Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an l-Editorjal qatt ma għo- modha wisq fejn jirrigwarda l-kuntratt tal-VGH, anzi jekk wieħed jara l-madwar ħames jew sitt editorjali li nkitbu dwar is- suġġett il-messaġġ dejjem kien wieħed u ċar, inkluż il-Ħadd li għadda u allura li dan il-kuntratt huwa oxxen u kif konna sejjaħnilu f 'editorjal minnhom "serqa legalizzata". Iżda dan kollu nafuh issa u apparti li nafuh hemm sentenza tal-Qorti li qed tikkonferma dan. Timbru deċiżiv li għandu jara lil dan il-kuntratt jingħata l-aħħar daqqa, kif jixraqlu. Imma lilhinn minn dan, issa hemm bżonn inħarsu wkoll lejn il-futur. X'se jiġri minn dawn il-proprjetajiet biex is-sentenza tal-Qorti mogħtija ġimgħa ilu verament tħalli l-frott meħtieġ? Kif se nagħmlu tajjeb għal ħin mitluf u l-flus kollha li marru għal dan il-kuntratt frawdolenti ladarba l-isptarijiet jerġgħu jiġu f 'idejn il-poplu? L-Għawdxin jixraqilhom sptar ta' kwalità u tal-ogħla livelli, sptar li jkun xhieda ta' progress fil-mediċina, progress infrastrutturali u li kemm jista' jkun, f 'kemm jista' jkun sferi jaqdi lill- Għawdxin f 'Għawdex, hekk kif fil-fatt l-Isptar li Steward se jkunu qed jiġġieledu għalih huwa l-unika wieħed f 'din il-gżira. Għalhekk il-Gvern u speċifikament il- Ministeru tas-Saħħa għandhom jaqbdu t-tragwardi li l-VGH u Steward għamlu "farsa minnhom" - fi kliem il-Qorti - u jaraw li jintlaħqu, kemm mil-lat ta' titjib, żieda fis-sodod u anke s-sodod marbutin mat-turiżmu ta' kwalità marbut mas-saħħa. Il-Gvern għandu jiffinanzja l-proġett hu u jiggarantixxi li t-tragwardi jintlaħqu u x-xogħol ikun lest fi żmien stipulat. Il-Gvern għandu jara li fis-snin li ġejjin il-ħafna wegħdi li saru mal- poplu Għawdxi jitwettqu. Hekk sewwa u xieraq. Imbagħad hemm l-Isptar San Luqa u miegħu Karin Grech. Art kbira ħafna - speċjalment meta tieħu in kunsiderazzjoni n-nuqqas ta' art fuq pajjżna - u proprjetà tal-poplu li qed titħalla taqa' biċċiet. Jekk qatt kien hemm monument ħaj ta' dan il-kuntratt oxxen huwa proprju dan. L-Isptar San Luqa huwa teżor b'potenzjal u l-Gvern għandu jara illi malli dan jerġa' jiġi f 'idejh jwettaq proġett li jkun flagship fil- qasam tas-saħħa, ikun medalja fuq sider il-pajjiż hekk kif post li qed jaqa' biċċiet jingħata l-ħajja u l-preġju li jistħoqqlu u jirrealizza l-potenzjal enormi li għandu l-istess post. L-idea ta' Sptar ta' rijabilitazzjoni stat- of-the-art kienet tajba ferm u l-Gvern jista' jaħdem fuqha. L-importanti iżda mhijiex in-natura jew il-kobor li bihom isiru dawn il- proġetti, imma l-ħsieb warajhom. Huwa ċar li wara l-kuntratt tal-VGH/Steward kien hemm ħsieb wieħed: Serq. Il-ħsieb wara dawn il-proġetti għandu jkun tnejn. L-ewwel, li dak kollu li jsir ikun fl- interess tal-poplu u kull sold li jintefaq - għax huwa tal-poplu - jintefaq b'għaqal, b'kontabilità, b'rispett, dixxiplina u finalment b'ħarsa lejn ir-riżultati. Din hija proprjetà tal-poplu u allura ma hemmx spazju għal dilettantiżmu, laxkezza jew inkella gabrijoli biex igawdi l-ħalliel. Il-ħsieb għandu jkun wieħed: Il-poplu. U t-tieni l-ħsieb wara dan il-proġett għandu jkun l-apoloġija minnha nnifisha tal-Gvern ta' Robert Abela. Filwaqt li "sorry" tista' tiġi apprezzata, dan l-editorjal jemmen li bis-sorry ma nkunu solvejna xejn! L-akbar apoloġija u l-aktar apoloġija ġenwina li jista' jagħti Robert Abela huwa li jagħti dawn l-assi lura lill-poplu ħafna aħjar milli sabhom. Ikun wiret sptarijiet f 'idejn il-barrani - f 'dan il-każ frawdolenti - imma ta lura sptarijiet lill-poplu, li jixirqu lill-poplu. U dan għandu jsir mingħajr titubar u mingħajr dubju u mistoqsijiet. Imma bi trasparenza u b'rispett sħiħ. Il-poplu mhux ċuċ. Jaf li kien hemm il-ħażin f 'dan il-kuntratt. Anke l-akbar laburisti jafu dan, għax ħadd ma hu ġaħan u ċuċ. Ħadd! Nappellaw għalhekk għall-għaqal u r-rispett biex dak li intilef neħduh lura u neħduh lura bil-kbir b'rispett l-ewwel u qabel kollox, lejn il- pajjiż u l-poplu u t-tieni lejn il-laburist leali li dejjem baqa' leali lejn il-Partit Laburista. Hekk sewwa u xieraq, tassew! It-tliet sptarijiet: it-triq 'il quddiem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023