Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum Etajiet, densità u reliġjon... Iċ-ċensiment issimplifikat ANTHEA CACHIA Il-popolazzjoni: Sintendi, Għawdex hija gżira ferm iżgħar minn Malta u fil- fatt il-popolazzjoni tixhed dan. Għawdex (u Kemmuna) tibqa' d-distrett bl-iżgħar popolazzjoni. B'kollox f 'Għawdex kienu irreġistrati it inqas minn 40,000 persuna u għaldaqstant kważi terz tal- popolazzjoni tat-Tramuntana tal-Port u madwar nofs dik tan-Nofsinhar tal- Port u x-Xlokk. Tant hu hekk li it inqas minn 12% tal-popolazzjoni Għawdxija biss huma barranin. Id-densità: Id-densità f 'Għawdex kienet irreġistrata għal 572 resident għal kull kilomteru kwadru. Dan l-ammont jitla' konsiderevolment fil-kapitali r-Rabat, b'2,499. Fl-Għasri id-densità tinżel bil-kbir għal 104 u minkejja li din hija ċifra ferm iżgħar meta mqabbla mal-bqija ta' Malta, hija biss ħames residenti għal kull kilometru kwadru inqas mid-densità tal-UE kollha. L-età: Ir-residenti ta' Għawdex u Kemmuna huma l-ixjeħ fil-pajjiż. Fil- fatt, l-età medja kienet ta' kważi 44 sena. L-ogħla età irreġistrata kienet mill-ġdid fir-raħal ċkejken ta' San Lawrenz, bi it aktar minn 48 sena, segwita mill-Qala u n-Nadur bi it aktar minn 45 sena irrispettivament. Ir-reliġjon: Għawdex huwa bastjun Kattoliku u din mhix sorpriża. Fl-2011, madwar 70% tal-Għawdxin ivvotaw kontra l-introduzzjoni tad-divorzju. Fil-fatt 84% tal-Għawdxin, qalu illi jipprattikaw ir-reliġjon kattolika. Il- lokalitajiet ta' dan id-distrett huma: Il-Fontana, Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, San Lawrenz, Ta' Kerċem, Ta' Sannat, ir-Rabat, ix- Xagħra, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ. Il-popolazzjoni: Wara d-distrett tat- Tramuntana tal-Port, dan huwa l-akbar fil-popolazzjoni b'93,755 resident u kważi 30% minn dawn huma persuni barranin. Naturalment, anke jekk wieħed iqis il-kobor tal-lokalità, San Pawl il-Baħar jiddomina bl-aktar residenti fih b'total ta' 32,042 resident. Interessanti li għandu wkoll aktar residenti barranin milli residenti Maltin, fil-fatt hemm b'kollox 14,760 resident ta' nisel Malti u 17,282 ta' nisel barrani. Id-densità: F'dan ir-reġjun partikolari Malta rat żieda sostanzjali fil-popolazzjoni tagħha. Madankollu, d-densità meta mqabbla mad-disretti l-oħra tinsab, bejn wieħed u ieħor, fin-nofs u kważi ixxaqqleb ma' dawk bl-inqas densità. Mill-ġdid dan huwa reġjun li fih jiddomina wkoll il-pajsaġġ Malti bħal fiż-żona tal-Miżieb, il-Pwales u l-Park tal-Majjistral. B'mod ġenerali id- distrett irreġistra 1,273 resident għal kull kilometru kwadru. L-aktar irreġistrati kienu fil-Mosta b'densità ta' 3,463, filwaqt li l-inqas irreġistrata kienet fir-raħal marbut mal-agrikoltura, l-Imġarr b'300 biss. L-età: It-tramuntana ta' Malta huwa l-aktar reġjun żagħżugħ b'età medja ta' ftit aktar minn 40 sena. L-aktar lokalità żagħżugħa fost il-barranin hija Ħal- Għargħur b'età medja ta' 33.9 sena. Ir-reliġjon: Dan id-distrett għandu t-tieni l-akbar popolazzjoni ta' ortodossi, b'total ta' 5,813. Ma ninsewx li fost l-aktar ċittadinanzi ortodossi hemm ir-Russi, l-Ukreni, il- Bulgari, is-Serbi u r-Rumeni – lkoll ċittadinanzi komuni fost il-popolazzjoni ta' immigranti f 'pajjiżna. Il-lokalitajiet ta' dan id-distrett huma: Ħal- Għargħur, Il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, In-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Il-popolazzjoni: Dan ir-reġjun kellu wieħed mill-iżgħar popolazzjoni irreġistrata, b'total ta' 65,266. Minn dawn 8% tar-residenti biss huma barranin, jiġifieri 5,739. Ħaż- Żebbuġ huwa il-lokal bl-akbar popolazzjoni b'13,785 resident, segwit minn Ħ'Attard, li filwaqt li kellu 12,268 resident kellu wkoll l-ogħla rata ta' barranin fih f 'dan ir-reġjun. L-istess kif ukoll ir-Rabat, li hija t-tielet l-akbar lokalità bi 12,000 resident. Id-densità: Iċ-Chadwick Lakes, il-Buskett, l-Imtaħleb u Fomm ir-Riħ. Kollha positijiet ta' valur ambjentali għoli u li jikkaratterizzaw dan ir-reġjun. Mhux ta' b'xejn, għalhekk, li l-Punent huwa fost l-inqas reġjuni li fih jgħixu nies. Fil-fatt dan reġa' ġie ikkonfermat fid-densità, jiġifieri ta' it aktar minn 900 resident għal kull kilometru kwadru. L-akbar densità irreġistrata kienet f 'Ħal Balzan b'7,998. Dan b'kuntrast għar-Rabat li fih ġew irreġistrati 449 resident għal kull kilometru kwadru biss. L-età: Tajjeb li nirrimarkaw li f 'kull distrett madwar Malta l-età medja tan-nisa kienet ħafna ogħla minn dik tal-irġiel, inkluż f 'dan ir-reġjun. Fil-fatt, l-età medja tan-nisa kienet ta' 43.4, differenza ta' sentejn meta mqabbel ma' dik tal-irġiel. Intant l-età medja, b'mod ġenerali, fil-punent kienet ta' 42.4 sena. Ir-reliġjon: B'kollox, 13.8% ta' dawk kattoliċi f 'Malta joqgħodu f 'dan id-distrett. Fil-Punent, jinsab it-tieni l-iżgħar numru ta' persuni li jipprattikaw il-Hindu b'total ta' 259 persuna, kif ukoll it-tieni l-inqas li għandu persuni li m'għandhom l-ebda affiljazzjoni reliġjuża, b'total ta' 1,898. Il-lokalitajiet ta' dan id-distrett huma: Ħad- Dingli, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħ'Attard, Ħaż- Żebbuġ, l-Iklin, l-Imdina, l-Imtara, ir-Rabat u s-Siġġiewi. 6. Għawdex u Kemmuna 4. It-tramuntana tal-Port 3. Il-Punent

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023