Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 il-poplu! Kif Depasquale biċċer il-kuntratt tal-VGH fuqu nnifsu r-responsabilità ta' djun kollha mal-bank BOV, liema djun ilaħħqu is-€36 miljun kif ukoll penali ta' €100 miljun jekk il- Gvern jannulla l-ehim, anke jekk VGH/Steward ma jwettqux dak mihiem. VGH/Steward Pero' l-aktar skjaċċanti, kien il-kliem li l-Imħallef Depasquale rriserva għal Steward Healthcare li kien l-aktar iebes. Is-sentenza tal-Qorti tgħid ċar illi minkejja li tinsab ċerta mill-intenzjnonijiet tajbin tal-Gvern, il-ħsieb ta' Steward Healthcare seta' kien dak illi jsiru sinjuri minn fuq dahar il- poplu u t-taxxi li jħallas. Il-Qorti fil-fatt sostniet li ma għandha ebda dubju li meta Steward Healthcare ħadet taħt idejha dawn l-ispatrijiet kienet konxja tal-kawża li fetaħ Delia u li kien fid-dawl ta' dan li sar il- kuntratt li sar magħha, inkluż li l-Gvern kellu jħallas djun u penali jekk iwaqqa' il-kuntratt - anke jekk huma stess ma jwettqux dak mihiem. Fil-fatt f 'paragrafu mill-aktar qawwi l-Qorti tgħid hekk: "Din il-Qorti ma għandha ebda dubju wkoll illi tiddikjara li tali kundizzjonijiet kienu riżultat ta' aġir frawdolenti tas-soċjetà Steward li riedet iddawwar favur tagħha sitwazzjoni kkawżata minn azzjoni frawdolenti tal- preċedessuri tagħha bil-għan illi tagħmel arrikkiment indebitu minn fuq dahar il-Gvern ta' Malta u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin." Fi kliem ieħor il-Qorti qed takkuża lil VGH/Steward illi dan il-kuntratt kien pjan minn naħa tagħhom biex isiru sinjuri minn fuq daharek. Il-Qorti saħansitra takkuża lill- kumpanija li l-aġir tagħha seta' kien saħansitra "kriminali." Provi: Ftit li xejn! Il-Qorti nnutat kif minkejja dawn l-akkużi u nuqqasijiet kollha, l-unika prova li ġabet il-kumpanija - li issa qegħda saħansitra thedded - huwa affidavit minn Inġinier u ritratti, fosthom ta' toilet li l-isptar għamel għat-telefon operator. Apparti toilet, ma nġiebet ebda prova li sar ix-xogħol fuq 50 sodda fl-Isptar Karin Grech, ebda prova ta' 80 sodda li Steward għamlu fl- Isptar San Luqa, ix-xogħol ta' bini ġdid fl-isptar ta' Għawdexc ma tlestiex u t-Tourism Beds - għal turisti li jiġu Malta għal skopijiet ta' saħħa - lanqas biss kienu diskussi, aħseb u ara kemm saru. U fil-fatt wieħed kull ma jrid jagħmel huwa li jmur sa Gwardamangia biex jara b'għajnejh kemm sar xogħol fuq l-Isptar San Luqa, għax jaqa' biċċiet u jaqa' biċċiet baqa'. Abbuż u aktar gideb Il-Qorti akkużat lill-VGH illi saħansitra abbużat mill-pożizzjoni tagħha biex il-Gvern jagħtiha l-informazzjoni kollha minn qabel. Il-Qorti qalet hekk: "Vitals Global Healthcare Limited abbużat mill- informazzjoni diġà a konoxxenza tal-investituri tagħha, sabiex tippreżenta proġett li ma setax ma jiġix aċċettat mill-Gvern ta' Malta, liema Gvern kien diġà kkommetta ruħu, fil-programm elettorali tiegħu li bih kien ġie elett sentejn qabel, li jtejjeb l-Isptarijiet ta' Malta u Għawdex, u li għalhekk kien marbut politikament sabiex jattwa dak li wiegħed." Depasquale sostna li l-VGH qarrqu b'kulħadd u bellawha lill- awtoritajiet li għandhom fondi ta' biljuni ta' ewro, xi ħaġa li maż- żmien irriżultat bħala falza hekk kif Rapport tal-Awditur Ġenerali kien juri li l-VGH kellha biss madwar €1,000 f 'kapital. "Il-fatt illi s-soċjeta' Vitals Global Healthcare Limited, xjentement, għażlet illi żżomm mistur l-eżistenza tal-Memorandum of Understanding tal-10 ta' Ottubru 2014, mill-Kumitat ta' Evalwazzjoni, hija indikazzjoni ċara tal-intenzjoni frawdolenti illi hija kellha fil- mument illi ppreżentat il-proposta tagħha lill-Gvern, liema intenzjoni frawdolenti kienet tali illi wasslet lill-Gvern sabiex jaċċetta l-proposta tas-soċjetà Vitals, bl-impressjoni illi l-istess soċjeta' kienet f 'pożizzjoni illi tattwa dak minnha imwiegħed – impressjoni li eventwalment ġie ppruvat li kienet waħda erroneja, peress illi kollox sfuma fix-xejn hekk kif is-soċjetà Vitals bdiet tikser kull waħda mill-obbligi u tragwardi minnha aċċetatti." Adrian Delia: Qeda dmiru bħala Deputat Fil-konsiderazzjonijiet tiegħu għall-oġġezzjonijiet li qajmu Steward Healthcare il-Qorti tfakkar li bħala Rappreżentant tal-poplu Adrian Delia kellu kull dritt, anzi dover, li jikkontesta deċiżjoni tal- Gvern bil-għan li dik id-deċiżjoni titħassar. Il-Qorti saħqet hekk: "Huwa dmir ta' membru tal-Kamra tad- Deputati illi jipproteġi l-interessi taċ-ċittadin li jkun eleġġieh sabiex jirrappreżentah u jassigura ruħu li propjetajiet tal-Gvern jingħataw lil terzi skont il-liġi u l-aħjar interess taċ-ċittadin." Konrad Mizzi: Mhux Ministru imma l-proġett tal-VGH baqa' f'idejh! Konrad Mizzi, eks Ministru għall- Enerġija, Saħħa u anke Turiżmu - u politiku b'karriera qasira u kontroversjali - naturalment ukoll kien ċentrali f 'kontrversji marbutin mal-kumpanija tiegħu fil-Panama - naturalment issemma' diversi drabi fis-sentenza tal-Qorti. Il-Qorti qajmet diversi mistoqsijiet, fosthom kif Mizzi - minkejja li ma baqax Ministru tas-Saħħa u minkejja li minfloku kien hemm Chris Fearne, ir- responsabilità tal-proġett tal-Vitals baqa' f 'idejh. Il-Qorti tispjega wkoll kif Mizzi għażel li ma jixhidx hekk kif ħarġu numru ta' fatti u ma offra ebda spjegazzjoni għall-fatt li hu ħa d-deċiżjoni li jibqa' jestendi l-miri li magħhom kellhom ilaħħqu l-VGH u Steward. "Konrad Mizzi... minkejja li ma kienx għadu Ministru tas-Saħħa, għal raġunijiet burokratiċi u oħrajn li ċertament ma għandhom ebda loġika u trasparenza u ħadd ma ta spjegazzjoni loġika għaliha, huwa kien għadu firmatarju għall-Gvern mas-soċjetajiet Vitals. Huwa ikkonċeda lis-soċjetajiet Vitals tlett snin oħra awtomatikament," tfakkar il-Qorti fir-rigward tal- estensjoni li ta l-istess Mizzi. L-Imħallef Depasquale jisħaq illi d-dubji u l-mistoqsijiet li għandha l-Qorti kellhom jitqajjmu wkoll minn dawk li suppost qed iħarsu l-interessi tal-Gvern, "u dan jinkludi wkoll lil Konrad Mizzi, kemm sa meta kien Ministru tal- Enerġija, Saħħa u Progetti meta ġew iffirmati l-ehim oriġinali, u aktar u aktar meta, minkejja li ma kienx għadu Ministru tas-Saħħa, iffirma varji ehimi oħrajn li emendaw l-ehim oriġinali." Huwa qal li Mizzi konxjament kien hu li "naqqas id-drittijiet tal-Gvern" f 'dan il-ehim. Fil- fatt huwa jgħid illi dak li għamel ċertament ma kienx ta' benefiċċju għall-Gvern u ċ-ċittadin imma għal benefiċċju tal-VGH. Kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stess li quddiem il- Qorti sostna illi kien iddiżappuntat dwar il-fatt li l-obbligi ma kinux qed jintlaħqu u li qal illi kieku ma kienx għalih lanqas il-it xogħol li sar, fil-fatt ma kien isir. Finalment Chris Fearne ukoll qal illi dakinhar li rriżenja Mizzi, f 'dik il-laqgħa famuża tal-Kabinett li rat diversi riżenji, huwa kien qajjem ilment dwar kif l-istess Mizzi kien qed imexxi l-kwistjoni tal- Isptarijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023