Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 Sitta minn kull 10 inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol seħħew fil-kostruzzjoni fl-2022 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fi tweġibiet mogħtija lill- gazzetta ILLUM jirriżulta li fl- aħħar 10 snin, sitta minn kull għaxar inċidenti fuq il-post tax-xogħol seħħew fil-qasam tal-kostruzzjoni u terz - jew 33% - kienu jinvolvu ħaddiema barranin. Fil-fatt ċifri mill-Awtorità għas- Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol (OHSA) juru illi b'kollox f '10 snin 144 persuna tilfet ħajjitha f 'inċidenti fuq il-post tax-xogħol, bl-aktar sena li fil-fatt matulha seħħew inċidenti fatali tkun l-2022 b'total ta' 19. Minn dawn, 81 fatalità - jiġifieri 56% tal-fatalitajiet kollha - seħħew fis-settur tal-kostruzzjoni. Mill- fatalitajiet kollha 43 persuna li mietet kienu barranin u 41 persuna kienet taħdem għal-rasha. Minkejja li s-sena l-oħra seħħew 19-il fatalità, li minnhom erba' kienu f 'postijiet li ma jaqgħux taħt il-kompitù tal-OHSA - kif jinnota l-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Mark Gauci f 'kummenti mal-programm Mill-Kamra - ras għal ras l-2022 ma ratx l-ogħla rata ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol, hekk kif wieħed irid jikkalkula wkoll it-total ta' persuni li jinsabu f 'impjieg. Fil- fatt l-ogħla numru ta' inċidenti ras għal ras seħħew fl-2003 u l-2004 bi tmien inċidenti fatali għal kull 100,000 ħaddiem - fi żmien fejn il-popolazzjoni f 'impjieg kienet ta' madwar 149,000. Fl-2006 kienet ta' sitt fatalitajiet, filwaqt li fl-2006, l-2007 u anke s-sena l-oħra kien hemm b'kollox ħames fatalitajiet għal kull 100,000 ħaddiem. Tajjeb inżommu f 'moħħna li s-sena l-oħra l-popolazzjoni ta' ħaddiema kienet ta' 280,469, li hija kważi d-doppju dik ta' 10 snin ilu. Intant fl-2022 ingħataw 462 multa għal ksur ta' regoli marbutin ma' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal total ta' €177,000 f 'multi. Dawn iċ-ċifri jiġu fid-dawl ukoll ta' diversi inċidenti li qajmu kontroversja, speċjalment dak li wassal għal mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia. Din l-istatistika miġbura mill- Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) turi kif b'kollox f 'sena waħda biss saru 4,387 spezzjoni minn din l-awtorità fuq il-postijiet tax- xogħol li minnhom inħarġu 576 notifika għal titjib u 662 ordni biex jitwaqqaf ix-xogħol. Matul l-2022 inbdew ukoll 218- il każ quddiem il-Qrati kontra impjegaturi, kumpaniji jew organizzazzjonijiet li kienu qed jiksru r-regoli li jitrattaw is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. 'Qed isir dak kollu possibbli biex is-sitwazzjoni tkun taħt kontroll' Għall-mistoqsija dwar għaliex hawn perċezzjoni li l-każi qed jiżdiedu, jekk hux nuqqas ta' infurzar jew inkella hux sempliċi każ ta' aktar spazju fil-midja għal inċidenti, Mark Gauci qabel mal- aħħar argument. Huwa qal illi jseħħu madwar 3,500 inċident fis-sena - li ħafna minnhom ikunu żgħar, "u filli snin ilu ma kien ikun irrappurtat kważi xejn issa qed isiru r-rapporti, li ħafna drabi jkunu dwar l-affarijiet kif ikunu jidhru li ġraw fl-ewwel ħinijiet, li mhux neċessarjament jirriflettu l-istampa kollha." Gauci ta eżempju riċenti ta' ħaddiem li ma niżilx is-sellum s e w , w a q a ' u ħabat geddumu ma' skaluna u kellu bżonn żewġ punti. "Din ġiet irrapportata daqslikieku każ gravi," sostna Gauci li kompla jisħaq għalhekk illi ċ-ċifri li qed nikkwotaw f 'dan l-artiklu huma xhieda tal-fatt li l-inċidenti mhux veru żdiedu imma qed isir ħafna aktar rappurtaġġ estensiv tagħhom. Gauci ppreċiża li s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhuwiex biss każ ta' ksur jew problemi fiżiċi, imma wkoll - per eżempju - meta persuna tkun esposta għal ħinijiet twal għal kimiċi li jistgħu jwasslu għall- mard jew saħansitra kanċer. Infakkru li fl-aħħar snin rajna l-każ u l-appelli, kemm fuq livell lokali imma anke ewropew, ta' ħaddiema li huma esposti għall- asbestos. Gauci jfakkar ukoll li hemm ir-realtà tas-saħħa mentali. Dwar il-ħidma tal-OHSA Gauci jispjega kif qed isiru diversi żjarat edukattivi f 'diversi postijiet, fosthom pompi tal-petrol u anke skejjel - fejn ifakkar li kienu saħansitra infetħu żewġ inkjesti fuq elenku ta' nuqqasijiet. Imma allura x'qed jgħid? Qed jgħid li kollox taħt kontroll? "Qed isir dak kollu possibbli biex is-sitwazzjoni tkun taħt kontroll," tkun ir-risposta immedjata ta' Gauci. Tressqet emenda fil-Parlament dwar l-OHSA. X'inhi? Il-ġimgħa l-oħra l-Parlament iddiksuta emenda fil-Liġi li tippermetti li l-OHSA tkun parti mill-Inkjesta Maġisterjali meta jkun hemm każi serji ta' inċidenti, fatalitajiet jew persuni li jkunu weġġgħu fuq il-post tax-xogħol. Gauci jispeċifika li b'dawn il-bidliet l-OHSA se jkollha uffiċjali preżenti waqt l-aċċess u s-smigħ tax-xhieda waqt din l-inkjesta. "Iżda fl-ebda ħin ma hi se tintmiss il-ħidma tal-Maġistrat Inkwirenti - li fl-aħħar mill-aħħar lanqas se jkun obbligat illi jisma' dak li għandu xi jgħid l-uffiċjal tal-OHSA," jispjega Mark Gauci. Huwa qal li filwaqt li l-OHSA għandha l-obbligu li tinvestiga inċidenti kbar sostna li ġieli Maġistrat jirrifjuta li l-awtorità jkollha sehem fl-aċċess. Dan filwaqt li qal ukoll li ħafna drabi żewġ investigazzjonijiet (tal-maġistrat u separatament tal-OHSA) fl-istess ħin jistgħu jwasslu biex dawn ifixklu lil xulxin. "L-OHSA ilha 20 sena u għandha l-esperjenza u l-kompetenza teknika u legali meħtieġa fil-qasam u issa dan kollu se jkun għad-dispożizzjoni tal-inkjesta," temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Mark Gauci. ...u terz tal- fatalitajiet kienu ħaddiema barranin. Intant matul l-istess sena l-OHSA ħarġet 462 multa Mark Gauci