Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 Malta: Wieħed mill-pajjiżi bl-akbar densità fl-Ewropa u wieħed mill-iżgħar pajjiżi fl-Ewropa. B'densità ta' 1,649 resident għal kull metru kwadru f'pajjiżna, in-nies fejn u kif qed joqgħodu f'ġebla ċkejkna f'nofs il-Mediterran? X'nafu fuqhom u l-ħajja li qed jgħixu? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn is-sitt reġjuni ta' pajjiżna u tanalizza l-popolazzjoni, id-densità, l-età u l-għażla reliġjuża tar-residenti tagħhom, fuq l-istatistika maħruġa miċ-ċensiment tal-2022. Il-popolazzjoni: Fil-Ponta ta' isfel ta' Malta u l-madwar ġew irreġistrati 77,948 resident. Il- maġġoranza ta' dawn ir-residenti, jiġifieri 85%, huma Maltin filwaqt li 14% biss huma ta' nazzjonalità barranija. Marsaskala hija fost l-aktar popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mal-barranin hekk kif aktar minn 20% tal-popolazzjoni fir-reġjun tax-Xlokk hija magħmula mill-Iskalin. Fil-fatt kważi 17,000 jgħixu f 'dan il-lokal pjuttost ġdid. Isegwi hemm iż-Żejtun li għandha popolazzjoni ta' 12,409 u ż-Żurrieq b'12,295. Id-densità: Dan ir-reġjun huwa wieħed mill-inqas dens. Fil-fatt dan għandu 1,554 resident għal kull kilometru kwadru li f 'termini Ewropej xorta hija densità għolja immens. L-akbar densità fir-reġjun kienet fiż-Żejtun b'2,312-il resident għal kull kilometru kwadru. Min- naħa l-oħra, l-inqas densità kienet irreġistrata fir-raħal pittoresk tal- Qrendi, b'642 resident għal kull kilometru kwadru. L-età: B'mod ġenerali, l-età medja tal-Maltin kienet dejjem ogħla minn dawk li mhumiex ta' nisel Malti iżda għandhom iċ-ċittadinanza. Fil-fatt, filwaqt li l-età medja tal-barranin f 'dan id-distrett kien ta' 34 sena, dik tal-Maltin kienet ta' 41.6 sena. Minkejja dan, l-età medja ta' dan id-distrett, b'mod ġenerali, hija fost l-iżgħar madwar Malta, jiġifieri 40.5 snin. Ir-reliġjon: Ir-reliġjon Kattolika Rumana kienet l-għażla tal- maġġoranza tar-residenti madwar Malta u Għawdex. B'kollox f 'dan ir- reġjun hemm 58,448 li jipprattikaw ir-reliġjon Kattolika. Il-lokalitajiet ta' dan id-distrett huma: Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Marsaskala, Marsaxlokk, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Il-popolazzjoni: B'kollox 157,297 persuna tgħix f 'dan ir-reġjun, l-akbar popolazzjoni f 'pajjiżna. Fit-tramuntana tal-Port terz tar- residenti huma barranin. L-aktar tlett ibliet b'popolazzjoni kbira huma Birkirkara b'25,807 residenti, Tas-Sliema bi 19,655 resident u Ħal Qormi bi 18,099 resident. F'dan id-distrett, l-aktar post imfittex mill-barranin, forsi mingħajr wisq sorpriża, kien Tas-Sliema bi kważi 10,000 resident li mhumiex Maltin. Id-densità: F'dan ir-reġjun tinstab l-aktar lokalità b'densità għolja, jiġifieri Tas-Sliema. Filwaqt li b'mod ġenerali f 'dan ir-reġjun id- densità tal-popolazzjoni kienet ta' 6,547, f 'Tas-Sliema din titla' għal ċifra li titqabbel u tissupera bliet barranin, jiġifieri ta' 15,167 resident għal kull kilometru kwadru. Simili għal dan, kemm il-Pietà kif ukoll il-Gżira, irreġistraw aktar minn 10,000 f 'densità. Ta' min jinnota li dawn huma lokalitajiet li lkoll għandhom numru kbir ta' appartamenti. L-età: Fil-każ tat-Tramuntana tal-Port l-età medja, b'mod ġenerali, kienet dik ta' 41.5 sena. Punt interessanti huwa li, filwaqt li bħalma għidna qabel li l-maġġoranza tal- barranin huma iżgħar mill-Maltin, f 'dan ir- reġjun joqgħodu l-iktar barranin żgħażagħ, bl-età medja ta' 33.6 sena. Fil-fatt l-età medja ta' persuni b'aktar minn ċittadinanza waħda, kienu residenti Qriema bl-età ta' 30 sena. Ir-reliġjon: F'dan ir-reġjun naraw l-aktar diversità ta' reliġjonijiet. Minħabba l-kobor ta' dan id-distrett naraw li l-maġġoranza ta' persuni f 'kull reliġjon, ġew irreġistrati li joqgħodu fi ħdanu. Dan id-distrett għandu wkoll l-akbar numru ta' persuni li m'għandhomx affiljazzjoni reliġjuża, bi kważi 10,000 persuna. Il-lokalitajiet ta' dan id-distrett huma: Birkirkara, il-Gżira, Ħal Qormi, Ħamrun, l-Imsida, Pembroke, San Ġwann, Santa Venera, San Ġiljan, is-Swieqi, Ta' Xbiex, Tal-Pietà u Tas-Sliema. Il-popolazzjoni: B'kollox it aktar minn 86,000 persuna jgħixu f 'dan ir- reġjun. 87% minn dawn huma Maltin filwaqt li 12.6% huma barranin. L-aktar tliet ibliet b'popolazzjoni kbira huma Ħaż-Żabbar bi 17,148 resident, il-Fgura bi 13,066 residenti u Raħal Ġdid b'9,339 resident. L-akbar numru ta' residenti barranin irreġistrati kienu f 'Raħal Ġdid, b'total ta' 2,028 persuna. Id-densità: Dan ir-reġjun huwa l-aktar dens fin-naħa ta' isfel ta' Malta u mhux b'kumbinazzjoni hekk kif huwa d-distrett madwar l-ibliet tal-port (kottonera). Dan hekk kif, b'kollox kienu irreġistrati 3,287 resident għal kull kilometru kwadru. L-akbar lokalità ffullata f 'dan il-każ, kienet il-Floriana b'densità ta' 2,104. L-età: Dan ir-reġjun għandu l-ogħla età medja madwar Malta kollha, jiġifieri ta' 43.4 sena. Intant l-ixjeħ lokalità f 'Malta b'età medja ta' 49 sena hija l-Birgu, inċidentalment l-eqdem belt f 'Malta. Ir-reliġjon: Filwaqt li nerġgħu naraw li anke hawnhekk l-aktar reliġjon prattikata hija dik Kattolika, f 'dan ir-reġjun, in-numru ta' persuni li għażlu reliġjon oħra taqbeż dik ta' persuni li m'għandhomx affiljazzjoni reliġjuża. Fil-fatt f 'dan ir-reġjun, l-Iżlam kien it-tieni l-aktar reliġjon ipprattikat b'total ta' 2,892 persuna. Filwaqt li l-inqas reliġjon popolari f 'dan il-każ kien il-Ġudaiżmu. Inċidentalment, dan huwa r-reġjun li fih hemm l-unika Moskea f 'Malta. Il-lokalitajiet ta' dan id-distrett huma: Bormla, il-Fgura, il-Floriana, Ħal Luqa, Ħaż-Żabbar, il-Kalkara, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija, l-Isla, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, il-Birgu u x-Xgħajra. 1. Ix-Xlokk 4. It-tramuntana tal-Port 2. In-Nofsinhar tal-Port

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023