Illum previous editions

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 19

02 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Il-PE irid li kumpaniji jiżvelaw informazzjoni li tagħmilha aktar faċli għall-impjegati biex iqabblu l-pagi Il-PE irid li kumpaniji jiżvelaw informazzjoni li tagħmilha aktar faċli għall-impjegati biex iqabblu l-pagi Leġiżlazzjoni ġdida se tirrikjedi li l-kumpaniji jiżvelaw informazzjoni li tagħmilha aktar faċli għall-impjegati biex iqabblu l-pagi u jesponu d-differenzi eżistenti fil-pagi bejn il-ġeneri. Skont ir-regoli adottati mill- plenarja tal-Parlament nhar il- Ħamis b'427 vot favur, 79 kontra u 76 astensjoni, l-istrutturi tal- pagamenti biex jitqabblu l-livelli ta' paga se jkollhom ikunu bbażati fuq kriterji newtrali għall-ġeneru u jinkludu sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-impjiegi newtrali għall-ġeneru. L-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti u t-titli tax-xogħol se jkollhom ikunu newtrali għall-ġeneru u l-proċessi ta' reklutaġġ iridu jitmexxew b'mod mhux diskriminatorju. Jekk ir-rappurtar dwar il- pagi juri differenza fil-pagi bejn il-ġeneri ta' tal-anqas 5%, l-impjegaturi jkollhom iwettqu valutazzjoni konġunta tal-pagi b'kooperazzjoni mar- rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom. L-Istati Membri se jkollhom idaħħlu penali effettivi, proporzjonati u skoraġġanti fis- seħħ, bħal multi, għal impjegaturi li jiksru r-regoli. Ħaddiema li jkunu ġarrbu ħsara b'riżultat ta' ksur se jkollhom id-dritt li jitolbu kumpens. Għall-ewwel darba, id- diskriminazzjoni intersezzjonali u d-drittijiet tal-persuni mhux binarji ġew inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli l-ġodda. Il-projbizzjoni tas-segretezza dwar il-pagi Ir-regoli jistipulaw li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema se jkollhom id-dritt li jirċievu informazzjoni ċara u kompluta dwar livelli ta' pagi individwali u medji, imqassma skont il-ġeneru. Is-segretezza dwar il-pagi se tkun ipprojbita; m'għandu jkun hemm l-ebda terminu kuntrattwali li jżomm lill-ħaddiema milli jiżvelaw il- paga tagħhom, jew milli jiksbu informazzjoni dwar l-istess kategoriji jew kategoriji oħra ta' paga tal-ħaddiema. It-trasferiment tal-piż tal- provi Dwar kwistjonijiet relatati mal-paga, il-piż tal-provi se jiġi ttrasferit mill-ħaddiema għall-impjegaturi. F'każijiet meta ħaddiema jħossu li ma ġiex applikat il-prinċipju ta' paga ugwali u jieħdu l-każ il- Qorti, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tobbliga lill-impjegaturi li juru li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni. Samira Rafaela (Renew Europe, NL), mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is- Sessi, qalet li "l-prijorità tiegħi kienet li niżgura li jittieħdu l-aktar miżuri ta' trasparenza fil-pagi inklużivi u ta' impatt għall-ħaddiema. Mhux biss fl-aħħar għandna miżuri vinkolanti biex nindirizzaw id-differenza fil-pagi bejn il- ġeneri, imma ċ-ċittadini kollha tal-UE huma aktar b'saħħithom, rikonoxxuti u protetti kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi. Il- persuni mhux binarji għandhom l-istess dritt għall-informazzjoni bħall-irġiel u n-nisa. Jiena kburija li b'din id-Direttiva, tajna definizzjoni lid-diskriminazzjoni intersezzjonali għall-ewwel darba fil-leġiżlazzjoni Ewropea, u inkludejnieha bħala ċirkustanza aggravanti meta jkunu qed jiġu determinati l-penali." Kira Marie Peter-Hansen (Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea, DK) mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, qalet: "Din il- leġiżlazzjoni tagħmilha ċar daqs il-kristall li aħna ma naċċettaw l-ebda diskriminazzjoni bejn il- ġeneri fil-pagi fl-UE. Storikament, xogħol in-nisa ġie stmat inqas u tħallsu inqas milli kien xieraq. B'din id-Direttiva nagħmlu pass importanti lejn l-assigurazzjoni ta' paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali. Jiena kburija ħafna bil-fatt li l-Parlament irnexxielu jwessa' l-kamp ta' applikazzjoni, isaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali u jiżgura drittijiet individwali u kollettivi b'saħħithom." Il-passi li jmiss Il-Kunsill irid japprova formalment il-ehim qabel it-test jiġi ffirmat f 'liġi u ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ għoxrin jum wara li jiġu ppubblikati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 April 2023