Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 għal-Labour li Abela jrid jara kif se favurih kumpanija qawwija ħafna kontra l-ipprivatizzar tal-Mid Med Bank. Kampanja qalila li rat lill-Partit Laburista jimmobilizza lin-nies u lit-tmexxija tiegħu. Dan ifisser illi hemm sezzjoni tal-għeruq illi kieku tneħħi lil Joseph Muscat mis-somma kollha, suppost ikunu bil-qalil kontra dan il-proġett, mhux biss għax huwa privatizzazzjoni ta' sptarijiet - infrastruttura meqjusa kruċjali għall-poplu - imma wkoll għax minn dan il-proġett ma ħa kważi xejn mill-flus li ħallas, għall-isptarijiet tiegħu. Dan il-kuntratt ukoll allura - minkejja l-appoġġ kawt ta' grupp voċiferu u leali ta' laburisti - jmur kontra l-prinċipji xellugin, soċjalisti u Mintoani f 'kull każ. Dan jikkomplika xi it il-qagħda u l-pożizzjoni li jinsab fiha l-PM u Mexxej Laburista. Imma jikkundanna lill-kuntratt jew lil Mizzi/Muscat? Naturalment, dak huwa eżatt li l-PN qiegħed u se jkompli jagħmel pressjoni fuq Abela biex jagħmel. Għax, politikament, hekk jaqbel għall-PN. Imma Abela għandu problema - anke jekk iżgħar milli kienet qabel l-elezzjoni. Jekk jisfida jew jikkundanna lil Muscat jew il- legat tiegħu marbut ma' dan il- kuntratt se jkun qiegħed joħloq qasma fost l-għeruq. Hemm ħafna attivisti voċiferi Laburisti (hux maġġornza jew le ma nafux) li għalihom Muscat jibqa' l-aqwa ħaġa li ġrat lill-partit minn żmien Mintoff u li għalihom Muscat jibqa' fi klassifika għalih. Dawn qatt mhu se jaċettaw li l-eks PM u eks Mexxej tal-partit jiġi umiljat u probabbilment ma jaħfrux lil Abela, kif ħafna ma kinux ħafru lil Alfred Sant meta kien għajjar lil Dom Mintoff "traditur" fl-eqqel tal-kriżi politika tal-1997/1998. Dan ma jfissirx li ma hemmx ukoll sezzjoni dejjem tikber ta' attivisti u votanti Laburisti li jħossu l-bżonn li Abela jinqata' mid-dellijiet ta' kwistjonijiet li ilhom snin jagħmlu ħsara lill- Gvern Laburista u nies li isimhom sar sinonimu ma' kuntratti dubjużi jekk mhux "kważi kriminali" biex nikkwotaw is-sentenza tal-Qrati. Dawn l-attivisti jidher li huma ħafna inqas voċiferi fuq il-midja soċjali u jista' jkun ukoll li huma xi it jew wisq inqas investiti fil- Partit Laburista, jew inkella huma votanti li ressqu aktar lejn il-Partit Laburista fl-aħħar 15-il sena. Abela jaf ukoll li l-PN mhux se jagħmilhielu faċli jew jagħtih xi prosit. U allura soljev minn votanti nazzjonalisti żgur mhux se jsib. Jekk ma jiddistakkax ruħu minn ma' Muscat u Mizzi se jikkritikawh u jabbinaw il- kuntratt tal-VGH mal-legat ta' Abela u jekk jikkundanna lil Muscat jew Mizzi, il-PN se juża l-iskuntentizza, il-protesti jew saħansitra kritika qawwija ta' attivisti u uffiċjali tal-PL biex ipinġi stampa ta' "partit maqsum" - kif wara kollox ilu jagħmel b'suċċess il-Labour dwar il-PN. Imma l-Gvern se jqum minnha din id-daqqa? Li din is-sentenza hija daqqa, hija ovvja. Imma din mhux l-ewwel daqqa tat-tip tagħha li l-PL salva minnha, għax ħadha u reġà qam fuq saqajh fl-aspett ta' popolarità, xi ħaġa li l-Partit Laburista baqa' jagħmel għal darba, tnejn kontra kull aspettativa. X'inhu ċ-ċans li din tkun daqqa li l-PL u Abela ma jkunx jiflaħ għaliha? Wieħed irid jiem it aħjar x'qed jaħsbu u x'qed iħossu n-nies dwar din il-materja. Din l-analiżi se tagħmel numru ta' assunzjonijiet li probabbilment huma qrib ir-realtà fit-triq. L-ewwelnett għandek dawk l-eluf li jħossu illi dan il-Gvern huwa korrott u li din is-sentenza tikkonferma u saħħaħ biss tista' dan it-twemmin u opinjoni li dan il-Gvern, imma speċjalment Joseph Muscat, telgħu fil-Gvern biex jarrikkixxu lilhom infushom. Probabbilment ħafna minn dawn in-nies fl-aħħar elezzjonijiet ġenerali ħassewhom ħafna aktar komdi jivvotaw lill-PN. Imbagħad għandek dawk l-eluf li jħossu li dan huwa attakk ieħor fuq il-Gvern Laburista u fuq Joseph Muscat minn partit li meta kien l-aħħar fil-Gvern kellu akkużi ta' korruzzjoni serji fuq ix-xiri taż- żejt, il-bini tal-Isptar Mater Dei u anke akkużi ta' governanza ħażina marbuta mal-assi tal-poplu, bħal dik relatata mal-art tal-Lovenbrau jew il-bejgħ tal-HSBC. Dawn in-nies probabbilment fl-aħħar elezzjonijiet ħassewhom ħafna aktar komdi jivvotaw lill-PL. Imbagħad għandek eluf ta' nies li it li xejn illi jinteressahom il- politika, għajr dak li jolqot lilhom, il-familja tagħhom, in-negozju tagħhom u l-livell tal-għixien tagħhom. Għalhekk is-sentenza tal-Qorti - forsi semgħu biha, jista' tkażaw b'li semgħu - imma it se tagħmlilhom differenza, la f 'ħajjithom u wisq inqas kif se jivvutaw fl-2024 jew lilhinn minn din id-data. Dan huwa s-settur tal-poplu - li l-elezzjonijiet qed juruna li dejjem qed jikber - illi huwa indifferenti lejn il-politika li ma għandux fiduċja fil-klassi politika kif inhi llum. Imbagħad u finalment għandek eluf oħrajn li jsegwu u jieħdu nota ta' dak li qed iseħħ, jitkellmu it dwar ħsibijiethom imma li meta jisimgħu b'dettalji bħal dawk tal-VGH u s-sentenza tal-Qorti jkunu rrabjati u diżillużi bil- Gvern u speċjalment b'Muscat - speċjalment jekk ikunu vvutawlu. Dawn l-eluf iħossu - għax qraw u informaw ruħhom b'mod spassjonat - li dak li ġara kien kuntratt, li jmur kontra l-interessi tal-poplu. Dan is-sentenza tgħidu bl-aktar mod ċar, meta saħansitra tisħaq li huwa "frodi" magħmul biex Steward issir sinjura minn fuq dahar it-taxxi tan-nies. Huwa dan l-aħħar grupp ta' votanti diżillużi u mxebbgħa bi stejjer simili li l-aktar illi Abela jrid illi jindirizza jekk irid li din is-sentenza u s-sens ta' rabja jiġu newtralizzati f 'qasir żmien mingħajr wisq prezz politiku għoli. Ir-rettorika u l-battuti politiċi jistgħu jinżlu tajjeb ma' dawk li jaraw din is-sentenza biss bħala attakk, iżda mhux se timpressjona wisq lil dawk li huma rrabjati b'dak kollu li ilu ħiereġ fuq dan il- kuntratt. Il-fokus tal-Gvern u tal- Partit Laburista għandu jkun fuq kif se jieħu l-isptarijiet lura kemm jista' jkun malajr u kif se jkun hu stess li jagħmel dak li messu sar fl-2015: Jiġifieri jwettaq il- proġett, mingħajr il-kontroversji li kkaraterizzaw il-kuntratt tal- VGH. Abela - iffaċċjat b'sentenza mill-aktar skjaċċanti, ħafna aktar skjaċċanti milli wieħed seta' stenna - ma tantx għandu fejn idur politikament ħlief li jagħmilha ċara bi kliemu u azzjonietu li mhuwiex fuq in-naħa ta' Steward Healthcare/VGH u jittama li dan il-kapitlu jingħalaq kemm jista' jkun u malajr kemm jista' jkun. Il-kapitlu tal-VGH kien u għadu wieħed mill-aktar dannuż għall-Partit Laburista u aktar u aktar dannuż għal Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi - li kuntrarjament għal drabi oħrajn din id-darba baqa' f 'silenzju assolut dwar is-sentenza u l-mistoqsijiet li qajmet dwar l-irwol li kellu f 'dan il-ehim. Id-differenza hija illi filwaqt li Mizzi, Muscat u Schembri ma għadhomx fix-xena politika llum, u r-reputazzjoni tagħhom issa hija mtappna, Robert Abela huwa l-preżent politiku u allura ħafna aktar mill-predeċessur tiegħu jrid dan il-kapitlu magħluq u l-kwistjoni newtralizzata jew saħansitra mdawwra favur tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023