Illum previous editions

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495213

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum 'Jekk kuntrattur jiżbalja, l-liċenzja tiġi sospiża. Hemm bżonn ta' dixxiplina' ANTHEA CACHIA "Il-liċenzjar tal-kuntratturi se jdaħħal sens ta' dixxiplina għax jekk wieħed jonqos din tista' tiġi revokata, bħal meta jkollok liċenzja tal-karozza." Hekk qal il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi fil-programm Mill-Kamra. Dan qalu fid-dawl tal-fatt illi din il-ġimgħa ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar Avviż Legali, li se joffri qafas għal-Liċenzjar tal-Kuntratturi. Dan bil-għan li ssir distinzjoni ċara bejn kuntratturi serji u responsabbli fil-mod kif jaħdmu u dawk li jaħdmu mingħajr taħriġ, b'nuqqas ta' responsabbiltà u li jistgħu jipperikolaw ħajjet il-ħaddiema tal-kostruzzjoni u persuni li jgħixu qrib is-siti. Zrinzo Azzopardi qal illi hemm bżonn li jkun hemm standards għola, kemm fejn għandhom x'jaqsmu l-kuntratturi kif ukoll kif isir il-kostruzzjoni u l-fatt illi dawn il-liċenzji jistgħu jiġu revokati, skont il-gravità tas-sitwazzjoni, "iddaħħal sens ta' dixxiplina. Fil-fehma tiegħi għandna bżonn." X'se jinbidel ? Iċ-ċajta li xi krejn se jieħu post il-George Cross fuq il- bandiera Maltija, għalkemm hija umoristikà, mhux qed tmur wisq 'il bogħod mill-verita, li l-krejn kważi sar simbolu Malti. Minkejja li hemm ħafna li joġubhom bini moderni, à la Hadid, il-kostruzzjoni tista' tkun problematika jekk ma tkunx regolata. "Jiena nifhem li hemm is- sentiment t'hemm barra dwar il-bżonn li ngħollu l-livell fil- kwalità ta' dan is-settur. Irridu nnaqsu l-impatti negattivi tax-xogħol li jista' jħalli fuq il- madwar filwaqt li nħarsu aktar lejn is-sigurtà tal-ħaddiema eċċ. Fl-aħħar minn l-aħħar irridu industrija aktar sigura u biex nagħmlu dan, hemm bżonn ta' aktar edukazzjoni, taħriġ u responsabilità," sostna Zrinzo Azzopardi. Waqt il-programm Zrinzo Azzopardi spjega li l-uniku liċenzjar li hemm bħalissa għal persuni fil-kostruzzjoni huwa dak tal-bennejja, li ilu fis-seħħ mis-seklu 19. Naturalment pajjiżna inbidel ħafna infrastrutturalment, l-isess fejn għandu x'jaqsam id-domanda għal tipi ta' bini differenti. "Għalkemm il-kostruzzjoni hija attività mifruxa ħafna, għal ħafna snin qatt ma kien hawn liċenzji tal-kuntratturi. Minkejja l-evoluzzjoni li kellna f 'dan is-settur, qatt ma nħarġet regolamentazzjoni biex jinħarġu liċenzji għall-kuntratturi," qal il-Ministru. Għaldaqstant qiegħed jiġi propost li jkun hemm tliet tipi ta' liċenzji: • Liċenzja għal bennejja; • Liċenzja għal kuntratturi li se jwaqqgħu xi bini u • Liċenzja għal kuntrattur li se jagħmlu xi xogħol ta' skavar. Dawn jingħataw permezz ta' Avviż Legali, maħruġ mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Apparti minn hekk spjega illi l-Awtorità għandha tiġi ristrutturata u magħha jingħaqad il-Kumitat Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) li twaqqfet fl- 1997 meta ma kienx hemm l-BCA. Dan bil-għan li fih ilaqqa' l-istakeholders kollha u jevalwa l-proposti kollha li jitressqu mill-Gvern, awtorità jew mis-settur privat. Zrinzo Azzopardi ġie mistoqsi wkoll dwar dawn il-kuntratturi li issa qed joperaw mingħajr il- liċenzja u li minn dan ix-xogħol jaqilgħu l-ħobża biex tagħhom u jekk din hux se tkun mhedda bit-tibdil. Għal dan huwa wieġeb illi l-Gvern qiegħed ifassal il- proċess dwar kif l-infustrija tkompli taħdem filwaqt li tidħol fil-prattika l-regolamentazzjoni ġdida. Qal li huwa konxju li hawn ħafna persuni tas-sengħa illi xogħolhom hu ibbażat fuq l-esperjenza aktar minn taħriġ formali. "Però maż-żmien irridu naraw ukoll kif aktar persuni jkollhom taħriġ ukoll." Fil- fatt, ma eskludiex li fil-futur ikun hemm regoli aktar ċari dwar kwalifiċi u rekwiżiti għal- liċenzjar. Qal illi l-Gvern qed jara illi l-liċenzjar ma jwaqqafx il-ħidma ta' dawk li diġà qegħdin fis- settur u li mil-lum għal għada se jispiċċaw mingħajr impjieg. "Apparti minn hekk dawn il- liċenzji se jiċċaraw l-irwoli ta' dawn il-ħaddiema biex nifhmu r-responsabilità ta' kull persuna. Il-perit x'inhi r-responsabilità tiegħu? Il-project supervisor x'se jagħmel? L-awtorità kif se tiddixxplina aħjar", staqsa Zrinzo Azzopardi. analiżi Din il-ġimgħa ġiet imnedija l-konsultazzjoni dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi. Għaliex se ssir il-liċenzja? X'se jinbidel la dawn jidħlu fil-prattika? Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jwieġeb fil-programm Mill-kamra Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi AVIZZ B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fit-2 ta' Frar, 2023, Rikors numru 203/2023, minn Antida Lia fejn talbet li tiġi ddikjarata miftuħa favur Antida Lia, Maria Sammut, Jonathan Fenech, Emanuel Fenech u Edmond Fenech ulied id-decujus fi kwoti ndaqs bejniethom is-suċċessjoni ta' Teresa Fenech, armla minn Guzeppi Fenech, bint il-mejtin Guzeppi Agius u Maria Agius née Cuschieri, imwielda Ħal Qormi, Malta, kienet residenti l-Imsida, Malta, u mietet l-Imsida, Malta, fit-23 ta' Ottubru, 2022, ta' 84 sena, u li kellha karta tal-identità bin-numru 492038M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 24 ta' Frar, 2023 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali AVIZZ B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja, fit-3 ta' Novembru, 2022, Rikors numru 2215/2022, minn Caroline Azzopardi fejn talbet li tiġi ddikjarata miftuħa favur Caroline Azzopardi, Alistair Azzopardi u Nadine Borg ulied id-decujus fi kwoti ndaqs bejniethom is- suċċessjoni ta' Edwin Azzopardi, armel ta' Rita Azzopardi nèe Cutajar, bin il- mejtin Giuseppe Azzopardi u Rita Azzopardi nèe Schembri, imwieled il-Ħamrun, Malta, kien residenti Attard, Malta u miet Imsida, Malta fid-19 ta' April, 2022 ta' 70 sena u li kellu karta tal-identità bin-numru 0922351(M). Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja Illum 9 ta' Diċembru, 2022 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 March 2023