Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 sħaħar tal-lum kotba illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 tiegħu. F'"Rapunzel", Grech tlaqqgħana ma' tfajla li l-ġenituri tagħha jpartuha ma' gozz nagħniegħ. Titrabba minn zijitha f 'ambjent estremament reliġjuż, maqtugħa minn kollox u minn kulħadd. Iżda l-iżvilupp bijoloġiku mhux lakemm twaqqfu kif ġieb u laħaq u Rapunzel, issa tfajla, ikollha x'taqsam mal-ġennien. Hawnhekk Grech, minflok ma' waqgħet fl-ovvju u dawret il-ħrafa f 'parabbola bi twissija jew tagħlima dwar is- sess 'illeċtu', ħadet triq oħra bi tmiem li jkexkex, kemm minħabba f 'dak li jiġri kif ukoll għall-implikazzjonijiet li jqajjem. Hekk kif isir l-iskambju tat- tarbija mal-ħwawar, Grech tagħmilha ċara mill-ewwel li qed naqraw ħrafa. Iżda dan ma jfissirx li t-temi tal-istorja huma fittizji. Grech tgħid kif il-manipulazzjoni ideoloġika, meta tiġi internalizzata, hija qagħda insidjuża li tagħmel persuna vittma, aggressura, ġurija, imħallfa u bojja fl- istess ħin. U din narawha fi ġrajjiet kurrenti li naqraw dwarhom prattikament kuljum. Bħal dawn hemm ħafna oħrajn fil-ktejjeb ta' Grech, bħal ngħidu aħna, "Il- Qattus bil-Buz", "Is-Sbejħa u l-Monstru", u "Ġakbu u s-Siġra tal-Fażola". Ovvjament hemm stejjer aħjar minn oħrajn. Huwa estremament rari li f 'ġabra tolqot il-likk kull darba, speċjalment meta qed nitkellmu dwar debutt. Qabel intemm din ir- reċensjoni, xtaqt ngħid xi ħaġa dwar ir-ritratti li hemm fil-ktieb. Xi wħud mill-istejjer huma akkumpanjati minn ritratti tal-awtriċi liebsa ta' karattri mill-ħrejjef. Din il- ġabra, apparti isem Grech fuq il-qoxra, għandha wkoll xbihietha fuq ġewwa. Dawn l-istejjer ma waqgħux mis- sema – kitbithom hi wara li qrat jew rat verżjonijiet tagħhom. Għalhekk, permezz tar-ritratti, Grech qed tippreżenta lilha nnifisha mhux biss bħala l-vuċi li qed tirrakkonta l-istejjer imma wkoll bħala qarrejja u kittieba fi żmien partikolari li huwa ddominat mill-immaġni, speċjalment mill-istessi. Grech żiedet saff ieħor ta' kif wieħed jesperjenza l-ħrejjef u dan it-tip ta' żvilupp huwa eżattament dak li żammhom ħajjin u relevanti minn żmien għall-ieħor.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023