Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum 21 sport illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 għad-disa' darba fl-Istorja 2-0, tliet pinuti wara. Fl-istess partita tkeċċa Franco Baresi u Malta ngħatat penalty, li ġie żbaljat minn Kristian Laferla. Minkejja dan, Malta skurjat il-gowl tagħha minn Martin Gregory fis-86 minuta, b'azzjoni eżemplari bejn Raymond Vella, Charles Scerri u Carmel Busuttil. Wara dan il- grupp, l-Italja kienet kwalifikat u lagħbet it-Tazza tad-Dinja, USA '94, u tilfet biss fil-finali kontra l-Brażil wara l-għoti tal- penalties. Il-partita ta' ritorn kienet storja oħra. Intlagħbet fl-24 ta' Marzu 1993 fi Stadio Renzo Barbera ta' Palermo u l-Italja rebħet bi skor ta' 6-1. Il-gowls waslu minn Dino Baggio, Giuseppe Signori, Pietro Vierchowod, Paolo Maldini u żewġ gowls tal-kowċ tal-lum, Roberto Mancini. Għal Malta kien skurja Carmel Busuttil minn penalty. Biex naraw liż-żewġ timijiet jilagħbu kontra xulxin f 'partita oħra ta' kwalifikazzjoni kellna nistennew kważi 19-il sena. Il-plejers inbidlu kollha u t-tmexxija tal-MFA ukoll. Minn żmien l-Avukati Gorg Abela u Joe Mifsud, issa t-tron tal-Assoċjazzjoni kien għadda taħt idejn Norman Darmanin Demajo bil-kowċ nazzjonali jkun Pietro Ghedin. Malta telgħet fl-istess Grupp B ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja u fil-11 ta' Settembru 2012, lagħbet kontra l-Italja fi Stadio Alberto Braglia, f 'Modena. It-Taljani rebħu bi skor ta' 2-0 b'gowls ta' Mattie Destro u Federico Peluso. Il-partita ta' ritorn f 'Ta' Qali kienet intlagħbet fis-26 ta' Marzu 2013, eżattament 10 snin ilu. Malta tilfet bl-istess skor ta' 2-0 b'żewġ gowls ta' Mario Balotelli fl-ewwel taqsima. Is-seba' konfront bejn Malta u l-Italja ntlagħab fit-13 ta' Ottubru 2014 f 'Ta' Qali u l-uniku gowl li fired iż-żewġ naħat kien ġie skurjat minn Graziano Pelle' fit-23 minuta. Fl-istess partita, Malta falliet penalty meta Michael Mifsud ra x-xutt mill-11-il metru salvat minn Gianluigi Buffon. Fl-istess partita, Mifsud kien tkeċċa għal Malta mentri Leonardo Bonucci kien tkeċċa għall-Italja minħabba foul tal-aħħar raġel fuq Andre Schembri. L-aħħar konfront bejn it- tnejn imur lura għal dak ta' ritorn minn dan il-Grupp H ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonat Ewropew. Intlagħab fit-3 ta' Settembru 2015 fi Stadio Artemio Franchi ta' Firenze. L-Italja rebħet bl-istess skor ta' 1-0 bl- istess scorer tal-partita jkun Pelle', gowl kontroversjali li fl-istess azzjoni kien hemm possibbilment foul u offside favur Malta. Fil-konferenza ta' wara l-partita, meta mistoqsi dwar dan mill-ġurnalisti Taljani stess, il-kowċ Antonio Conte ma ridx jirrispondi. Fit-tmien konfronti bejn xulxin, l-Italja rebħet dejjem, skurjat 21 gowl kontra t-tnejn ta' Malta li ironikament żbaljat ukoll żewġ penalties. Il-partita tal-lejla se tikteb parti oħra mill-Istorja sabiħa ta' partiti bejn Malta u l-Italja. Ovvjament, kull naħa għandha l-miri tagħha stabbiliti. Malta biex tagħti l-aqwa prestazzjoni possibbili u l-Italja biex tirbaħ il-Kampjonat Ewropew għat- tieni darba konsekuttiva u t-tielet wieħed fl-Istorja tal- futbol. KONT TAF LI.... L-ewwel konfront fl-Istorja bejn Malta u l-Italja tas-6 ta' Ġunju 1986, kien intlagħab taħt tensjoni politika kbira. Dan għax it sigħat qabel il-partita, fil-lejl tal-5 ta' Ġunju, kien inqatel Raymond Caruana fil-Każin tal-Partit Nazzjonali fil-Gudja. Persuna jew persuni kienu għaddew minn quddiem il-każin u sparaw tiri fid-direzzjoni tal- bieb ta' barra, bil-konsegwenza li tir minnhom mar fuq xi ħaġa fil-viċinanzi u spiċċa laqat liż- żagħżugħ ta' 26 sena. Id-delitt kien kexkex pajjiż sħiħ u għadu sal-lum mhux solvut. Malta-Italja 1992 Malta-Italja 0-2 Mifsud u De Siglio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023