Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 għall-PN... Imma għal kemm se jdum? Verament, li l-VGH kienet it providenza għall-PN. Aktar minn hekk iżda din is- sentenza tat impetu qawwi lil Adrian Delia li fetaħ u baqa' jagħmel din il-kawża tiegħu. Għal Delia kienet rebħa u naturalment Grech ma setax ma jqiegħedx u ma jindirizzax lill- attivisti b'Delia maġenbu. Dan ta it sens ta' tama li l-partit jista' jingħaqad jew inkella jibda jbiddel il-perċezzjoni li għamiltlu tant ħsara, jiġifieri illi huwa partit maqsum, f 'fazzjonijiet differenti - perċezzjoni li ssaħħet ħafna bil-gwerra interna kontra Adrian Delia fl-2020. Imma għal kemm? Imma issa ejja nagħtu kuntest ta' dak li qed jiġri biex nipprovaw nanalizzaw aktar jekk din il- kwistjoni hijiex waħda li se tħalli vantaġġ politiku għat-tul. Il-PN jiżbalja jekk jissottovaluta s-saħħa tal-Partit Laburista anke wara episodji u avvenimenti li kienu bil-wisq akbar minn dik tal-VGH. Fl-2019 il-PL fil-fatt iffaċċja waħda mill-eqqel kriżijiet fl-aħħar snin li rat lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri jirriżenjaw taħt dellijiet u mistoqsijiet serji marbutin ma' Yorgen Fenech u l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dawn l-avvenimenti li wasslu għall- protesti kbar u tensjoni politika qawwija fil-pajjiż ġew biss it xhur wara li l-Labour kien rebaħ l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'42,000 vot. Analisti politiċi, membri tal-midja u dawk li segwew l-avvenimenti politiċi tal-2019 mill-qrib (barra l-Parlament u barra Kastilja l-aktar) kienu qed jaraw, ibassru jew jaqraw il-mument bħala dak li se jara l-eġemonija Laburista tinfired, tixxaqqaq u lil-Labour jibda jitlef mis-saħħa tiegħu speċjalment fost il-floaters u dawk li fl-2013 ivvutaw Labour għall-ewwel darba. Jekk dan ġarax jew le diffiċli wieħed jgħidu - li huwa żgur hu li jekk il-Labour tilef minn fost dawn is-setturi ta' votanti, sa sentejn wara għamel tajjeb għalihom permezz ta' votanti oħrajn u żied magħhom ukoll biex sentejn wara din il-kriżi politika rebaħ bi kważi 40,000 vot. 'X'ġara? Kif jista' jkun?' Kien hemm min staqsa. Ir-risposti huma analiżi għalihom, iżda jidher ċar illi minkejja l-kriżi, ir-riżenja ta' Muscat u anke assassinju ta' ġurnalista, ħames snin qabel, il-maġġoranza tal- poplu ħass li quddiem realtà ta' sfida, bħal gwerra jew inkella pandemija l-Labour huwa garanzija ħafna aħjar ta' stabilità, għaqal bil-flus u garanzija li n-negozji jibqgħu fil-wiċċ. L-istess kif rajna riċentement fuq il-kwistjoni tas-sussidji għall- kontijiet tad-dawl, fejn mill-ġdid il-Gvern daħal għan-nies u qed jagħmel tajjeb għaż-żieda. Fl-2022 l-ekonomija qabdet rittmu b'saħħtu ħafna, it-turiżmu reġa' riesaq lejn iċ-ċifri tal-2019 (sena rekord) u l-kejk ekonomiku kiber b'7% meta mqabbel mal- 2021. Il-konsum kiber b'10%, l-importazzjoni b'9.7% u l-esportazzjoni żdiedet b'6.4%. X'għandu x'jaqsam mal-VGH? Ma għandux bħala kontenut, imma għandu bħala effett politiku. Il-korruzzjoni - perċeputa jew reali - tħalli l-akbar effett meta l-poplu in ġenerali jħoss l-għafsa fil-but, speċjalment jekk ikun il- Gvern stess li joħloq l-ispejjeż (Government induced Costs) u it li xejn meta l-ekonomija qed terġa' tingrana għal-livelli ta' qabel il-pandemija. Il-PN għalhekk jeħtieġ juża dan l-eżempju bl-istess ħeġġa biex jirrifletti s-sentiment tal-poplu fuq kwistjonijiet oħrajn, fosthom is-sigurtà, il-popolazzjoni, l-ambjent u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Kwistjonijiet li qed jinkwetaw lill-Maltin. Erba' snin... Minn issa sal-elezzjoni ġenerali hemm erba' snin. Jekk il-PM Robert Abela jimbarka fuq proġetti li jitrattaw it-tliet sptarijiet in kwistjoni - kif indika li se jagħmel u kif fil-fatt tkun l-aħjar strateġija politika għalih - se jkollu madwar erba' snin li matulhom jista' jibda l-bidla mwiegħda fuq dawn il- proprjetajiet. Filwaqt li l-PN u Adrian Delia jkunu jistgħu jieħdu xi forma ta' ownership ta' proġett bħal dan, propju minħabba l-kawża u minkejja li l-PN jista' jkun li jgħid illi proġett (lest!) li jitratta dawn it-tliet sptarijiet hija rebħa oħra morali tiegħu, jekk sal-elezzjoni Abela se jkollu x'juri u se jkollu l-konkret x'juri - speċjalment fl-Isptar ta' Għawdex - se jkollu vantaġġ doppju: Ikun inqata' mil-legat ta' Muscat/VGH u jkun dawwar il-mument ħażin ta' bħalissa favurih (Ara paġni 8 u 9). Fuq din il-PN it għandu poter li jbiddel l-affarijiet. Delia jitfa' lil Grech fid-dell tiegħu U finalment, minkejja l-ewforija ta' bħalissa, jibqa' fatt li din ir-rebħa morali - abbinata primarjament ma' Adrian Delia - fil-futur qrib se titfa' aktar lil Grech taħt id-dell tal- mistoqsijiet. Il-ħsieb jista' jkun li l-Kap li ġie skreditat u mkeċċi għax kien qed imur ħażin fis-sondaġġi, rebaħ kawża importanti li tat impetu lill-partit. Imma l-Kap li tela' biex isalva lill-PN minn ħalq telfa rekord, fil-fatt sofra minn telfa rekord u qatt ma rebaħ kawża li enerġizzat lill-PN bħal jew daqs ma għamel Delia. In-narrattiva tal-PN hija "l-għaqda" u din hija importanti ħafna għal dan il-partit. Pero' wieħed irid jara x'inhu l-effett tal-fatt li donnu l-PN - anke min tant riedu barra - issa qed ikanta l-innijiet lil Delia. Jista' jkun li jissaħħaħ is-sens nostalġiku lejn Delia, l-idea li "ma messniex neħħejnieh" jew "aħjar ħallejna lilu Kap" - li żgur u mhux forsi ma tgħinx lil Grech ladarba l-ewforija politika li qajjem dan il-każ tibda tbatti. Allura se jkollu effett politiku fit-tul dan il-każ? Żgur li fil-mument qed juri li l-PN għadu forza b'saħħitha li kapaċi ġġib bidliet mill- Oppożizzjoni. Iżda l-VGH waħedha mhux se tagħmel mirakli jew iddawwar fortuni politiċi li ilhom iġġamjati 14-il sena. Jistgħu iżda jservu ta' kumpass u allura ta' kif il-PN jista' jitratta kwistjoni b'suċċess li jakkwistalu l-appoġġ li tant jeħtieġ. analiżi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023