Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172
14 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum Lara Calleja hija attivista tal-Moviment Graffitti Lara Calleja Għala l-Femminiżmu fis-Seklu Wieħed u Għoxrin? D war l-ugwaljanza spiss nisimgħu kummenti bħal 'X'inhi din tal-ugwaljan- za? Ħadd mhu ugwali. Mhux kollha differenti' jew 'U ajma. Mela għadna ngħixu ħamsin sena ilu? Il-mara issa nbidlet, għandha d-drittijiet tagħha. Ħa jibqgħu jiġġieldu dawn?' jew 'Xi jridu? Li mara tkun aħjar minn raġel? Dik ugwaljanza allura?' Fil-ġlieda femminista importanti li nagħrfu mil-liema post ġejjin il- kummenti li naqilgħu fil-konfront tal-għanijiet tagħna sabiex inkunu nistgħu nikkomunikaw aħjar ma' dawk li mhux qed jimuhom iżda huma miuħin xorta waħda li jimu. Ħafna kummenti spiss joħorġu minn post validu anke jekk jinħassu qishom qegħdin imaqdru jew jiġġudikaw. Jistgħu jkunu ġejjin minn post ta' biża', ta' esperjenzi personali li ħallew trawma jew nuqqas ta' tagħrif u informazzjoni. Jew forsi anki taħlita ta' kollox. Għalhekk importanti li nkomplu nistaqsu, l-ugwaljanza teżisti? Kemm huwa reali dan il-kunċett tal-ugwaljanza? L-ugwaljanza tista' ssejħilha l-mudell għal dak li naspiraw għalih. Bħala nisa, għamilna progress sinifikanti fl-aħħar seklu fejn tidħol l-emanċipazzjoni tagħna. Iżda iva, xorta nistgħu ngħidu li qegħdin ferm 'l bogħod milli nkunu ugwali. Wara sekli sħaħ ta' oppressjoni ħarxa tan-nisa, fejn kulturi patrijarkali ddominaw l-aspetti kollha tal-ħajja soċjali tagħna - mix-xogħol sal-liġi u sal-edukazzjoni - il-ġlieda u l-oppressjoni tan-nisa għadhom preżenti sew fil-memorja ġenetika twila tagħna. Din hija l-memorja ġenetika kumplessa u tmur lura fiż-żmien ta' komunitajiet ta' nisa li ġew ittimbrati, aggrediti, emarġinati, abbużati u saħansitra maqtula meta azzardaw imorru lil hinn miċ-ċrieki stretti li kienu u għadhom jiġu assenjati lilhom. Il-ġlieda femminista tinbidel ma' kull pajjiż, iżda kollha jindirizzaw problemi li għandhom għeruqhom fis-soċjetajiet patrijarkali. Internazzjonalment bħalissa għaddejjin ġlidiet femministi tal-waħx u mhux biss fl-Iran. F'soċjetajiet tal-punent imbagħad il-femminiżmu jindirizza pereżempju kwistjonijiet marbuta mal-identità tal-ġeneru u l-libertà sesswali. F'Malta, ċerti kwistjonijiet ta' inugwaljanza diffiċli tindirizzahom għaliex tant huma ingranati fil-mentalità u l-ħajja ta' kuljum tagħna li ma jixegħlux jgħajtu daqs forsi inugwaljanzi iktar ħorox li jgħaddu minnhom nisa f 'pajjiżi oħra. Iżda jekk nagħtu titwila tajba ser insibu li l-inugwaljanza qiegħda f 'bieb id-djar tagħna iktar milli naħsbuha. Naraha pereżempju fil-kollega raġel li ġie intimidat minn sħabu rġiel oħra għaliex ħa kunjom il-mara tiegħu. Naraha fl- ammont kbir ta' nisa sħabi u kollegi li jaħdmu full-time u jridu jlaħħqu max-xogħol u mal-maġġoranza tat- trobbija tal-ulied u t-tindif fid-dar. Qegħda fir-raġel li jħossu intimidat għax il-mara taqla' iktar minnu għax jgħix f 'soċjetà li tgħidlu li mhux raġel biżżejjed jekk jaqbad inqas minn mara. Tesperjenzaha l-mara, li forsi taqla' iktar u li kellha suċċess ta' karriera iktar mir-raġel, iżda li tħoss li trid iżżomm lura biex ma tnaqqasx mill-'irġulija' tar- raġel tagħha stess. Jesperjenzawha wkoll nisa li allavolja m'għandhomx tfal u jgħixu l-ħajja kif jixtiequ huma, isibu ruħhom jirrispondu għal ħafna mistoqsijiet u timbri mill-membri tas-soċjetà. 'Meta ħa ssib wieħed?', 'Mhux aħjar tinġabar u jkollok lil xi ħadd jieħu ħsiebek?' Dan l-aħħar l-inugwaljanza rajniha fil-kummenti li ħarġu mill-qorti kriminali waqt il-każ ta' stupru ta' pulizija minn kollegi tagħha fejn l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera bil-mistoqsijiet tagħha lill-vittma tefgħet dell dubjuż dwar l-aġir tagħha ma' dawk li stuprawha. Bħallikieku ġiet stuprata għax 'm'aġġixxietx kif suppost', jew 'għax kienet liebsa ħażin' jew 'għax stednitha'. Dawn kummenti li ġieli smajniehom ukoll dwar nisa li nqatlu - 'ma tantx kienet mill-ħelwin.' Filwaqt li kummenti bħal dawn mhux bilfors ikunu intenzjonati li jweġġgħu, jikxfu l-mentalità u r-ristrezzjonijiet li jeżistu fl-imħuħ dwar x'suppost tagħmel u kif għandha tkun jew iġġib ruħha mara. U propju minn dawn il- kummenti għandna nitgħallmu liema direzzjoni għandha tieħu l-ġlieda femminista. Mhijiex ġlieda faċli. Is-sekli twal ta' tikketti kollha li ġew imposti kemm fuq l-irġiel kif ukoll fuq in- nisa ħallew ħafna għoqod u truf tul il-mijiet ta' snin. Iżda hemm xi ħjiel ta' tama f 'dil- ġlieda? Iva. Nistgħu nitilqu mill- edukazzjoni u l-komunikazzjoni u b'mod ġenerali, billi nibdew inħottu l-kostruzzjonijiet soċjali ta' kif u x'għandha tkun l-imġieba tan- nisa. B'hekk ukoll nimu kemm hi rilevanti l-ġlieda femminista id f 'id mal-ġlieda LGBTIQ+ fejn nisħqu fuq l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet u impożizzjonijiet fuq il-ġeneru, u kif għandna nikkunsidraw persuni abbażi tal- kwalitajiet personali tagħhom u mhux abbażi ta' kif suppost ikunu. Il-ġlieda femminista mhix qed tipprova tiċħad realtajiet oħra li diġà jeżistu. Il-mara tista' tagħżel li tiżżewweġ, ir-raġel u l-mara jistgħu jiddeċiedu li r-raġel biss ħa jaħdem. Il-mara tista' tagħżel kunjom ir- raġel tagħha. Mela le. Imma dak li qed niġġieldu għalih hawn huwa li kull deċiżjoni tittieħed b'mod liberu, u mhux għax is-soċjetà, persuna jew entitajiet oħra, jippretendu hekk minnek. U biex naslu s'hemm, irridu l-ewwel nagħrfu li l-femminiżmu mhuwiex theddida kontra r-raġel iżda ġlieda kontra l-oppressjoni. Għaliex fuq livelli differenti, ilkoll kemm aħna batejna u għadna qegħdin inbatu minn sistema li toħnoqna milli nkunu dak li rridu nkunu.