Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664
20 sport IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • illum L-istennija għall-partita tal-lejla tinsab fl-aħħar tagħha hekk kif Malta tilgħab kontra l-Italja llejla fl-Istadium Nazzjonali fl- Italja, partita li tibda fid-20.45. It-tim nazzjonali Malti beda b'telfa fi Grupp C ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej 2024 fil- Ġermanja. Il-Ħamis li għadda fi Skopje, il-Maltin kellhom il- mumenti tajbin ukoll iżda t-tim kien nieqes mill-kunfidena li konna mdorrijin biha f 'dawn l-aħħar snin. Il-Maċedonja ta' Fuq rebħu bi skor ta' 2-1. Fl- ewwel taqsima, Malta għalqet tajjeb fuq wara. Fit-tieni taqsima żdiedet sew il-pressjoni u l-avversarji skurjaw darbtejn fi ftit ħin. Meta lejn l-aħħar minuti wasal il-gowl ta' Yanick Yankham, il-Maċedonja ta' Fuq inħakmu minn paniku u fihom daħlet xi ftit biża' li jistgħu ma jirbħux il-partita u jieħdu tliet punti li kulħadd f 'daru kontra Malta jkun irid jieħu. Michele Marcholini Michele Marcholini hu wiċċ ġdid f 'Malta u anki għall-futbol Ewropew. U fit-tieni partita tiegħu tal-lejla kontra l-Italja se jkollu ċans japprova lilu nnifsu fl-isfera internazzjonali, proprja kontra t-tim nazzjonali ta' pajjiżu. Mhux se tkun faċli u l-MFA, bil-President Bjorn Vassallo fuq quddiemnett, ħadu riskju xi ftit azzardad meta investew fih. Naturlament, wieħed irid jistenna u ma jistax jikkritika jew ifaħħar persuna qabel ma jkollu fuq xiex. B'Marcholini, l-MFA ma ħasbitx biss għall-partiti ta' Malta u għall-preżent. Ħasbet fil-futur u fi proġett aktar komplut ta' żgħażagħ u sistema li lkoll nisperaw li tħalli l-frott. It-tim nazzjonali Malti taħt Mangia għamel titjieb sostanzjali f 'dik li hi mentalità u f 'dak li huwa logħob. Malta rebħet il-pussess tal-ballun f 'ħafna mill-partiti li lagħbet u dak diġà jitkellem waħdu peress li fil-passat, din kienet xi ħaġa li stajna biss noħolmu. Ir-riżultati baqgħu bejn wieħed u ieħor li kienu, sakemm ma mornix ħarira lura meta wieħed jikkonsidra li fl-aħħar grupp tan-Nations league bejn tliet timijiet, u li wieħed minnhom kien San Marino, spiċċajna fit-tieni post u tlifna darbtejn kontra l-Estonja. L-istennija għal-lejla hija kbira. L-Istadium Nazzjonali ta' Ta Qali ilu mibjugħ għal aktar minn ġimgħatejn bil-Maltin fiduċjużi li jaraw partita sabiħa u li jaraw lit-tim Malti jagħti kull ma jista'. L-Italja waslu f 'pajjiżna l-Ġimgħa filgħodu. Ġew f 'Malta biex jirbħu u jikkonvinċu anki wara t-telfa kerha tal-Ħamis li għadda fi Stadio Diego Armando Maradona ta' Napli kontra l-Ingilterra bi skor ta' 2-1. L-iskor seta' kien aktar ikrah għat-tim ta' Roberto Mancini kieku l-Ingliżi qagħfdu aktar attenti quddiem il-lasti ta' Donnarumma. Il-konfront tal-lejla bejn Malta u l-Italja se jkun id-disa' wieħed fl-Istorja bejn iż-żewġ nazzjonijiet. Fil-poloz li telgħu ftit tax-xhur ilu, Malta ttellgħat fi Grupp C li jinkludi wkoll lill-Ingilterra. Din hi meqjusa bħala l-aktar polza attraenti li seta' kellu pajjiżna. Fl-istess grupp hemm ukoll l-Ukrajna u l-Maċedonja ta' Fuq. Il-kontinġent sħiħ tat-tim nazzjonali Taljan wasal f 'Malta lbieraħ wara nofsinhar. Dan ġab miegħu f 'pajjiżna aktar minn 50 ġurnalist mill-Ewropa, bl-akbar ammont tagħhom ikunu Taljani mill-istazzjonijiet tal-Mediaset u r-Rai, b'dawn tal-aħħar, bħal l-istazzjon nazzjonali tagħna, li se jxandar il-partita diretta fil-pajjiż kif sar dejjem fl-aħħar snin. Flimkien mal-istazzjonijiet televizivi, f 'pajjiżna hawn ukoll ġurnalist jew tnejn minn kull gazzetta fl-Italja li jduru d-dinja biex jirrapurtaw l-iskwadra nazzjonali tagħhom. Wara r-rebħ tal-Kampjonat Ewropew, EURO 2020, l-Italja kellha falliment totali u ma kkwalifikatx għat-Tazza tad- Dinja fil-Qatar. L-Italja kienet lagħbet fil-partiti tal-play-offs u ġiet eliminata proprju mill- Maċedona Ta' Fuq, tim li jinsab fl-istess grupp u lagħbna kontra tiegħu l-Ħamis. Minn dakinhar sal-lum, il-kowċ nazzjonali Roberto Mancini kellu tibdil kbir fil- plejers. Induna li l-maġġoranza tal-plejers li wasluh biex isir Champion tal-Ewropa bħalhom, ma kienux se jwassluh biex jirbaħ mill-ġdid il-Kampjonat Ewropew li jmiss. Gianluca Vialli Pedina importanti li se tkun nieqsa għal dejjem mill- iskwadra Taljana se tkun dik tal-ex Kap tad-Delegazzjoni, Gianluca Vialli, li miet fis-6 ta' Jannar li għadda minħabba kanċer. Vialli kien ħabib kbir tal- kowċ Mancini u fil-passat kienu lagħbu flimkien ma' Sampdoria u rebħu l-kampjonat Serie A fl-istaġun fl-istaġun 1990/91. Vialli jibqa' l-aħħar captain ta' Juventus li refa' t-trofew tal- UEFA Champions League. Il-konfronti preċedenti bejn iż-żewġ nazzjonijiet dejjem offrew emozzjonijiet kbar għad- dilettanti, anki jekk l-Italja rebħu dejjem u xi drabi bi skors kbar. L-ewwel konfront bejn it- tnejn kien intlagħab fis-6 ta' Ġunju 1986 fl-Istadium Nazzjonali. Kien konfront validu minn Grupp 2 tal-Kampjonati Ewropej u l-Italja rebħu bi skor ta' 2-0, bil-gowls jaslu miż- żewġ plejers ta' Inter, Riccardo Ferri u Alessandro Altobelli. Fl- istess partita, Altobelli kien anki żbalja żewġ penalties. Il-partita ta' ritorn mill-istess grupp kienet intlagħbet fl-24 ta' Jannar 1987 fi Stadio Atleti Azzurri d'Italia ta' Bergamo u l-Itlja rebħet bi skor ta' 5-0. Il-gowls kienu skurjati minn Salvatore Bagni, Giuseppe Bergomi, darbtejn minn Alessandro Altobelli u mill- mibki Gianluca Vialli. Ftit tas- snin ilu, Altobelli kien iddikjara li wieħed mill-gowls li skurja f 'din il-partita kien l-isbaħ wieħed tal-karriera, b'first timer fl-arja bil-ballun jgħaddi qisu sajjetta minn fuq ras il- goalkeeper John Bonello. It-tielet partita bejn iż-żewġ naħat tibqa' l-aktar waħda li tibqa' tissemma u ntlagħbet fid-19 ta' Diċembru 1992, fl- Istadium Nazzjonali. L-Italja rebħet bi skor ta' 2-1 iżda r-riżultat baqa' inċert sal-aħħar bil-Maltin, taħt il-kowċ Pippo Psaila, li fl-aħħar minuti ħadu l-kontroll tal-partita f 'idejhom. Din kellha tkun ukoll l-aħħar partita bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan għal Vialli li fetaħ l-iskor fis-60 minuta. Giuseppe Signori għamilhom Malta – Italja, illejla għad-disa' Malta tilfet dejjem, skurjat darbtejn u sofriet 21 gowl; it-tnejn żbaljaw żewġ penalties kull wieħed italja Malta 1986. Malta – Macedonja