Illum previous editions

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495213

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 kultura Ir-randan... Żmien it-tradizzjoni CLIFFORD GALEA VELLA MASLENNIKOV Ir-Randan ta' dari, bil-festi tal- Ġimgħa l-Kbira, kien ħafna differenti minn dak ta' llum. Kien żmien għaziz u żmien qaddis, kollu drawwiet ġejjin mill-qedem. Illum baqa' biss is-sawm u għadd ta' tifkiriet tiegħu għal dawk li għadhom jiftakruhom. Għal xi wħud, minkejja li huma anzjani, ir-Randan għadu dak ta' dari u josservawh bħalma kien jobbliga l-preċett tal- imgħoddi. Ir-Randan kien jibda mill-Erbgħa tal-Irmied, l-għada li jintemm il-Karnival u jispiċċa nhar Sibt il-Għid f 'nofsinhar. Is-sawm kien obbligatorju għal dawk kollha li għalqu 18-il sena sa dawk li jkunu għalqu s-60 sena. Għal min ma jsumx, dan kien jitqies bħala d-dnub mejjet. Kull nhar ta' Ġimgha ħadd ma kien jiekol laħam u ħafna lanqas prodotti tal-ħalib. Is- sawm kien jibda minn filgħodu bil-kafè jew te u xi ħaġa żgħira miegħu. L-ikla ta' nofsinhar u ta' filgħaxija kienet tkun bil-qies u maċ-ċena ma kontx tista' tiekol aktar minn kwart ħobż. Illum, għalkemm is-sawm kif kien fl-antik spiċċa, baqa' biss l-obbligu nhar l-Erbgħa tal- Irmied u l-Ġimgħa l-Kbira. Il- knisja tistieden ukoll lin-nisrani jagħżel xi tip ta penitenza oħra u tħajjar ħafna il-prattika li nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa fi żmien ir-Randan jitħarsu s-sawn u l-astinenza. Bħal dari il-parroċċi għadhom jorganizzaw ukoll l-eżerċizzji għall-insara bħala gwida għall- ħajja nisranija: Fejn hemm in- nuqassijiet jitneħħew u nilbsu l-virtu' biex inħejju t-triq għal- Mulej. Wara li jintemmu l-jiem tal- bluha fi żmien il-Karnival, nibdew niċċelebraw mill-ewwel Ras ir-Randan. Aħna l-Maltin għandna qawl dwar Ras ir- Randan li jgħid: Min ma jsumx f 'Ras ir-Randan jikluh il-klieb. Kien hemm min tant kien jibża' li tul Ras ir-Randan kien hemm min ma kien jiekol ikel tal-ebda tip. Tul iz-zmien tar- Randan l-uniku kwalità ta ħelu li wieħed seta' jiekol kien dak magħruf bħala kwareżimal. Dan it-tip ta' ħelu mhux tradizzjoni tagħna l-Maltin u l-Għawdxin biss. Hija drawwa impurtata minn Sqallija. Tajjeb illi nfakkru wkoll, li fl-ewwel Ħadd tar-Randan isir pellegrinagg bi tpattija għan- nuqqasijiet li jkunu seħħew tul il-jiem ta xalar fil-Karnival. Din id-drawwa ilha ġejja sa minn żmien il-Kavallieri u ssaħħet aktar hekk meta ġie introdott il-Karnival organizzat. It-tip ta xalar li kien iġib miegħu l-Karnival kien jitlob li jsir tpattija għalih u dan il- pellegrinaġġ fil-bidu taż-żmien tar-Randan kien okazzjoni addattat biex jintlaħaq dan il- għan. Nies minn kull naħa tal- gżira kienu jipparteċipaw. Minħabba li Ras ir-Randan kien jum ta' xogħol, il- pellegrinaġġ kien ġie trasferit għal Ħadd ta' wara u minħabba l-follol kbar li jattendu dan il-Ħadd baqa' magħruf bħala Ħadd in-Nies. Xi 80 sena ilu din l-attività ġiet modifikata biex tingħata lura it-tifsira reliġjuża tagħha peress li l-follol kienu jispiċċaw il-jum jiddevertu fl- ikel u l-imbid. Għal xi żmien kienu jipparteċipaw ukoll xi karrijiet żgħar b'tema reliġjuża iżda dawn inqatghu ukoll biex il-pellegrinaġġ isir bl-inqas distrazzjonijiet possibbli. Ir-Randan huwa ż-żmien ukoll tal-eżerċizzi spiritwali. F'kull parroċċa, knisja jew kappella jiġu organizzati priedki skond il-kategoriji differenti tan-nies. Dawn iservu ta' okazzjoni biex wiehed jiddritta l-imgħawweġ fil-ħajja tiegħu tar-ruħ. Filwaqt li f 'dawn iż-żminijiet is-saċerdot jippriedka minn fuq l-ambone jew minn nofs l-artal maġġur fejn ħafna drabi jkun hemm espost kurċifiss imdaqqas, fl- imgħoddi il-qassis kien jitla' fuq palkett żgħir armat apposta fil- knisja, b'mejda żgħira fin-nofs u kurċifiss kbir fil-ġenb. Fi żminijietna l-priedki aktar jiffukaw fuq problemi attwali, filwaqt li fl-imgħoddi kienu jitkellmu fuq suġġetti li sfortunatament ftit li xejn għadhom jissemmew jew inkella jissemmew b'mod ħafif ħafna. Qed nirreferi għal suġġetti bħalma huma l-mewt, il-ġudizzju u l-premju ta' wara ħajjitna. Il-poplu kien jattendi bi ħġaru fl-imgħoddi għal dawn l-eżerċizzi tar-Randan iżda illum l-attendenza naqset konsiderevolment. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna - l-għażż għall-ħwejjeg t'Alla jew għax il- ħajja tal-lum ma' tantx tħallilna wisa' għal Alla. Imma kif jgħid is-salmista, 'għalxejn jitħabtu l-bennejja jekk ma jkunx Alla li jibni l-belt'. F'xi wħud mill-knejjes Maltin u Għawdxin, matul il-ġranet tar-Randan nibdew naraw ukoll it-tħejjijiet għall-armar tas- sepukru, tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll tad-damask iswed mal-ħitan tal-knisja. L-aħħar kelma dwar il-ħelu ta' żmien ir-Randan. Bħalma għamlu għal kull żmien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 March 2023