Illum latest edition

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494703

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 kultura illum • IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 l-mużika ta' Paolo Nani fil-festa Valletta Fili David tas-surmast Paolo Nani. Din l-antifona ġġib id-data tal-31 ta' Lulju 1858 u interessanti hu l-fatt li s-surmast Nani addatta t-test ta' din l-antifona fuq il- mużika li hu kien ikkompona għall-antifona Iste Sanctus, li l-manuskritt tagħha jinsab fl- arkivju tal-katidral tal-Imdina. Din l-antifona hi miktuba għal kor ta' tliet vuċijiet maskili u orkestra u hi maqsuma f 'erba' taqsimiet, bl-ewwel u t-tielet kważi identiċi, għajr għall-mod ta' kif kull waħda tiżviluppa b'rabta mat-taqsima li jkun imiss. Il- kjavi oriġinali, jiġifieri t-tonalità prinċipali tal-kompożizzjoni, hi dik tas-Si bemoll maġġuri. Madankollu, fit-tieni nofs tal-ewwel taqsima hemm modulazzjoni għat-tonalità tal- Fa maġġuri, li tibqa' hekk sa tmiem it-tieni taqsima. Din it- tieni taqsima hi kkaraterizzata b'melodija ħelwa li b'dinamika baxxa tindaqq fuq il-vjolini u l-istrumenti tan-nifs b'ritmu kontinwu ta' żewġ noti b'valur inugwali (dotted rhythm) u li matulha hemm il-kant tal-kor b'sensiela ta' frażijiet ċkejknin. It- temp ta' din l-antifona hu wieħed allegruż, għalkemm jonqos it fit-tieni taqsima u jiżdied ħafna fl-għeluq tassew festiv tagħha. Il-karriera mużikali tas- surmast Paolo Nani taf il-bidu tagħha f 'Lulju tal-1839 propju fil-Knisja tal-Madonna tal- Karmnu fil-Belt Valletta. Jidher li l-mużika li ppreżenta s-Surmast Nani intogħġbot it mhux ħażin, tant li mis-sena ta' wara beda it it jiġi mistieden minn diversi knejjes oħra madwar Malta u anke f 'Għawdex biex jieħu ħsieb il-mużika tal-festi tagħhom. L-istil ta' mużika li s-surmast Paolo Nani kien jipprovdi fil-knejjes Maltin kien dak li ġie mħarreġ fuqu meta kien f 'Napli, jiġifieri operistiku Taljan – stil li f 'dak iż-żmien kien qajjem kontroversji kbar. Wara Paolo insibu wkoll li kompla fuq il-passi tiegħu ibnu Antonio, u eventwalment anke iben Antonio, Paul, li ddeċieda li jirregala l-manuskritti li llum insibu fl-arkivju tal-kunvent. Interessanti wkoll ir- relazzjoni sabiħa li kien hemm bejn is-surmastrijiet Nani u r-reliġjużi Karmelitani, tant li xi kompożizzjonijiet minn tagħhom huma ddedikati lil xi reliġjuż jew ieħor. Min hu Maestro Paolo Nani? L-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp hija t-tieni konfraternità li twaqqfet fil-Knisja tal-Karmnu tal- Belt. Din twaqqfet fl-1632. Din il-konfraternità sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha bdiet tagħmel b'solennità l-iżjed kbira l-festa tal- Patrun tagħha San Ġużepp. L-istatwa ta' San Ġużepp tnaqqxet fl-injam minn Mastru Nazju Portelli. D in qamet 60 skud u tlestiet fis-sena 1694. Sena wara ġiet sgraffita mill-induratur Mastru Marozz Bramon. L-istatwa saret mill-ġbir u fost il-benefatturi nsibu xi kavallieri u l-Ballija Gori. L-istatwa ta' San Ġużepp hija tassew sabiħa. F'idu x-xellugija jidher l-asluġ bil-ġilju u b'idu l-leminija qiegħed iżomm minn idu lit-tfajjel Ġesù. It-tnejn huma f 'qagħda li donnhom mixjin u f 'wiċċ San Ġużepp tinqara l-kuntentizza. Il-libsa mxammra bil-kmiem u minn qaddu n-naħa tax-xellug, tagħtih ix-xeħta ta' veru ħaddiem u l-vini mqabbżin f 'idejh, juru l-ebusija tax-xogħol. Il-Bambin jidher ta' xi disa' snin liebes libsa li tinżillu it iktar minn irkubbtejh, xuxtu maħlula, u b'idu x-xellugija qiegħed jaqbad id il-leminija tal-missier putattiv tiegħu, waqt li f 'wiċċu tinqara l-fiduċja sħiħa tal-protezzjoni ta' San Ġużepp. Qabel l-istatwa preżenti, l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp, kellha statwa oħra. Din l-istatwa, fis-sena 1700, kienet ingħatat lill- Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tar-Rabat, tal-Imdina. L-Arċikonfraternità u l-vara ta' San Ġużepp fil- Belt Valletta Mill-Ħamis 16 ta' Marzu sas-Sibt 18 ta' Marzu: Jiem ta' Tridu. Fis-6:30pm Quddiesa kantata. Jippriedka r-Rev. Kan. Ivan Aquilina. Wara l-Quddiesa tingħad il-kurunella u jsir il- kant tal-innu, l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Is-Sibt 18 ta' Marzu: Lejliet is- Solennità ta' San Ġużepp. Fis- 6:00pm jibda l-kant tal-Ewwel Għasar Solenni tas-Solennità ta' San Ġużepp u wara ssir l-investitura tal-fratelli l-ġodda fuq l-artal ta' San Ġużepp. Fis- 6:30pm tibda Tranżlazzjoni Solenni tar-relikwa u wara tkompli Quddiesa Solenni tal-aħħar jum tat-tridu. Wara l-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Ġużeppina, kant tat-Te Deum u tingħata l-Barka sagramentali. Il-Ħadd 19 ta' Marzu: Jum is-Solennità ta' San Ġużepp. Fid-9.30am tibda Quddiesa Solenni tal-Festa ta' San Ġużepp immexxija mill-Provinċjal tal- Karmelitani u l-paniġierku mir- Rev. Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tas-Santwarju Bażilika tax-Xagħra. Fil-11.00am tibda l-purċissjoni Solenni bl-istatwa artistika u devota ta' San Ġużepp akkumpanjata mill- Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei ta' Marsaxlokk. Tanima ċ-ċelebrazzonijiet kollha tal-festa il-Cappella Musicale Caeciliana, bil-kor u l-orkestra jkunu taħt id- direzzjoni ta' Mro. Abraham D'Amato. Il-Programm tal-festa ta' San Ġużepp

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 12 March 2023