Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 kultura Devozzjoni, tradizzjoni u storja: Is-Santwarju CLIFFORD GALEA VELLA MASLENNIKOV Forsi ftit nafu jew nirrealizzaw li Malta u Ghawdex huma maghrufa 'l barra minn xtutna bħala gżejjer Marjani. Forsi għalkemm il-prattika reliġjuża fil-pubbliku tinħass li naqset, mhux bilfors huwa hekk fil-qalba tad- djar Maltin u Għawdxin. X'tafu dwar is-santwarju nazzjonali f 'Għawdex li huwa xhieda ħajja tal-imħabba u d-devozzjoni tal-poplu tagħna lejn din l-Omm tas-sema? Taħt ir-riħ tal-Għolja tal-Għammar, madwar mil u nofs mir-Rabat t'Għawdex, qalb it-twapet tal- għelieqi għammiela, jogħla 'l fuq maestuż, insibu santwarju mill-isbaħ, magħruf bħala s-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu u ma' dan is-santwarju hemm marbuta storja ħelwa. Karmni Grima Il-bidu ta' din il-ġrajja tibda fl-10 a.m. nhar it-22 ta' Ġunju 1883, meta Karmni Grima, xebba ta' 45 sena mill-Għarb, kienet ġejja mill-għalqa fil-limiti magħrufa bħala 'Ta' Ġordan'. Kif waslet qrib il-kappella ta' Ta' Pinu, bħal semgħet leħen isejħilha: "Ejja! Ejja!". Billi ma kien jidher ħadd, kienet se tkompli triqtha, meta reġgħet semgħet il-leħen isejħilha, "Ejja llum, għax ma tkunx tista' terġa' tiġi qabel sena oħra". Karmni marret lejn il-bieb tal-kappella, ittawlet mit-toqba tal-muftieħ, imma ma deher xejn li ma kienx tas-soltu. Ħadet il-muftieħ minn taħt ġebla, fejn kien jinżamm u fetħet. Qagħdet titlob bil-qalb, waqt li ħasset ferħ li ma jitfissirx. Imbagħad semgħet leħen li qalilha: "Għid tliet Ave Marijiet, f 'gieħ it- tlett ijiem li l-ġisem tiegħi dam fil-qabar." B'devozzjoni kbira Karmni għamlet kif ġiet ordnata u mbagħad, kollha ħosbiena fuq dak li ġara, marret lura lejn darha. Minħabba l-mard, Karmni, verament għal madwar sena, ma resqitx lejn Ta' Pinu. Hija ma qalet lil ħadd dwar dak li semgħet f 'Ta' Pinu. Kien wara xi sentejn li hija fetħet qalbha ma' ċertu Franġisk Portelli, għażeb u bniedem tar-ruħ mill- Għarb, li qalilha li hu wkoll ġieli kellu xi esperjenzi mhux tas-soltu f 'Ta' Pinu. Min-naħa tiegħu, Frenċ, għax hekk isejħu 'l dawk li jisimhom Franġisk, stqarrilha, li hu wkoll sema' l-leħen tal-Madonna, għal sitt darbiet, li kien iħeġġu biex ikollu devozzjoni lejn it-tbatijiet ta' Kristu fil-passjoni. Ftit ta' żmien wara, f 'Ottubru tal-1886, ġara li omm Frenċ - inċenza Portelli li kellha 75 sena - kienet marida serjament. Uliedha għamlu wegħda lill- Madonna ta' Pinu għall-fejqan t'ommhom, u b'mod meraviljuż, din fieqet. Din il-ġrajja xegħlet lil Għawdex u lil Malta u l-ġrajja ta' Karmni Grima bdiet tinxtered fost kulħadd. Hawnhekk, l-Isqof t'Ghawdex ta' dak iż-żmien Mons. Pietro Pace, għarbel lil Karmni Grima, u din taħt ġurament xehdet dak kollu li kienet semgħet nhar it-22 ta' Gunju, 1883. L-istess ġara minn Franġisk Portelli. Fir-raħal tal-Għarb, dawn iż- żewġ persuni kienu miżmumin bħala nies tar-ruħ, ta' fommhom sieket u ta' rispett kbir. Fl-1887 imxija tal-Kolera laqtet lil Malta. Il-biza` kien li din tieħu wkoll f 'Għawdex minħabba li xi Maltin fittxew il-kenn f 'din il-gżira. Għalhekk, l-Għawdxin għamlu wegħda lill-Madonna Ta' Pinu biex tiskansahom minn dan il-flaġell. Wara erba' xhur, il-kolera battiet u ntemmet minn Malta, waqt li Għawdex ħelisha b'wiċċ il-ġid. F'pellegrinaġġ kbir, l-Għawdxin raddew ħajr lill-Madonna Ta' Pinu għal din il-grazzja. Il-kappella Is-Santwarju li hemm illum ħa ismu minn kappella ċkejkna li dari kienet tinsab mitluqa waħedha f 'nofs l-għelieqi u li llum hija l-qalba, jew aħjar il- 'qaddis tal-qaddisin' ta' dan is-santwarju għażiż. Din il- kappella diġà tissemma' fiż-żjara pastorali tal-Isqof Fra Domenico Cubelles, Prijur tal-Ordni, li fl-1545 ħalla bil-miktub li din ma kinitx ilha wisq li reġgħet inbniet. Dan ifisser li kien hemm almenu kappella oħra qabel din li jsemmi Cubelles. Il-kappella oriġinali kienet inbniet mill-familja Gentile u għalhekk kienet magħrufa bħala 'Tal-Gentili'. Fl-1654 kienet ġiet ipprofanata mill-Isqof Michele Balaguer. Il-kappella kienet reġgħet ġiet ipprofanata fl-1575 iżda wara l-1615 permezz ta' ċertu Filippu Gauci, magħruf bħala Pinu li minnu l-kappella ħadet isimha, kienet ġiet irrestawrata u baqgħet magħrufa bħala "Ta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023