Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Vitals: Mument tajjeb għall-PN... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Għall-Partit Nazzjonalista dan huwa mument politikament tajjeb, il-mistoqsija iżda tibqa' jekk dan il-mument tajjeb hux se jservi ta' benefiċċju politiku għat-tul u hux se jwassal biex jagħti injezzjoni b'saħħitha lil partit li qiegħed lura sew f 'termini ta' popolarità u li sa it ilu kellu lit-tmexxija tiegħu stess, fuq art xejn stabbli. Imma ejja nibdew naraw din is- sentenza f 'liema kuntest politiku sabet lill-PN. Minn taħt, b'Kap li kien prattikament ċeda l-armi Il-kwistjoni tal-Vitals Global Healthcare sabet lill-Partit Nazzjonalista f 'qagħda mill- aktar mwiegħra, wara 14-il sena illi matulhom tilef kull elezzjoni fuq livell nazzjonali b'distakk ikbar minn 33,000 vot. Dan ifisser li l-attivisti jinsabu mill- aktar diżillużi u sa qabel din il-kwistjoni l-qtigħ il-qalb kien l-ordni tal-ġurnata. Is-sentiment żgur li ma kienx wieħed pożittiv u l-aħħar sondaġġ politiku ma għen xejn biex is-sentiment isir wieħed it aktar pożittiv, hekk kif irriżulta li - għall-ewwel darba - dawk li qalu illi kieku issir elezzjoni ma jivvutawx kienu aktar minn dawk li qalu illi jivvutaw PN. Il-kuntest huwa xi it agħar ukoll għax it ġranet biss qabel ma ngħatat is-sentenza mill- Qrati, artiklu fuq e Sunday Times - li ma kienx imgiddeb - rrapporta illi Bernard Grech kien esprima l-intenzjoni li jitlaq minn Kap, sakemm ikun hemm kandidat li jista' jgħaqqad lill- PN kollu warajh jew warajha. Allura it qabel biss dan il- mument partikolari l-Kap tal-PN kien donnu qed iċedi l-armi u d-diskussjoni kienet dwar Roberta Metsola u jekk il- prospett li tiġi lura Malta u tieħu t-tmexxija tal-PN taħt idejha, hux wieħed reali jew le. Grech huwa t-tielet Kap mill- 2013, meta l-eks PM Lawrence Gonzi kien ħa disfatta elettorali kbira. Warajh kien hemm Simon Busuttil, li fil-fatt kien irnexxielu b'suċċess jimmobilizza lill- attivisti Nazzjonalisti madwar il-kwistjoni tal-korruzzjoni fid-dawl tar-rivelazzjonijiet dwar kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi kif ukoll il-kumpanija l-aktar kontroversjali, Egrant. Minkejja dan Busuttil xorta sofra minn telfa kbira ħafna ta' kważi 36,000 vot. Warajh ġie Adrian Delia - li mexxa lill-partit għal tliet snin turbolenti ħafna kkaraterizzati minn ġlied intern u rivolta li rat lil Delia jitlef postu u issa Bernard Grech li tilef b'distakk elettorali rekord fl-2022. Wieħed jista' jimmaġina allura għaliex id-diżilluzjoni u l-qtigħ il-qalb huma konsidrevoli fil-PN. Saved by VGH! Għal min illum għandu mal- 40 sena, jew it aktar jew inqas, jiakar sew is-serje 'Saved by the bell'. L-espressjoni tfisser meta xi ħaġa tiġi f 'ħin li ssalvak minn sitwazzjoni antipatka jew inkella negattiva. U jekk kien hemm sitwazzjoni fejn din l-espressjoni tista' tintuża hija propju din hekk kif is-sentenza tal-Qorti injettat żewġ affarijiet: Sens ta' enerġija fost l-aktar attivisti akkaniti u anke sens ta' għaqda bejn żewġ fazzjonijiet, dawk kontra Delia u dawk li tant huma favurih li għadhom isejħulu 'Kap'. Nibdew bl-enerġija. Is-sentenza skjaċċanti fil- konfront tal-VGH/Steward prattikament tat impetu qawwi lill-argument tal-PN kontra dan il-kuntratt u allura ħafna attivisti jħossu li din hija rebħa morali għal Adrian Delia u anke l-partit innifsu. Grech u dawk madwaru dan jafuh, għalhekk mill-ewwel deher ċar li l-PN kien se jibni kampanja sħiħa fuq din il- kwistjoni biex idawwar - kemm hu possibbli - ir-rabja ta' dak is- settur tal-poplu mhux daqstant marbut ma' karru politiku imma li jsegwi u jixtarr x'inhu jiġri (u li nagħmlu referenza għalihom fl-analiżi li fiha nitrattaw l-effetti politiċi ta' din is-sentenza fuq il-PL) f 'appoġġ. Fil-fatt it wara s-sentenza l-PN beda b'elenku ta' konferenzi li fihom idoqq it-trombi ta' din ir-rebħa u jikkundanna lill-PL. Filwaqt li l-midja tal-PN kienet għaddejja bla waqfien fuq il-kwistjoni, numru ta' Deputati Nazzjonalisti ddikjaraw id-dibattitu dwar is-Sostenibbilità fil-plenarja parlamentari bħala wieħed "irrelevanti" u allura dawwru d-diskors tagħhom fuq is- sentenza tal-Qorti. Ilum stess - il- Ħadd - il-PN qed isejjaħ protesta nazzjonali quddiem Kastilja. Sa fl-aħħar, wara kważi sena ta' diżillużjoni, qtigħ ta' qalb u kritika kif ukoll aktar sondaġġi li juru illi l-PN ma kien sejjer imkien f 'termini ta' popolarità, ix-xorti daħqet lil Bernard Grech u ppreżentatu b'opportunità biex imewwet xi it mid-dubji u l-isfidi direzzjonati lejn it- tmexxija tiegħu. L-attendenza u anke l-ħeġġa li inħass li kien hemm fis-sala prinċipali tad-Dar Ċentrali fl- ewwel Ħadd wara s-sentenza u anke l-folla li attendiet quddiem il-Parlament uriet biċ- ċar illi l-għeruq tal-partit ġew mobilizzati b'mod effettiv, għall- ewwel darba f 'ħafna żmien. Fil- fatt l-aħħar li kienu mobilizzati hekk in-nazzjonalisti kien fl- 2019, bid-differenza li dakinhar kienet l-għaqda Repubblika li mmobilizzat lin-nies u mhux il- PN. Bidu ta' PN aktar enerġetiku u li kapaċi jaqra l-emozzjoni tal-poplu jew fula f'qargħa ta' ewforija momentarja li se tiġi sorpassata biż-żmien u bl- istrateġija tal-PL? L-ILLUM tanalizza analiżi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023