Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli opinjoni IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum Aktar spazji miftuħa għall-familji T liet ġimgħat ilu twaqqfet l-aġenzija Project Green. Ftit jiem wara, tħabbret l-ewwel inizjattiva minn din l-aġenzija: Skema b'valur ta' €10 miljun biex il-lokalitajiet u organizazzjonijiet differenti jsibu l-għajnuna biex jitħaddru l-komunitajiet. Qed naraw li din l-aġenzija, anke bil-kollaborazzjoni ma' entitajiet u għaqdiet differenti, verament se twassal għal komunitajiet isbaħ u għal kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti f 'Malta u Għawdex. Il-ħsieb wara din l-aġenzija mhuwiex biss li twettaq proġetti u inizjattivi li jsebbħu lil pajjiżna, imma li dawn l-inizjattivi jkunu mħaddna minn kulħadd. Għaliex nemmnu li l-ħidma ambjentali mhix id-dominju tal-it, imma l-missjoni ta' kulħadd. Ilkoll kemm aħna għandna ħafna x'noffru biex intejbu l-ambjent fejn ngħixu. L-impenn ta' Project Green huwa li toħloq spazji ħodor għal kull min jaħdem u jgħix f 'pajjiżna. Spazji miuħa fejn it-tfal, iż-żgħażagħ, il-familji u l-anzjani tagħna ikunu jistgħu igawdu ambjent aktar trankwil, jirikrejaw ruħhom u jgawdu kwalità ta' ħajja aħjar. Project Green se tkun qed tgħaqqad flimkien ix-xogħol li diġà sar s'issa u se tkun qed tagħtih spinta 'l quddiem b'investiment rekord ta' €700 miljun, li Gvern Laburista qed jalloka. Qed inħarsu lejn l-għodda u r-riżorsi tekniċi u finanzjarji biex ix-xogħol ambjentali li diġa qed isir, isir aktar malajr, bi kwalità ogħla u b'konsultazzjoni aktar wiesgħa. Il-programm tal-Gvern biex jinħolqu żoni ħodor fejn illum għandna toroq u nuqqas ta' aċċessibilità pedonali, se jkun qed jiġi assistit permezz ta' din l-aġenzija. Qed inħarsu lejn l-aċċessibilità pedonali billi jiżdied shading naturali u l-aċċessiblita għal mezzi ta' transport sostenibbli u alternattivi bħal roti. Dawn il-proġetti se jgħinu l-pajjiż jersaq aktar lejn carbon neutrality, li jeħtieġu mhux biss investiment infrastrutturali kbir imma wkoll bidla fil-kultura u l-mentalità tagħna. Project Green se tkun qed tirriġenera ukoll spazji eżistenti li huma fil-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna fosthom spazji ħodor fil-pjazzez tal-irħula. Diġà beda x-xogħol fuq diversi ġonna ġodda għall-estensjonijiet ta' parks eżistenti u riġenerazzjonijiet ta' spazji miuħa li tħallew għal telqa għal numru ta' snin fejn minflok art mitluqa issa se jiġu żviluppati green open spaces. Nieħdu gost naraw inizjattivi li qed isiru minn entitajiet differenti oħra li qed jikkontribwixxu wkoll għal dan il-għan. Fil-fatt, it-tliet prinċipji ewlenin li qed inħaddnu huma dawk ta' kwalità, kollaborazzjoni u sostenibilità. Għaliex irridu li dan l-investiment ewlieni jissarraf fi spazji miuħa tal-ogħla kwalità. Kwalità fl-ippjanar ta' dak li jsir u kwalità fil-funzjonalità tal-ġonna, parks u postijiet oħra li ser noħolqu biex tassew tkun differenza pożittiva għall-familji u ċ-ċittadini tagħna. Spazji miuħa aktar naturali, b'aktar pjanti indiġeni u li jilħqu l-aspirazzjonijiet tal-familji. Irridu spazji li jkunu aċċessibli għal kulħadd li jaħsbu fit-tfal u persuni b'kundizzjonijiet differenti. Din hija l-kwalita li irridu naraw. Il-kollaborazzjoni: Għax din il-entità se tkun qed taħdem ma' kulħadd f 'kull stajdu tal- proġett li se twettaq biex jagħmlu d-differenza li nixtiequ. Fejn diġa hemm xogħol tajjeb għaddej, ser insostnuħ biex ikompli jissaħħaħ. Fejn għandna lokalitajiet li għandhom bżonn għajnuna aktar minn oħrajn fit-tħaddir tal- komunitajiet tagħhom, u se naraw li Project Green tagħtihom appoġġ ferm akbar. Kollaborazzjoni anka mas-settur privat fejn diġa qed jerqsu 'l quddiem diversi intrapriżi li jixtiequ jroddu lura lis-soċjetà li fiha joperaw. Kif ukoll mal-komunitajiet li ser ikunu fiċ-ċentru tal-konsultazzjoni ta' Project Green. Għax huma n-nies u l-kommunitajiet li jidderetminaw x'tip ta spazji ħodor iridu fil- lokalitajiet fejn jgħixu. Sostenibbilità: Fejn il-ħidma ta' Project Green se tkun iffukata fuq aktar sostenibilità, li ma taħsibx biss fis-sbuħija tal-ġonna, iżda li tippjana fit-tul biex kull proġett li nagħmlu jsaħħaħ. Dan filwaqt li nkomplu insaħħu l-biodiversità, inseddqu l-wirt naturali, u l-konservazzjoni ta' dawn l-ispazji miuħa. Se tadotta prinċipji sostenibbli anka fil-materjali li tuża' li ma jagħmilx ħsara ambjentali. Irridu ninkoraġġixxu ukoll li dawk li jżuru dawn l-ispazji miuħa iħaddnu s-sostenibilità fl-attivitajiet tagħhom bħal ma' diġa qed isir ix-xogħol bl-water fountains, solar pathways u solar smart bins biex jiġi isseparat l-iskart fost oħrajn. L-ambizzjoni tagħna hi li nkomplu nsaħħu l-ħidma li bdejna fl-aħħar xhur u ser inkomplu nibnu fuq dan il-proġetti. Se naħdmu biex quddiem dan l-investiment rekord fil-qasam ambjentali nieħdu l-aħjar valur. Il-proġetti li ser inlestu ser nibqgħu nieħdu ħsiebhom biex jibqgħu jitgawdew mill-pubbliku għal ħafna snin. Qed naħdmu u ser inkomplu naħdmu sabiex nagħtu lill-familji Maltin u Għawdxin komunitajiet isbaħ u futur aktar sostenibbli. Proġetti li jħallu impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Għaliex il-vizjoni tagħna hija ċara: dik li jkollna ambjent aħjar li joffri kwalità ta' ħajja aħjar fejn kull wieħed u waħda minna nkunu nistgħu nkomplu nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023