Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
24 Audrey Friggieri hija l-Kummissarju, Kummissjoni dwar il-vjolenza domestika ul-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Audrey Friggieri opinjoni IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Il-vjolenza domestika, l-abbuż abbażi tal-ġeneru, u r-rwol tal-edukazzjoni għall-bidla kulturali I l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru ġejjin minn attitudnijiet, twemmin u ideat miżrugħa f 'moħħ in-nies. Ideat dwar min għandu l-poter u min m'għandux, min jikkmanda u min għandu jobdi f 'relazzjoni. Dawn writ- nihom mingħand ta' qabilna - missirijietna u ommijietna stess, li tgħallmuhom mingħand min kellu l-poter jinfluwenzahom. Il-qawwa u l-kapaċitajiet tan-nisa lil hinn mid-dar ġew imwarrba jew injorati; nessewhom li ħadd ma kellu dritt jgħidilhom x'naħsbu u x'jagħmlu b'ħajjithom, verament. Fost kategoriji oħrajn, inħolqu kategoriji għan- nisa - dawk bil- għaqal u dawk le, dawk tajbin u dawk ħżiena - dejjem b'dellhom tqil, dejjem iġġudikati. Tant ġew infiltrati tajjeb tul is-sekli dawn l-ideoloġiji inġusti, li għadhom attivi sal-lum il- ġurnata. Qed inħallsu l-prezz bħala poplu – għax fil-verità għadna ikkolonizzati minn poter ieħor li jassarna – il-patrijarkat. Dan il-kolonizzatur sieket ma salpax barra mill-Port il-Kbir bħal ma għamlet l-HMS London nhar il-31 ta' Marzu 1979, meta ksibna l-Ħelsien. Le, għadu ħaj fostna, miżrugħ fl-imħuħ u fil- konoxxenza ta' poplu li għadu jqis lit-tfajliet u n -nisa bħala inqas mill irġiel, b' modi sottili u inqas sottili wkoll. F'dinja ideali ma jkunx hawn diskriminazzjoni abbażi tal- ġeneru. Ikun hawn biss umani, differenti, uniċi u sbieħ kif inhuma, jgħixu kif jixtiequ u kif jafu. Iżda l-kilba għall- poter ideoloġiku tul iż-żminijiet kien jaqblilha tifred biex issaltan. Ilna ngħidu li ċ-ċavetta għal soċjeta' iktar ġusta u ugwali hija l-edukazzjoni - fil-wisa' kollha tagħha- fl-iskejjel, fil-postijiet tax- xogħol, kif ukoll fil-forom kollha tal-media tal-massa. Aħna ngħidu li l-iskejjel jedukaw it-tfal, iżda hija l-familja li tiffurmahom l-ewwel. Għalhekk jeħtieġ li nibqgħu nagħtu attenzjoni u kura dejjem ikbar lill-familja – il-benniena tas-soċjetà, u nedukaw lill-ġenituri f 'kull rokna tal-ħajja b'mod iktar iffukat dwar it-trobbija tajba li, fost affarijiet oħra, ma tiddiskriminax bejn il-ġeneri. Hija sfida kbira għalina lkoll li naħdmu qatigħ fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ u ninvestu f 'kampanji ta' tixrid ta' għarfien, biex imbagħad uliedna jaraw il- kuntrarju fuq il-media socjali u fil-kultura popolari li huma esposti għaliha kullimkien. Dawn huma sfidi kbar, meta qed nitkellmu dwar kif se nġibu l-bidla fl-atitudnjiet tan-nies għall elimininazzjoni tal-vjolenza domestika u dik abbażi tal -generu. Qatt iktar mill-llum m'hawn bżonn tal-life skills, jew l-hekk- imsejħa 'so skills', kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar! Dan għaliex, kif ilkoll nafu, fid-dinja li qed ngħixu fiha ninsabu bbumbardjati kontinwament b'infinita' ta' informazzjoni ta' kull tip, anke dik qarrieqa u malizzjuża, inkluż abbuż u vjolenza. Għandna tfal li jiġu minn ambjenti ta' abbuż, inkluż it-traskuraġni, jew 'neglect'. Dawn l-ambjenti jikkawżawlhom il-ħsara fuq diversi livelli, kif turina r-riċerka, u ma jħalluhomx jiffunzjonaw fl-iskola, minħabba li huma neqsin mill-bżonnijiet bażiċi tagħhom: L-imħabba, l-attenzjoni u l-kura. Is-sistemi edukattivi jridu jiġu mfassla b'tali mod li dawn it-tfal jirċievu l-attenzjoni li jkollhom bżonn, u li l-iżvantaġġ li jkunu qed jgħixu fih ma jservix ta' ostaklu għal esperjenza tajba fl-edukazzjoni. Ir-riċerka turina li dawn it-tfal spiss jitilqu kmieni mill-edukazzjoni għax iħossuhom esklużi, mhux biss minħabba l-emfasi kbira fuq is-suġġetti akkademiċi, iżda minħabba dak kollu li jkunu għaddejjin minnu 'lil hinn mill-iskola stess, u li iżda jġorruh magħhom kuljum, kull ħin. Dan jiġri minkejja l-isforzi kollha li qed isiru fuq livell ta' investiment finanzjarju, u minkejja l-intenzjonijiet tajbin kollha. Huwa fatt li sar u qed isir ħafna xogħol fl-edukazzjoni, u qed naraw id-differenza minn qabel, iżda ż-żminijiet qed juruna li l-prijorita' assoluta għandha tkun l-edukazzjoni tal-qalb u tat-tama, biex nikkwota lill-filosfu Paulo Freire. Għal dinja u soċjeta' iktar ekwa u ġusta għandu jkun hemm emfasi ikbar fuq l-mħabba, u fuq l-għarfien dwar id-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem fil- kurrikula. Huwa fatt magħruf li eżami formali ma jistax ikejjel u japprezza atributi essenzjali tal- persuna, bħal ma hija l-kreatività, it-tenaċità u t-tjubija, pereżempju. Barra minn hekk, dawn stess huma kwalitajiet bżonnjużi ħafna għall-ekonomija, biex nirrifletti d-diskors dominanti kontemporanju madwar l-edukazzjoni! Jirbaħ kulħadd Huwa fatt ukoll li d-dinja tant qed tinbidel bl-għaggla li dak li jigi mgħallem fl iskejjel illum mhux se jibqa' rilevanti ħames, għaxar snin oħra! F'realtà bħal din, irridu nedukaw lil uliedna kif ikunu flessibbli u kunfidenti, jissieltu għal dak li hu sewwa, ma jibżgħux jiżbaljaw, ifallu, u jqumu jippruvaw mill-ġdid. Ħadd ma jista' jiffunzjona fi professjoni jew karriera u jikkontribwixxi bħala ċittadin lejn is-soċjeta' mingħajr ma jkun kunfidenti fih innifsu, mingħajr ma jaf jikkomunika tajjeb man-nies, jissielet għas- sewwa, u jipprattika r-rispett. Ir-relazzjonijiet sani bejnietna u magħna nfusna huma l-qofol ta' kollox, u investiment importanti ħafna fil-prevenzjoni tal-vjolenza u l-abbuż fl-isferi kollha ta' ħajjitna. Fenomenu kurjuż li qed niltaqgħu miegħu fir-riċerka li qed nagħmlu bħala Kummissjoni b'kollaborazzjoni importanti mal- Ministeru tal-Edukazzjoni huwa li numru sostanzjali ta' tfal Maltin ma jkollhomx il-vokabularju biex jimu u jiddiskutu dwar ir- relazzjonijiet u l-emozzjonijiet. Imbagħad nistaqsu: 'Imma minn fejn tiġi l-vjolenza domestika? Minn fejn ġejja dil- mibgħeda, dir-rabja kollha kontra ċerti persuni – saħansitra kontra dawk li suppost inħobbu? Għaliex il-femiċidju?' Dawn huma affarijiet sistemiċi u allura kumplessi u jirrikjedu soluzzjonijiet intenzjonati u studjati li jibdew mill-għeruq tal- affarijiet. Irridu nibdew billi nisimgħu lil min hu mġarrab. Nisimgħu l-istejjer tan-nies. Nieħdu ħsieb lill-ġuvintur tagħna, li minħabba ideoloġija patrijarkali li ċċaħħadhom minn nofs l-umanità tagħhom, jiġu mrawma li dejjem iridu jkunu b'saħħithom u dominanti, mingħajr emozzjoni, inkella ma jkunux irġiel. Nisimgħu b'attenzjoni u nemmnu lin-nisa u lit-tfajliet meta jagħmlu qalb jafdawna bl-istejjer tagħhom ta' abbuż u vjolenza. Hemm bżonn insaħħu u nirfinaw iktar is-sistemi protettivi kollha għad-dispożizzjoni tagħna. Sar u qed ikompli jsir ħafna progress, grazzi għal persuni sodi, għorrief u ddedikati għall- ġustizzja soċjali. Iżda ma nistgħux inniżżlu l-kmiem. Baqalna ħafna x'nagħmlu.