Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493589

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 L-isbuħija tal- Inwadar tingħata ġih fil-wirja 'Arti fil-Park' f'Marsaskala Għażla ta' pitturi minn artisti differenti li bħalissa jinsabu għall- wiri f 'Marsaskala jikxfu s-sbuħija tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Il-pitturi jinsabu fil-gallerija, Rudy Buhler's Art Gallery, f 'wirja li se tibqa' miuħa sa nhar il-Ħadd, 5 ta' Marzu. Il-wirja qed tittella' bil-kollaborazzjoni tal-Bord tal- Governanza tal-Park tal-Inwadar, Ambjent Malta u l-Ministeru għall- Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, 20 artist pitter diversi mkejjen fil- Park tal-Inwadar bl-istili artistiċi individwali tagħhom. L-artisti użaw diversi materjali differenti bħall- akwarelli, żejt fuq it-tila u l-kulur bil-pinna. Għalhekk, kull pittura tesprimi l-perspettiva artistika unika tal-artist imżewġa mas-sbuħija tal-postijiet jew suġġetti li laqtet l-attenzjoni tagħhom waqt li kienu fil-Park. Waqt il-uħ ta' din il-wirja, fil-preżenza tal-Ministru għall- Ambjent Miriam Dalli, iċ-chairman tal-Bord tal-Governanza Dott Steve Borg, spjega kif il-ħsieb ewlieni tal-Bord huwa li permezz ta' dawn ix-xogħlijiet artistiċi joħroġ aktar ċar mal-pubbliku l-preġju naturali u storiku li fih il-Park tal-Inwadar, l-akbar park naturali fin-nofsinhar ta' Malta. Fil-fatt, din hija t-tieni sena li qed tittella' l-wirja t'Arti fil-Park, bil-għan li tiżdied ukoll l-għożża ta' dan il-park naturali mill-pubbliku inġenerali. Wara kull wirja, il- Bord iżomm kopja diġitali tax- xogħlijiet biex jużahom fl-inizzjattivi t'informazzjoni dwar il-Park, ħalli aktar familji jkomplu jgawdu s-sbuħija naturali tiegħu. Fil-fatt, il- pitturi mill-ewwel edizzjoni ta' din il-wirja s-sena li għaddiet qed jidhru fil-kalendarju kommemorattiv li ppubblika l-Bord għas-sena 2023. L-artisti li qed jieħdu sehem fil- wirja din is-sena huma Alison Agius, Frank Ancilleri, Noel Ancilleri, Marika Borg, Sarah Calleja, Silvana Camilleri, Jo Dounis, Joanne Fenech Portelli, Jean Frendo, Anna Galia, Audrey Mercieca, Raymond Micallef, Godwin Muscat Azzopardi, Marian Muscat Azzopardi, Ronald Muscat Azzopardi, Ethelbert Perini, Carmel Serracino, Peter Seychell, Andrew Smith u Tanya Vella. Parti mid-dħul tal-bejgħ tal- pitturi f 'din il-wirja se jingħata bħala donazzjoni għal għanijiet karitattitivi. Aktar tagħrif dwar il-Park tal- Inwadar jinsab fis-sit inwadar. com, jew fuq il-paġna ta' Facebook Inwadar national nature and history park. Il-wirja, li se tinfetaħ fil-5 ta' Marzu, għandha fiha pitturi ta' aktar minn 20 artist

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023