l-istampi tal- istrixxi dwar dan id-ditektiv tant popolari li bdew sa mis-sena 1931. Ir-riżultat qisu moviment ġdid tal-arti kummerċjali. Madonna u Al Pacino fil-film Dick Tracy