Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 goffa li ħallast għaliha int! topera skont il-liġijiet tal-pajjiż. Il-VGH kellha struttura kkumplikata għax kienet, kumpanija ta' kumpanija oħra, ta' xi ħadd - li ma nafux min hu - imma li għandu indirizz fil-British Virgin islands, post magħruf sabiex titfa' l-flus u ma turix, ħalli ma tiddikjarax u ma tħallasx taxxa, bħal Jersey, l-Iżvizzera u l-Panama. L-Ultimate Beneficiary Owner ma kienx magħruf, għalkem Mark Pawley qal li kien hu. U allura rridu noqgħodu fuq il-kelma tiegħu. Imma mhux hekk biss, Tumuluri kien irrapportat illi ta rigal lilu nnifsu ta' €5 miljuni. Perfomance bonus jgħidulu, f 'dan il-każ rigal lilu nnifsu talli ġie, ma għamel xejn u ħarab jiġri! Manuel Castagna, direttur f 'Nexia BT - li tat il-parir biex il- Gvern jidħol f 'kuntratt mal-VGH - qal illi l-istess Nexia BT m'għamlitx due diligence dwar Ram Tumuri. Ara Nexia BT! Dan x'kien? U la semmejna lil Nexia BT, din il-kumpanija li smajna biha f 'daqqa waħda! L-istess kumpanija li x'kumbinazzjoni fetħet il- kumpaniji fil-Panama ta' Konrad Mizzi, li x'kumbinazzjoni kien il-Ministru li mexxa n-negozjati mal-VGH, li x'kumbinazzjoni baqa' responsabbli ta' dan il-proġett anke meta ma baqax Ministru, li x'kumbinazzjoni baqa' jestendi l-milestones lill-VGH biex tlesti x-xogħol, minkejja li kien evidenti li x-xogħol ma kienx qed isir! U x'kumbinazzjoni email ta' rappreżentant ta' Nexia BT kienet tgħid li fil-kumpaniji fil-Panama ta' Mizzi u Keith Schembri kellhom jidħlu maż-żewġ miljuni f 'sena, minn attivitajiet ta' skartu turiżmu. Kemm ħallsat minn butek? Imma int kemm kont qed tħallas lill-VGH biex din il-kumpanija suppost tagħmel xogħolha? Kienet qed tirċievi €190,000 kuljum, jew €67.6 miljun kull sena. Mhux ċajta ta! €67,000,000, x'konna nagħmlu bihom minflok tajnihom lill-VGH? Daqshekk ħallasna minn butna biex, skont il-Qorti, il-VGH u Steward Healthcare jagħmlu lilhom infushom sinjuri. X'għamlu b'dawn il-flus? Ftit li xejn minn dak imwiegħed. Kemm skont is-sentenza tal-Qorti pero' wkoll skont dak li tista' tara b'għajnejk stess. 1 - Il-Kulleġġ ta' Barts: Sar 2 - 50 sodda aktar f 'Karin Grech: Ma sarux (suppost saru fl-2017) 3 - 80 sodda ta' rijabilitazzjoni fl- Isptar San Luqa: Ma sarux (suppost lesti fl-2017) 4 - Bini ġdid fl-Isptar ta' Għawdex: Ma tlestiex (suppost fl-2018) 5 - Renovazzjoni sħiħa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex: Ma tlestiex 6 - Sodod għat-turisti f 'San Luqa: Ma sarux (suppost lesti fl-2018) U twaqqaf Kumitat jekk ma tridx! U jekk ma tridx kien twaqqaf Kumitat biex jara li jintlaħqu dawn il-miri, kienet irrapprtat l-ILLUM lura fi Frar 2018. Kumitat li kien immexxi minn Charles Mangion. Suċċess kbir! Lanqas lil ħaddiema ma kienu qed iħallsu! Minkejja l-miljuni li qalu illi se jinvestu, mhux talli ma għamlu kważi xejn milli mwiegħed talli lanqas biss kienu qed iħallsu lill- kuntratturi u lill-ħaddiema tal- IT. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat dan bil-kuntratturi jheddu li se jieqfu jaħdmu fuq il-proġett. Intant it-tim tal-IT minn Ohum Healthcare abbandunaw il-proġett ukoll. Inbiegħ b'€1 dak li sewa €3.6 miljun U biex tkompli tgħaxxaq u biex dak li jkun iħossu aktar misruq, irriżulta li it qabel ma l-VGH kienu ħadu taħt idejhom dawn l-isptarijiet kien inxtara bi €3.6 miljun f 'apparat ġdid. Irriżulta - minn storja fuq l-ILLUM - li f 'Ottubru tal-2013, il-Gvern ħareġ tender li permezz tiegħu xtara b'aktar minn €91,000 apparat mediku biex bejn April u Mejju tal-2014, sena biss qabel mal-VGH intgħażlu biex jieħdu f 'idhom it-tmexxija tal-istess sptar, ippubblika erba' tenders oħra u xtara tagħmir mediku li jiswa aktar minn €3.5 miljun. Dan apparti li l-Gvern intrabat li jibqa' joħroġ €1.8 miljun fis- sena għall-Isptar ta' Għawdex għal tagħmir. Dan apparti li l-Gvern intrabat ukoll li jibqa' jħallas il-pagi wkoll. Mela l-mistoqsija hija: Min seraqna? Min ħadhom dawn il-flus? U fallew! Dawk il-flus kollha biex finalment il-VGH ma kellhiex flus, ma setgħetx tkompli topera u bħala ringrazzjament ingħatat il- privileġġ li tbigħ il-konċessjoni lil Steward Healthcare, minflok kellha l-kuntratt itterminat u ingħatat daqqa ta' sieq 'il barra! Muscat ma' rappreżentant ta' Steward Mizzi mexxa ftehim li qed ikun akkużat li seraq lill-poplu Ram Tumuluri u ħdejh Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023