Illum latest edition

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

16 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum Pass storiku fl-istorja tad-Djalogu Soċjali f'pajjiżna I l-ġimgħa l-oħra ħabbart it-twaqqif b'mod uffiċjali tal-Low Wage Commis- sion. Kummissjoni li l-għan tagħha huwa li sal-aħħar tas-sena, tagħti rakkomandazzjonijiet biex ikun hemm reviżjoni tal-paga minima f 'pajjiżna. Lura fl-2017 ġie ffirmat ehim storiku bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali, fejn għall-ewwel darba f ' għexieren tas-snin, il-paga minima għoliet b'mod li jmur oltrè miż-żidiet tal-COLA. Dakinhar il-Gvern kien irnexxielu jilħaq ehim sabiex tiġi ffurmata l-Low Wage Commission, liema kummissjoni tkun inkarigata li tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha kull erba' snin, bl-ewwel rakkomandazzjonijiet f 'dan ir-rigward isiru sal-aħħar ta' din is-sena. Li għamilna din il-ġimgħa kien li rregolajna din il- Kummissjoni permezz ta' Legal Notice speċifika. Il-Kummissjoni ser tkun ippreseduta miċ- Chairperson tal-MCESD, il- Perit David Xuereb filwaqt li ser ikollha rappreżentanti tal-unjins f 'pajjiżna, ta' min iħaddem kif ukoll rappreżentanti tal-Gvern, u esperti oħrajn li mingħajr dubju ta' xejn għandhom ħafna x'joffru fejn jidħlu r-rakkomandazzjonijiet li trid tipprovdi din il- Kummissjoni. Bħala Segretarjat ħassejt li għandi nagħti s-sapport u l-għodda kollha neċessarja lil din il-Kummissjoni. Għaldaqstant, fil-liġi li ġiet ppubblikata din il-gimgħa għamilniha possibbli li din il-Kummissjoni tingaġġa esperti, liema esperti jkunu jistgħu jgħinuha b'kalkoli u analiżi speċifiċi fejn jidħlu r-rakkomandazzjonijiet ta' din il-Kummissjoni. Ovvjament, għandek diversi interessi fil- pajjiż, liema interessi huma lkoll rappreżentati f 'din il- Kummissjoni. Fis-sena li ilni f 'din il-kariga, mhux l-ewwel darba li kellna kwistjonijiet fejn ikollok interessi differenti, li ġieli anke jkunu totalment opposti għal xulxin. Madanakollu, kuntent ngħid li kompromess dejjem sibna. Din id-darba, m'għandhiex tkun differenti. Irrid ngħid li bħalma dejjem għamel, il-Gvern ser ikun qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Aħna bħala Gvern nirrapreżentaw lis-soċjetà inġenerali; kemm lill-ħaddiem, u anke lil min iħaddem. Għaldaqstant, irridu nassiguraw li filwaqt li ma nitfgħux piżijiet kbar fuq in-negozji tagħna, kull ħaddiem ikollu biżżejjed dħul biex jgħix ħajja diċenti. Din hija xi ħaġa li naħseb kemm ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, u anke min iħaddem jaqblu magħha. Għaxar snin ilu, qabel ma' ħadna f 'idejna t-tmun tal- pajjiż kienu jgħidulna li Gvern Laburista ser jiffriża l-paga minima, però mhux talli Gvern Laburista rnexxielu jilħaq kunsens nazzjonali sabiex setgħet tiżdied il-paga minima wara ħafna snin, iżda ukoll qegħdin f 'pożizzjoni li nħabbru din il-Kummissoni bl-għan li kull erba' snin tagħti rakkomandazzjonijiet biex ikun hemm reviżjoni tal-paga minima f 'pajjiżna. Nistgħu nagħmlu dan kollu għaliex f 'pajjizna minkejja l-isfidi internazzjonali li kulħadd jaf bihom għandna klima ekonomika tajba. B'hekk dak li ħabbarna din il-ġimgħa mhux biss huwa pass importanti lejn soċjetà aktar ġusta, imma wkoll huwa pass storiku fl-istorja tad-Djalogu Soċjali f 'pajjiżna. Pass li jirrifletti l-impenn bla waqfien ta' Gvern Laburista biex itejjeb il-livell tal-għajxien taċ-ċittadini kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli fostna. Andy Ellul huwa s-Segretarju Parlamentari Għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 2 April 2023