Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 Deċiżjoni li ma ssirx kritika lejn Muscat hekk kif il-Gvern jaf ikollu jistenna xhur biex jieħu l-isptarijiet lura Konrad Mizzi bla reazzjoni Il-Gvern ikollu jistenna ġimgħat jekk mhux xhur qabel ma jieħu l-isptarijiet f 'idejh. Dan hekk kif huwa ċar li Steward Heathcare mistennija tappella d-deċiżjoni tal-Qorti li kienet mill-aktar skjaċċanti fil-konfront tagħha u li saħansitra akkużat lill-Kumpanija li kienet mogħtija konċessjoni ta' tliet sptarijiet bi frodi u anke gideb. Il-Qorti sostniet li l-imġieba tal-kumpanija kienet frawdolenti meta - skont il-Qorti - innegozjat sabiex tara illi titħallas €100 mijun jekk jitwaqqa' il- kuntratt - anke jekk ma tonorax it-tragwardi tal-kuntratt, kif fil- fatt ġara. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM sostnew li hemm tħassib u anke inkwiet fiċ-ċrieki tal- Gvern li s-sitwazzjoni se tibqa' ttul fil-Qrati u fl-istess waqt il-Gvern huwa obbligat li jibqa' jħallas lil Steward Healthcare sabiex ma jkunx qed jikser il-kuntratt u jwassal għal talba minn Steward sabiex tingħata l-€100 miljun imsemmija fil-kuntratt. Dan apparti li jekk il-Gvern iwaqqaf dan il-ħlas, il-kumpanija twaqqaf il-ħlas tal-pagi lill-ħaddiema, qalulna s-sorsi. Għalhekk il-Gvern - kif fil-fatt diġà ħabbar - se jkun qed jitlob li dan il-każ jinstema' b'urġenza. Dan apparti li l-Gvern jidher illi se jkun qed iħabbar proġett marbut ma' dawn l-isptarijiet, speċjalment f 'dak ta' San Luqa li prattikament hemm partijiet minnu li qed jaqgħu biċċiet. Għalhekk l-appell li mistennijin iressqu Steward huwa mium li se jkompli jiggrava s-sitwazzjoni. Intant, l-istess sorsi sostnew li internament fil-Gvern hemm rabja għal Joseph Muscat, minħabba mod kif sar dan il- ehim, "imma minħabba l-biża' li Muscat għad għandu popolarità ma segwaċi tal-Labour, hemm deċiżjoni li Muscat ma jiġix kkritikat." Muscat sostna f 'reazzjoni għal dan il-kuntratt li l-akkużi ta' frodi fis-sentenza kienu fil-konfront ta' Steward Healthcare u mhux fil-konfront tiegħu jew il-Gvern li kien immexxi minnu. "Barra minn hekk ma hemmx referenza għall-korruzzjoni," żied Muscat. Huwa qal li l-fatt li l-konċessjoni tal-isptarijiet ġiet diskussa u ttieħdu deċiżjonijiet dwarha numru ta' drabi fil-Kabinett, mhux xi ħaġa ġdida, "fil-fatt dan huwa inkluż tabella li tinsab fir- Rapport tal-Awditur Ġenerali u li l-Qorti għamlet tagħha." Huwa sostna li l-Kabinett minn dejjem għandu sistema stabbilita ta' skrutinju legali tad- deċiżjonijiet li jittieħdu. "Jiena personalment nissemma fis-sentenza darbtejn. L-ewwel fejn jingħata rendikont tax- xhieda tiegħi, li dwarha l-Imħallef ma sabx kummenti kuntrarji x'jagħmel. It-tieni fejn l-Imħallef jikkwota parti minn din ix-xhieda fejn għidt li l-konċessjonarji ma kienux wettqu dak kollu mistenni minnhom," żied jgħid Muscat. Fl-aħħar huwa qal li r-raġuni għaliex l-Imħallef ħassar il- konċessjoni "kienet biss li fil- fehma tiegħu, il-konċessjonarji ma wettqux dak mistenni minnhom." Tenna wkoll li jilqa' kull tip ta' skrutinju ulterjuri li jista' jkun hemm wara dak li sar mill- Awditur Ġenerali u mill-Qorti. Minkejja li normalment u kull meta saru akkużi fil-konfront tiegħu l-eks Ministru Mizzi dejjem kien jirreaġixxi, jidher li wara sentenza tal-Qorti li semmeiet lill-istess eks Ministru diversi drabi u li tefgħet diversi dubji fuq il-kuntratt tal- VGH li mexxa hu u li kien iddikjarat null, frawdolenti u magħmul b'gideb - Mizzi għażel li jibqa' fi skiet totali. Mizzi fil-fatt għadu ma qal assolutament xejn u ma rreaġixxa b'ebda mod dwar dak li ntqal fis-sentenza u l-kritika bla waqfien li qala' kemm il-kuntratt mal-VGH kif ukoll l-mod kif hu baqa' jestendi l-perjodu għat-tragwardi minkejja li l-VGH u anke Steward wettqu it li xejn minn dak mihiem, anke jekk kienu qed jirċievu madwar €190,000 kuljum. X'qalet is-sentenza dwar Konrad Mizzi? Konrad Mizzi: Mhux Ministru imma l-proġett tal-VGH baqa' f 'idejh! Konrad Mizzi, eks Ministru għall- Enerġija, Saħħa u anke Turiżmu - u politiku b'karriera qasira u kontroversjali - naturalment ukoll kien ċentrali f 'kontrversji marbutin mal-kumpanija tiegħu fil-Panama - naturalment issemma' diversi drabi fis-sentenza tal-Qorti. Il-Qorti qajmet diversi mistoqsijiet, fosthom kif Mizzi - minkejja li ma baqax Ministru tas-Saħħa u minkejja li minfloku kien hemm Chris Fearne, ir-responsabilità tal-proġett tal-Vitals baqa' f 'idejh. Il-Qorti tispjega wkoll kif Mizzi għażel li ma jixhidx hekk kif ħarġu numru ta' fatti u ma offra ebda spjegazzjoni għall-fatt li hu ħa d-deċiżjoni li jibqa' jestendi l-miri li magħhom kellhom ilaħħqu l-VGH u Steward. "Konrad Mizzi... minkejja li ma kienx għadu Ministru tas-Saħħa, għal raġunijiet burokratiċi u oħrajn li ċertament ma għandhom ebda loġika u trasparenza u ħadd ma ta spjegazzjoni loġika għaliha, huwa kien għadu firmatarju għall-Gvern mas-soċjetajiet Vitals. Huwa ikkonċeda lis-soċjetajiet Vitals tlett snin oħra awtomatikament," tfakkar il-Qorti fir- rigward tal-estensjoni li ta l-istess Mizzi. L-Imħallef Depasquale jisħaq illi d-dubji u l-mistoqsijiet li għandha l-Qorti kellhom jitqajjmu wkoll minn dawk li suppost qed iħarsu l-interessi tal-Gvern, "u dan jinkludi wkoll lil Konrad Mizzi, kemm sa meta kien Ministru tal-Enerġija, Saħħa u Progetti meta ġew iffirmati l-ehim oriġinali, u aktar u aktar meta, minkejja li ma kienx għadu Ministru tas-Saħħa, iffirma varji ehimi oħrajn li emendaw l-ehim oriġinali." Huwa qal li Mizzi konxjament kien hu li "naqqas id-drittijiet tal-Gvern" f 'dan il-ehim. Fil-fatt huwa jgħid illi dak li għamel ċertament ma kienx ta' benefiċċju għall-Gvern u ċ-ċittadin imma għal benefiċċju tal-VGH.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023