Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 kotba IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum Kliem ix-xiħ żomm fih Xogħol Victor Fenech dejjem għoġobni, u lil ħafna oħrajn ukoll, minkejja li kittieb ġeneralment sottovalutat jew li inkella jibqa' magħruf għall- marka li ħalla bil-poeproża tiegħu. Esperiment tipiku għall-perjodu tal-quċċata tal- karriera tiegħu, jidħol kexxun fl-esperjenza tal-Moderniżmu Malti, iżda wkoll it-timbru ta' artist li dejjem, u mingħajr ebda sforz jew pretensjoni manifatturata, kien differenti mill-oħrajn. Dan jista' jiġi attribwit anki għall-viżjoni tal- ħajja u tal-impenn artistiku li qatt ma kienet dik tal-irtir solitarju u intimistiku inkella tat-tbegħid lejn xi għoli preskritt jew preskrittiv, iżda attitudni pjuttost sofistikata u aġġornata (dejjem mingħajr wisq daqq ta' trombi) li ssarrfet f 'impenn prattiku konkret, bħal fil-każ tax-xogħol editorjali vast li wettaq fuq varjetà ta' proġetti tul iż-żmien. Sofistikazzjoni li hija wkoll waħda ta' għajxien mgħajjex tassew, fejn it-tagħlimiet u s-sensazzjonijiet tal-esperjenzi tal-ħajja, mis-safar sal-impenn politiku kostanti permezz tal- kitba, jafu għeruqhom għal sitwazzjonijiet li jistgħu jingħarfu u jiġu immaġinati konkretament mill-qarrej. Fl-1976 Fenech kien ġa ppubblika fl-Ingilterra London Pictures and other Poems, wara mawriet ta' xogħol u studju Londra li għandhom ukoll eku tat-tiiriet tagħhom f 'XitaSkiet (KKM, 2019). Hija esperjenza poetika li mhix qiegħda f 'xi lok distanti fl-immaġinarju poetiku, jew inkella f 'belt li isimiha biss huwa evokattiv, iżda tinħass id-dimensjoni senswali tal- parteċipazzjoni fil-ħajja tal-lok deskritt. Terġa', dan il-punt qed nagħmlu għaliex l-esperjenzi li sikwit isemmi Fenech jew jitnebbaħ minnhom, sew dawk tas-safar formattiv taż- żgħożija sew l-osservazzjonijiet tal-ħajja Maltija, huma ritratt ġenerazzjonali rari għall-aħħar. Snin ilu, meta ġa kont twebbilt għall-kunċett tar-reċensjoni u kont għamilt ħabta nqabbad lil xi nies jiktbu dwar kotba u films fuq rivista elettronika li żvintat qasir il-għomor, kont bdejt u ma komplejtx reċensjoni għal xogħol ieħor ta' Fenech li kien għoġobni, Ix-Xitwa ta' Wara s-Sjuf (Horizons 2010), rumanz rari fih innifsu wkoll għaliex riflessjoni post-facto ta' żgħożija tas-sittinijiet f 'Malta. Għal darb'oħra, esperjenza mgħejxa u dan l-għajxien jagħtiha s-sinċerità. U forsi għalhekk jogħġobni Victor, fil-fatt, għax ifakkarni f 'missieri. Ix-xiħ tal-'45, jiġifieri għaxar snin iżgħar minn Victor, imma l-influwenzi u l-esperjenzi simili, u jidħlu t-tnejn b'xi mod fil- kategorija tal-boomers, lil hinn mill-annu tat-twelid tagħhom: distinzjoni ġenerazzjonali li qabdet dan l-aħħar u li essenzjalment tikkuljuna lil din l-età, bħalma xi minn daqqiet jagħmlu bil-ħlewwa l-ulied ma' missierhom, u li daqet Malta tqum mit-tifrik tal-gwerra, il-boom tas-sittinijiet, u t-trikki trakki tas-sebgħijnijet u t-tmeninijiet. Missirijiet u ommijiet li għexu ma' Mintoff, Gonzi u Fenech Adami, u li fl-etajiet avvanzati tagħhom tista' tgħid il-ġenerazzjoni l-aktar bikrija fil-memorja attiva, il- fergħa aħħarija li twassalna lejn l-aktar passat imbiegħed possibbli li għadek tista' tisimgħu b'widnejk jiġi rrakkuntat. Il-boomer, speċjalment dak Malti, jaf wisq inqas sofistikat miż-żagħżugħ tal-lum. Anki għax għex żmien Gonzi u Mintoff, għad għandu, f 'ammonti diversi, xi biża' t'Alla, niskata prudenza fl-infiq wara t-tiira tan-nuqqasijiet tal- gwerra, u forsi anki idea kemxejn partikolari tas-sesswalità, id- droga u l-vizzji inġenerali. Karikatura vulgari u riduzzjoni estrema u assurda, imma mhix daqshekk imbiegħda mir-realtà, speċjalment letterarja: kemm-il darba ddiżappuntawna għadd ta' kittieba tal-ġenerazzjoni ta' Fenech, l-aktar jekk qrajniehom f 'ċertu żgħożija, meta kitbu b'modi forsi moralistiċi, inkella mhux plawżibbli jew imbiegħda mill-għarfien immersiv, dwar is- soċjetà jew dwar id-dinjiet ġodda li dawk iżgħar kienu qed jgħixu jew iġarrbu? Taf tiġri lejn l-aħħar tal-karriera tal-kittieba, għalkemm xorta waħda l-età mhix skuża għal ċertu distanza jew aljenazzjoni, inkella li dak li jkun jassumi li se jibqa' jkollu l-verità dwar kollox. Fenech ma jbatix minnha din, u anki f 'XitaSkiet, minkejja dak is-sens Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023