Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Ko-finanzjat mill- Unjoni Ewropea Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Permess ta' Jobsplus Nru: 686/2022) Bħala parti mill-proġett 101083556 Strengthening Knowledge on Integration and Non-Discrimination (SKIN), inħolqot vakanza għall- pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-vakanza hija fi Skala ta' Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku. Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f' Ottubru 2024. Id-deskrizzjoni tal-impjieg hija aċċessibbli fuq il-website tal-NCPE: https://ncpe.gov.mt/en/Pages/Vacancies.aspx Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat fuq l-email equality@gov.mt lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Marzu 2023. Applikazzjonijiet li jaslu tard wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2276 8200 E-mail: equality@gov.mt Web: www.ncpe.gov.mt Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' ko-finanzjament: 90% fondi Ewropej; 10% fondi Nazzjonali 'Ikun il-poplu li jiġġudika lil min iridlu l-ġid fil-qasam tas-saħħa' – Chris Bonett ANTHEA CACHIA "Fl-2019, il-Partit Laburista għadda minn perjodu diffiċli ħafna. Kellna mexxej illi irriżenja u Abela, meta laħaq mexxej, kellu deċiżjonijiet ibsin ħafna. Iżda li sar tajjeb ma jintrema qatt." Hekk qal is- Segretarju Parlamentari għall- Fondi Ewropej Chris Bonett waqt il-programm Mill-Kamra. Dan qalu waqt dibattitu mal- Whip u d-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar u li matulu ddiskutew il-kuntratt iddikjarat "frawdalenti u null" tal-Vitals Global Healthcare (VGH). Huwa sostna illi l-Gvern ma għandu l-ebda problema jindirizza l-affarjiet li għandhom bżonn l-attenzjoni, "bħalma għamilna qabel. Huwa l-poplu li jiġġudika lil min iridlu l-ġid fil- qasam tas-saħħa u s-setturi tas- soċjetà tagħna." Aktar kmieni huwa sostna li fl- 2013, meta l-Partit Laburista tela' fil-Gvern, "il-paladini tas-saħħa ħallew mandra fis-settur tas- saħħa u aħna ma niħdux pariri mingħandhom." Għal dan Cutajar irribatta li dan huwa atteġġjament arroganti u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech mar fil-Parlament bid- deċiżjoni tal-Qorti f 'idu, "għax il- Qorti tatna raġun." Cutajar qal illi s-sentenza tal-VGH hija l-unika waħda fl- istorja ta' pajjiżna u li kieku ġrat f 'xi pajjiż ieħor bħalissa diġà saru diversi riżenji. Kien hawn illi l-preżentatur u l-editur ta' din il-gazzetta Albert Gauci Cunningham staqsa lil Cutajar proprju min għandu jirriżenja u kif se tintrefa' r-responsabilità li l-Partit Nazzjonalista, tant ilu jisħaq għaliha. "Il-Prim Ministru għandu jerfa' responsabilità politika, issa kif u x'jagħmel, dik jaraha hu," qal Cutajar. Bħalma tennew l-Kap tal- Oppożizzjoni u d-Deputat Adrian Delia fil-Parlament, Cutajar qal illi l-poplu Malti jrid lura "dawk it-€300 miljun lura. Din m'hix kwistjoni ta' aħmar u blu." Bonett ġie mistoqsi wkoll għaliex il-Gvern ma ħax azzjoni qabel ma ħarġet is-sentenza tal- Imħallef Francesco Depasquale u għal dan huwa sostna illi llum "għandna l-hindsight għax nafu x'ġara u nistgħu nimxu minn hemm." Huwa insista wkoll illi l-Gvern baqa' jħares l-interess tal-ħaddiema kollha tat-tliet sptarijiet: Ta' Karin Grech, ta' St Lukes u dak Ġenerali ta' Għawdex. Qal ukoll illi l-Gvern baqa' jiżgura li l-pazjenti jibqgħu jingħataw l-kura. Matul dan id-dibattitu, imeżewwaq b'ħafna argumenti jaħarqu, Cutajar fakkar lil Bonett illi filwaqt li Abela ma kienx Prim Ministru meta saret il- konċessjoni, fl-2020 il-PN kien ressaq mozzjoni biex jingħataw l-isptarijiet lura. Fakkar ukoll illi Bonett kien ivvota favur il-baġit, li fih Steward Healthcare ingħataw aktar flus. "Dakinhar il-membri kollha tal-Gvern ivvotaw kontra l-mozzjoni. Ftit ġimgħat ilu wkoll ivvutajna l-estimi tas- saħħa. Tkellimna u għidna li jekk il-membri tal-Gvern se jivvotaw favur il-miljuni għas-saħħa, parti minn dawn kienu se jingħataw lill-ħallelin, lill-frodisti," qal Cutajar. Fl-aħħar tal-programm Gauci Cunningham għamel referenza għal dak li qal id-Deputat Karol Aquilina nhar it-Tnejn li għadda, meta fl-indirizz tiegħu lil kull membru tal-Gvern, qalilhom li huma frodisti. Għal dan Bonnet qal illi "irridu nimmodernaw daqsxejn it-toni u l-aġġettivi fil- konfront ta' xulxin. Jekk xi ħadd għandu xi akkużata fil-konfront tiegħi jagħmilha, iżda jissostanzja l-akkuża."