Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494131

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 'Hemm bżonn regolamentazzjoni ċara fi proġetti bi sħubija mal-privat' - ADPD Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% Na onal Funds PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES IN MALTA A CONFERENCE BY THE ENERGY & WATER AGENCY TOGETHER WITH THE GLOBAL WATER PARTNERSHIP (MEDITERRANEAN) ON JOIN US FOR THE LAUNCH OF THE 4TH PHASE OF THE ALTERAQUA PROGRAM! THIS YEAR'S FOCUS IS ON PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES (NCWR), WITH A PARTICULAR EMPHASIS ON RAINWATER HARVESTING APPLICATIONS. NCWR IS AN INCREASINGLY CRITICAL TOPIC AS THE MALTESE ISLANDS SEEK TO ADAPT TO CLIMATE CHANGE AND IMPROVE WATER EFFICIENCY. THE CONFERENCE WILL BRING TOGETHER FOREIGN AND LOCAL EXPERTS WHO WILL SHARE THEIR BEST PRACTICES AND FRAMEWORKS FOR INTEGRATING NCWR INTO INTEGRATED WATER RESOURCES MANAGEMENT (IWRM) PLANNING. FOLLOWING EACH SESSION, WE WILL HOLD A PANEL DISCUSSION TO ENCOURAGE STAKEHOLDERS TO CONTRIBUTE THEIR IDEAS AND OPINIONS AND GAIN A DEEPER UNDERSTANDING OF THE TOPIC. REGISTER BY SENDING AN EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT OR CALL US AT +356 27772777 WED 15TH MARCH 2023, 9:00 TILL 16:30 AT ESPLORA Il-Birgu Cittá Vittoriosa Bormla Cittá Cospicua L'isla Cittá Invicta Il-Kalkara Investigazzjonijiet mill-Pulizija b'rabta ma' allegat traffikar ta' droga wasslu għall-arrest ta' raġel ta' 41 sena minn Birkirkara. Wara osservazzjoni fuq garaxx fil-Marsa, li fih allegatament kienet qiegħda tkun ittraffikata ddroga, ilbieraħ wara nofsinhar, il-Pulizija nnutaw l-allegat suspettat jidħol fil-garaxx u wara it ħin deher joħroġ u jirkeb ġo vettura. Kien hawn li huwa ġie ċċirkondat u arrestat. Minn tfittxijiet li saru fuqu u fil- vettura, il-Pulizija elevat numru ta' qratas b'sustanza suspettata droga kokaina. Minn aktar tfittxijiet li saru fil-garaxx instabet aktar droga suspettata kokaina u ammont konsiderevoli suspettata ħaxixa tal-kannabis, kif ukoll mwieżen diġitali u diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Arrestat bi traffikar ta' droga wara osservazzjoni mill- Pulizija "Il-mod li bih ġew implimentati uħud mill-proġetti ta' sħubija mal-privat sal-lum serva biex jitnisslu dubji serji dwar frodi u korruzzjoni. Għalhekk hemm bżonn regolamentazzjoni ċara u applikazzjoni konsistenti tar-regoli biex tkun assigurata governanza tajba f 'proġetti ta' dan it-tip." Hekk insista ċ-Chairperson ta' ADPD - e Green Party, Carmel Cacopardo meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet mad- Deputat Chairperson Sandra Gauci dwar l-eżitu mill-kawża tal-konċessjoni tal-Gvern dwar l-isptarijiet pubbliċi. Id-Deputat Chairperson ta' ADPD - e Green Party Sandra Gauci qalet li jekk kien hemm każ ċar ta' fejn il-ħmar qiegħed jipprova jwaħħal f 'denbu kien l-eżitu mill- kawża tal-konċessjoni tal-isptarijiet u sostniet illi filwaqt li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li kien il-Kabinett li iddeċieda, l-eks Ministru Evarist Bartolo qal li l-Kabinett "tħalla fil-għama." Għalhekk sostniet li l-eks PM Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Chris Cardona u Keith Schembri "għandhom jiġu eżaminati bir- reqqa." Gauci irreferiet għar-rapport fil-media lokali xi xhur ilu li kien juri li saru pagamenti sostanzjali lil Joseph Muscat minn kumpanija barranija viċin ta' Steward Health Care. Hija qalet li l-ispjegazzjoni li ngħatat li din kienet frott ta' konsulenza wara li hu spiċċa mill- kariga ta' Prim Ministru mhix waħda kredibbli. "Pagamenti ta' din ix-xorta għandhom ikunu investigati bir-reqqa għax jistgħu jitfgħu dawl sostanzjali fuq dak li verament għaddej," kompliet tisħaq Gauci. Hija appellat biex kemm l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà jagħmlu xogħolhom u jieħdu azzjoni fejn huwa ċar li hemm min għandu l-interessi ta' butu l-ewwel qabel dawk tal-pajjiż. B'dak li ħareġ mill-qrati tagħna l-ġimgħa l-oħra għandhom iktar minn biżżejjed informazzjoni biex jieħdu l-azzjoni neċessarja. X'qegħdin jistennew?" staqsiet Gauci. Intant Cacopardo qal li dan il-ehim kien każ klassiku ta' governanza ħażina, frodi u suspetti fondati ta' korruzzjoni u fakkar fil- konklużjonijiet ta' żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali fl-2020 u l-2021. Huwa fakkar li l-Awditur Ġenerali kien saħansitra żvela kif qabel ma ħarġet is-sejħa għal proposti dwar il-konċessjoni, il-Vitals Global Healthcare diġa kellhom lesta garanzija bankarja datata qabel ma biss ġiet ippubblikata is-sejħa. "Din hija evidenza mill-iktar ċara ta' ehim minn qabel u bil-moħbi ma din il-kumpanija. L-Awditur Ġenerali ma kienx qagħad jogħmodha meta qal li l-Vitals Global Healthcare misshom lanqas biss ġew ikkunsidrati u kellhom ikunu skwalifikati u s-sottomissjonijiet tagħhom injorati." Cacopardo qal li filwaqt li hemm dan kollu wieħed ma jistax jinjora l-prinċipji fundamentali u jistaqsi jekk dawn it-tip ta' konċessjonijiet ta' sħubija bejn il-privat u l-Gvern jagħmlux sens f 'qasam sensittiv bħalma huwa dak tas-saħħa. "Kellna diversi proġetti b'tisħib simili mal-privat li dwarhom tqajmu suspetti fondati ta' frodi u korruzzjoni: Apparti dan il-każ tal-isptarijiet hemm dak tal-Power Station ta' Delimara u r-residenza ta' San Vinċenz de Paul f 'Ħal Luqa li dwarhom ukoll hemm rapporti voluminużi bl-investigazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali." Cacopardo sostna li dan huwa mudell ekonomiku tħaddem b'mod abbużiv u b'użu tas-settur privat bħala paraventu. "Jekk irridu li s-settur privat jissieħeb u jikkontribbwixxi b'mod validu fi proġetti pubbliċi hemm bżonn li jkun hemm regolamentazzjoni ċara ta' dawn it-tip ta'proġetti u applikazzjoni konsistenti tar-regoli biex tkun assigurata governanza tajba tul il- proċess kollu," temm jgħid Carmel Cacopardo.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023