Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Hollywood u l-gwerra tal-Vjetnam (2) Go Tell e Spartans (1978). Ambjentat fl-1964, fil-bidu ta' dan il-kumbattiment, Burt Lancaster jibbrilla bħala kmandant ta' grupp magħżul li mill-ewwel bdew jiġuh id-dubbji kemm se tkun utli din il-gwerra. Bi djalogu realistiku u skript ċiniku/umoristiku dan il- film kien ibbażat fuq in-novella ta' Wendell Mayer, Incident At Muc Wa. e Deer Hunter (1978). Fl- istess sena ħareġ dan ix-xogħol epiku ta' aktar minn tliet sigħat. Il-film kien jitratta l-ħajja qabel, matul il-gwerra tal-Vjetnam u wara għall-ħajja normali ta' żgħażagħ minn Pennsylvania li kienu jaħdmu f 'fabbrika tal-azzar. Imdejqin fil- Vietnam ma jafux meta l-mewt ġejja fuqhom, bdew jgħaddu ż-żmien jilgħabu dik imsejħa "Russian Roulette" – jpoġġu balla waħda fil- pistola li jippuntawha f 'moħhom. Min jinzerta l-balla jmut, tant li ma baqgħux jagħtu kas ta' ħajjithom. Film evokattiv li emozzjonalment isammrek. Rebbieħ ta' 5 Oscars għall-Ahjar Film, Direttur, Attur f 'Parti Sekondarja u Editjar. Coming Home (1978). Ħarsa qawwija lejn l-effett tal-gwerra ġol-Vjetnam fuq in-nies u d-djar fl-Amerika. Jane Fonda (attriċi li verament għamlet propaganda feroċi kontra din il-gwerra tant li laqqmuha Hanoi Jane) issir tħobb lill-wieħed f 'siġġu tar-roti meta żewġha jkun barra l-pajjiż. Xogħol serju u matur li rebbaħ l-Oscar lil Jane Fonda, Jon Voight (attivist ieħor ta' kontra din il-gwerra) u lill- kittieba Waldo Salt, Robert C. Jones u Nancy Dowd. Apocalypse Now (1979). Film kontroversjali dwar din il-gwerra ispirat mill-ktieb ta' Joseph Conrad, Heart Of Darkness dwar il-gwerra fil-Kongo. L-aġent speċjali, l-Kaptan Willard (Martin Sheen) jivvjaġġa matul ix-xmara Nung biex mill-Vjetnam imur il-Kambodja biex joqtol lill-Kurunell Kurtz (Marlon Brando) li kien abbanduna r-riġment tiegħu. Rebaħ Oscar għall-fotografija u ieħor għall-Hoss. Film ieħor sod u qawwi, ta' mpatt splussiv li juri l-ġenn tal-gwerra l-aktar f 'żewġ sekwenzi realistiċi – meta wara attakk bin-napalm, l-Ajjutant Kurunell Kilgore -3- (Robert Duvall) jgħid: "I love the smell of napalm in the morning. It feels good", u meta l-istess Kurunell jimmarka xatt tajjeb biex is-suldati tiegħu jisseraw, jattakah bil-helikopters waqt li tinstema' il-mużika ta' Wagner, Ride of the Valkyries. Platoon (1986). Dan hu rakkont dirett tal-ħajja fuq quddiem ta' wieħed suldat f 'din il-gwerra tal-Asja tal-Lbiċ. Id-direttur, Oliver Stone nkluda xi memorji minn tiegħu b'mod drammatiku u realistiku ta' meta serva f 'din il-gwerra. Wieħed mill-isbaħ films ta' dan is-suġġett fejn is-suldati jkollhom jiffaċċjaw żewġ surġenti, wieħed moralment li jrid jipproteġihom u l-ieħor ma jimpurtaħx x'jiġri sakemm jirbaħ kull battalja li jitaqa' magħha. Rebbieħ ta' 3 Oscars għall-Aħjar Film (anki fil-Golden Globe Awards), Direttur u Editjar. Good Morning Vietnam (1987). Wirja spettakulari minn Robin Williams, disc jockey tal-armata li fl-1965 jinġieb fil-Vjetnam u li biex xandir tiegħu tassew jimla' b'kuraġġ lis-suldati u jnessihom għall- mument il-periklu li jinsabu fih. Ibbażat minn fuq il-veru Adrian Cronauer li ma kienx daqshekk stupend u umoristiku daqs Robin Williams. Born On e Fourth Of July (1989). Kontinwament realistiku u qawwi, juri l-istorja tal-veteran suldat Ron Kovic (Tom Cruise) li fl-1960 ingħaqad man-Navy Amerikana kollu entużjażmu u ġie lura d-dar ipparallizzat minn sidru l-isfel, fejn għadda minn battikata kbira fiżikament u mentalment biex forsi jerġa' jiġi f 'tiegħu u spiċċa bħala attivist kontra din il-gwerra. Film ieħor dirett minn Oliver Stone li rebaħ hu l-Oscar u anki fil- kategorija tal-editjar. Full Metal Jacket (1987). Produzzjoni maqsuma f 'żewġ sezzjonijiet. L-ewwel parti f 'Parras Island naraw it-taħriġ iebes ta' grupp ta' suldati u wara, l-esperjenzi tal-kumbattimenti fil- Vjetnam. Verament jimpressjona bil-kbir Lee Ermey bħala l-kap tat- taħriġ meta fil-verita' dan id-Drill Instructor tassew dan kien xogħlu. Wara, qabad karriera bħala attur. Id-direttur hu Stanley Kubrick. Ironikament, il-film ġie ffilmjat fil- London Docks. Il-maġġoranza tal-poplu Amerikan kien konvint li pajjiżhom daħal fi gwerra li qatt ma seta' jirbaħ. Il-maġġoranza taż-żgħażagħ ġew diżillużi b'din il- gwerra u tawha għall-ħajja edonika, dik ta' sodisfazzjon u ta' pjaċir tal-mument għax l-għada ħadd ma jaf x'se jiġri. Din it-tendenza ġabet dawk li konna nsejħulhom "hippies" jew dawk tal-Flower Power" u xi snin wara l-moviment "punk". L-atmosfera tal-films Easy Rider (1969), il-mużikali Hair (1979) u Once Upon A Time .... In Hollywood 2019 u xi oħrajn turi dan bil-ġenwinita' kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023