Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Biex titnaqqas il-pressjoni għall-estensjonijiet taċ- ċimiterji fuq medda twila ta' żmien, l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat proposta ta' linji gwida tad-disinn li ser tidderieġi kif jiġu evalwati applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' kremazzjoni waħedhom. Ir-reviżjoni tal-policy proposta tispeċifika li krematorju li mhux ser jifforma parti minn ċimiterju eżistenti jista' jiġi kkunsidrat biss jekk ikun barra miż-żona tal-iżvilupp iżda sa 1.5 km mill-konfini taż-Żona Urbana Prinċipali (PUA) għal Malta. Ir-raġuni hija biex tiġi evitata l- proliferazzjoni u jiġu ċentralizzati fil-viċin taċ-ċentri ewlenin tal-popolazzjoni. F'Għawdex, krematorju għandu jkun lokalizzati madwar iż-żona tar-Rabat/Xewkija. Il-proposti kollha għal krematorji waħedhom jeħtieġu li jkollhom l-approvazzjoni mill- awtoritajiet tas-saħħa qabel ma jiġu kkunsidrati mill-Awtorità tal- Ippjanar. Ladarba dawn il- kriterji ewlenin jiġu sodisfati, krematorju waħdu jiġi kkunsidrat biss jekk is-sit propost ikun jinsab f 'post xieraq. Barra minn hekk, krematorju għandu jkun aċċessibbli minn toroq li jiffurmaw parti min- netwerk tat-toroq Ten-T, komprensivi, arterjali u distributorji, kif ikkonfermati minn Transport Malta, u l-aċċess ikun sigur. L-abbozz tal-policy jidentifika numru ta' siti fejn krematorji waħedhom proposti mhux ser ikunu permessi, bħal pereżempju siti skedati bħala Żoni ta' Valur Għoli tal-Pajsaġġ fost oħrajn. Kull krematorju għandu jkollu żona fuq quddiem maħsuba għall- ipparkjar tal-vetturi ċerimonjali, bini għaċ-ċerimonji fuq ġewwa, u spazju ta' barra magħżul għat- tifrix tal-irmied bi ġnien tat- tiira. Il-bini taċ-ċerimonja, li ma jistax ikollu footprint ta' aktar minn 500 metru kwadru għandu jinkludi mortwarju, kamra tal-wiri, kamra tal-kremazzjoni u faċilitajiet oħra relatati. L-għoli tal-bini ma jistax jaqbeż is-7.7 metri b'konċessjoni għall-karatteristiċi arkitettoniċi u l- istruttura taċ- ċmieni. B'mod ġenerali, id-disinn għandu joħloq struttura ta' profil baxx iżda attraenti bi profil nadif u eleganti iżda sempliċi li jkun jaqbel mal-post u l-inħawi tiegħu. Id-disinn għandu jipprovdi sens ta' paċi u trankwillità permezz tal- massa tiegħu, għażla ta' materjali, kuluri u tisbiħ. Il-parkeġġ taħt l-art jista' jiġi kkunsidrat fil-footprint tal-500 metru kwadru biss. Tħaffir taħt iż- żoni ta' spazju miuħ, inkluż il-ġnien tat-tiira, mhux ser ikun permissibbli. L-ispazji miuħa u l-ġnien tat- tiira għandhom ikunu mdawra b'mod xieraq bis-siġar, l- arbuxxelli u l-uri u għandhom jipprovdu spazju funerarju dinjituż u uman b'passaġġi u karatteristiċi tal-ilma. Id-dawl għandu jinżamm għall- minimu possibbli. Il-krematorji għandhom ikunu mgħammra bl-aqwa sistemi disponibbli ta' teknoloġija ta' filtrazzjoni u tnaqqis ta' tniġġis għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi u s- Supretendent tas-Saħħa Pubblika, u dawn għandhom jinżammu skont l-aqwa standards. Il-krematorji elettroniċi huma wkoll preferuti, peress li jnaqqsu l-carbon footprint u jistgħu jiġu kkumpensati b'RES installati fuq il-post. L-iżviluppi tal-krematorji għandhom isegwu r-rekwiżiti legali tas-saħħa, gwida u standards li jiżguraw il-kwalità, is-sigurtà u l-valur tal-operazzjonijiet tal- krematorji kif stabbilit legalment mill-Ministeru għas-Saħħa u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika permezz tal-Att dwar il- Kremazzjoni u l-Istandards Operazzjonali tas-Saħħa. F'każ ta' waqfien tal-użu bħala krematorju, il-bidla tal-użu għal użu ieħor tal-art hija strettament ipprojbita sakemm ma tinvolvix ir-riabilitazzjoni tas-sit għall-istat naturali tiegħu. Il-policy ta' reviżjoni proposta tista' titniżżel mis-sit onlajn tal- Awtorità tal-Ippjanar www.pa.org. mt/consultation L-Awtorità tistieden individwi u organizzazzjonijiet biex jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom relatati ma' din ir-reviżjoni. Ir-rappreżentazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub lil: Awtorità tal-Ippjanar Reviżjoni tal-Policy għaċ- Ċimiterji u Gwida tad-Disinn (2015) St Francis Ravelin Floriana, FRN1230 jew permezz tal-indirizz elettroniku: cemeteries.policy@ pa.org.m Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2023. L-awtorità tal-ippjanar tippublika proposta ta' linji gwida għal disinn ta' krematorji

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023