Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 kultura illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 Storja, xalar u devozzjoni Żabbarija bdiet issir sfilata storika-reliġjuża li kienet tiġbor flimkien il-ġrajjiet marbuta mad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja. Hekk insibu li fis-sena 1970 din bdiet bil-kavallerija, imxew warajha l-istendardi tas-soċjetajiet filarmoniċi, u warajhom tlieta u għoxrin float imtella' minn għaqdiet differenti. Is-St Joseph Asylum tellgħu float bit-tema "Santwarju Ewlieni", l-Azzjoni Kattolika (ġuvintur) bil-float "Rebħa tal-1535", Galjun kbir mill-Azzjoni Kattolika (irġiel); La Valette f 'riġlejn il-Madonna mill- Banda San Mikiel kif ukoll ieħor dwar din il-banda filarmonika, ir-rebħa tal-Assedju l-kbir ħadu ħsiebha it-tfal tal-primarja, filwaqt li r-rebħa ta' Lepanto 1571 kienet f 'idejn il-MUSEUM tas-Subien; iż-Żabbar Youths tellgħu l-float bit-tema "Ħelsien mill-Ġuħ Kbir: 1603", l-Istars F.C "Nawfraġju tal- 1606." Ma' dawn il-kwadri kienu jinħarġu wkoll kwadri antiki fosthom kien jinħareġ kwadru ovali bix-xbieha tal-Madonna tal- Grazzja. Il-float bit-tema "L-ewwel Magħmudija" ħadu ħsiebu d-diversi għaqdiet femminili tal- Parroċċa. Il-Phyisical Cultural Centre tella' l-float bl-isem "Ir-rebħa mirakoluża," il-Holy Family Institute dak dwar il-Papa Alessandru VII, l-għaqdiet tal- irġiel mbagħad ħadu ħsieb il-float bl-isem "Ir-rebħa tad-Dardanelli." Ix-Xirka tellgħet il-float dwar il- Ħelsien ta' Vjenna, il-Kulleġġ De La Salle dak dwar l-Avvanzata tal- Insara, il-Hompesch Social Club dak dwar il-Papa Innoċenz XII, is- Società Filarmonica Maria Mater Gratiae tellgħet float dwar Malta Rebbieħa u ieħor dwar l-istess filarmonika. Is-Società Mutuo Soccorso San Francesco tellgħet dak dwar il-Ħelsien mill-Jasar, u l-Club tas-St Paticks dak bit-tema "Grazzji u Mirakli." Matul dan iż-żmien kienet daħlet id-drawwa li jiġu offruti l-għotjiet bħala wegħdiet maqlugħa jew ħajr ieħor lill-Madonna tal-Grazzja. Il-Kappillan kien jaqra minn fuq il-presbiterju l-mirakli li kienu attribwiti lill-interċessjoni tal- Madonna tal-Grazzja. Fis-sena 1954, kien hemm 4,020-il wegħda reġistrata, li minn dawn il- Kappillan kien jagħżel uħud li kien isemmi wara l-quddiesa ta' Ħadd in-Nies. Fost dawn huwa semma l-każ ta' konverżjoni ta' raġel mill- Belt li wiegħed lill-Madonna żewġ ċrieket għax ma setax iħalli l-ħajja mundana li kien jgħix qabel, il-każ ta' Fortunato Inguanez mill-Isla li kien f 'agunija u, wara li għamel wegħda li jagħmel mitt santa lill- Madonna, huwa qam qisu mhu xejn. F'dik is-sena wkoll, kien hemm każ ta' fejqan ta' tifel minn Raħal Ġdid, kif ukoll ta' ċertu Charles Scerri mill-Belt li l-każ tiegħu kien meqjus speċjali mit- tobba. Fi żmien il-Kappillan Vella, karrijiet artistiċi oħra, iddisinjati minn Anthony De Giovanni, bdew jieħdu sehem fiċ-ċeleberazzjonijiet. Maż-żmien, dawn il-floats inqatgħu u ħa posthom korteo li kien jitmexxa mill-Arċisqof bil- kurċifiss f 'idu, u warajh kienu jimxu l-għaqdiet lajkali ta' Ħaż- Żabbar. Dan il-korteo kien jitlaq mit-tarf nett ta' Triq is-Santwarju u maż-żmien beda jżur iż-żoni pastorali kollha ta' Ħaż-Żabbar. Eventwalment, minħabba li l-kotra ta' nies fil-pellegrinaġġ naqset fl-għadd, imma wkoll għax kien qorob iċ-ċentinarju tal-400 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa, ġie deċiż li l-vara tal-Madonna tal-Grazzja tibda timxi f 'pellegrinaġġ bis- sehem tad-devoti tal-Madonna tal-Grazzja, u kif ukoll għall- ewwel darba dawk kollha li xtaqu jerfgħu fl-istatwa tal-Madonna tal- Grazzja ngħataw l-opportunità li jagħmlu dan. Din is-sena wkoll, il- pellegrinaġġ ta' Ħadd in-Nies joħroġ mill-Knisja Arċipretali u Santwarju tal-Madonna tal- Grazzja ta' Ħaż-Żabbar fl-4:15 p.m. Dan il-Pellegrinaġġ Djoċesan, wara nuqqas ta' sentejn minħabba l-pandemija, se jdur f 'rotta differenti minn dik tal-purċissjoni tal-festa. Wara l-pellegrinaġġ isegwi l-pontifikal bis-sehem tal- orkestra u l-kor Notre Dame. Fit-tmiem tal-quddiesa titkanta l-antifona lill-Madonna tal- Grazzja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023